![]() | |
| Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
SAM-304 Injam |
| Oġġetti | |
| Definizzjoni (list of HS codes covered by this card) |
Injam; Sufra; Dafar jew prodotti simili ta’ materjali tad-dafar Għaċ-ċana jew għad-dqiq tal-injam ara l-iskeda speċifika għal “Sustanzi kimiċi, solidi” Għall-prodotti ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut u għall-oġġetti lesti, ara wkoll l-iskeda speċifika għal “Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti”. |
| Injam | |
| Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun | 3 biċċiet (qatgħat) tal-injam (timber) Biċċa waħda jew aktar ta’ oġġetti individwali (skont id-daqs tagħhom) Biċċa waħda solida ta’ injam CITES li jkollha s-superfiċe bl-anelli tas-siġra ta’ mill-inqas 9 cm2 (3 cm x 3 cm) Madwar 50 cm x 50 cm għall-injam jew għall-pjanċi tas-sufra Daqs tal-kampjun ibbażat fuq il-piż għall-kwantitajiet kbar: 500 g |
| Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti | Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward il-kampjunar. |
| Tagħmir meħtieġ | |
| L-għodda ssuġġerita għall-kampjunar skont il-metodu użat |
|
| Kontenituri li għandhom jintużaw għall-kampjunar |
|
| Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju | Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.
|
| Pjan tal-kampjunar | |
| Tip ta’ konsenja | Deskrizzjoni |
| Injam fi kwantitajiet kbar (zkuk) Injam isserrat jew kwalunkwe injam (timber) fi kwantitajiet kbar | Meta l-prodott ikun ittrasportat (jew maħżun) mhux marbut, fi kwantitajiet kbar, it-tagħbija trid titqies kollha kemm hi u l-kampjuni jridu jittieħdu minn kull parti tat-tagħbija. Biċċa/iet jew qatgħat sħaħ jittieħdu bħala kampjuni minn pożizzjoni waħda jew aktar tal-konsenja fi kwantitajiet kbar b’mod aleatorju jew sistematiku. |
| Tagħbija tal-pallets jew tal-pakketti | Biċċa/iet jew qatgħat sħaħ jittieħdu bħala kampjuni minn pakketti/pallets ta’ trasport differenti li jkunu f’pożizzjonijiet differenti tal-vettura ta’ trasport jew fil-maħżen b’mod aleatorju jew sistematiku. In-numru minimu ta’ biċċiet li jrid jitteħdilhom kampjun huwa wieħed. Meta l-oġġetti jkunu żgħar (id-dimensjonijiet kollha sa 10 cm) kun żgur li l-kampjun finali jkun jikkonsisti minn tal-inqas 3 oġġetti. |
| Oġġetti individwali | Skont il-kwantità fil-konsenja, il-valur u d-daqs tal-oġġett, in-numru minimu ta’ oġġetti li jrid jitteħdilhom kampjun huwa wieħed. Meta l-oġġetti jkunu żgħar (id-dimensjonijiet kollha sa 10 cm) kun żgur li l-kampjun finali jkun jikkonsisti minn tal-inqas 3 oġġetti. |
| Informazzjoni dettaljata | |
| Proċedura tal-kampjunar | Teħid tal-kampjuni:
|
| Formola għall-kampjunar | Imla l-formola għall-kampjunar. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri. |
| Trasport | Il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ambjentali f’post xott. Għandhom ikunu protetti mill-esponiment għal kundizzjonijiet li jistgħu jbiddlu l-proprjetajiet rilevanti tagħhom bħal pereżempju d-dawl tax-xemx jew sustanzi kimiċi (fwar). |
| Ħażna | Il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ambjentali f’post xott. Għandhom ikunu protetti mill-esponiment għal kundizzjonijiet li jistgħu jbiddlu l-proprjetajiet rilevanti tagħhom bħal pereżempju d-dawl tax-xemx jew sustanzi kimiċi (fwar). |
| Injam (espandi l-lista) | |
| In-Numru tal-HS | Id-Deskrizzjoni |
| Ir-Reviżjonijiet | ||
| Il-Verżjoni | Id-Data | Il-Bidliet |
| 1.1 | 30.01.2020 | L-ewwel verżjoni |