contenteditable="true">
L-Oġġetti
Id-Definizzjoni Ħxejjex, frott jew ġewż, ippreparati jew ippreservati wkoll;

prodotti mnixxfa fil-kaxxi;

preparazzjonijiet magħmula mill-ħxejjex, frott jew ġewż u prodotti simili, friski, imkessħa, immellħa, fis-salmura, imnixxfa jew affumikati.


Il-ħxejjex u l-frott, mhux iffriżati
Il-kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun 1 kg
L-istandards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u l-leġiżlazzjoni rilevanti
  • ISO 7002 Prodotti tal-ikel agrikoli — Il-preżentazzjoni ta’ metodu standard għat-teħid ta’ kampjuni minn lott.
  • ISO 874 Frott u ħxejjex friski — It-teħid ta’ kampjuni.

Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward it-teħid tal-kampjuni.


It-tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat
  • Għodda għat-teħid ta’ kampjuni minn żona speċifika (S02-01)
  • Kazzola għat-teħid tal-kampjuni (S03-01)
  • Għodod ġenerali: sikkina, imqass, pinzetti, mannara tal-azzar, kuċċarun, eċċ.
Il-kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni
  • Boroż tal-plastik, disinni u daqsijiet differenti (P00)
  • Fliexken tal-plastik, b’bokka wiesgħa, daqs 500-1 000 ml (P03, P04)
Il-prekawzjonijiet ta’ sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sigurtà.

  • Taħt kundizzjonijiet normali l-oġġetti tal-ikel ma joħolqux perikli partikolari għas-saħħa.
  • Oqgħod attent għal xi tikketti dwar is-sigurtà.
  • Ilbes ingwanti protettivi tal-latex u/jew tal-ħadid, nuċċalijiet protettivi u jekk ikun meħtieġ viżiera, elmu tas-sigurtà u lbies protettiv għal rasek, żarbun tas-sigurtà u ġagaga li tintrema wara l-użu.
  • Ma tistax tiekol, tixrob jew tpejjep waqt li tkun qed tieħu l-kampjuni.
  • Għandek tilbes ħwejjeġ nodfa sabiex tnaqqas ir-riskju li tikkontamina aċċidentalment il-kampjuni. Għandek taħsel idejk qabel tieħu l-kampjun.

Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni
It-tip ta’ kunsinna Id-deskrizzjoni
Mhux ippakkjati f’vaguni, tankijiet jew kontejners Kampjun aggregat wieħed jew aktar: minn kampjuni inkrementali meħudin b’mod każwali jew sistematiku mill-kunsinna jew minn mhux inqas minn ħames punti konvenzjonali (waħda fin-nofs u erbgħa f’punti ċentrali bejn iċ-ċentru u t-truf f’diversi fondijiet). Jistgħu jinħolqu aktar kampjuni aggregati minn kontenituri li jkun fihom prodotti jew lottijiet differenti.

Boroż, kaxxi, btieti, bramel Kampjun aggregat wieħed jew aktar: b’għażla każwali jew sistematika minn partijiet differenti tal-kunsinna, f’mhux inqas minn tliet punti konvenzjonali (wieħed fin-nofs, wieħed fuq u wieħed fil-qiegħ). Jistgħu jinħolqu aktar kampjuni aggregati minn boroż, kaxxi tal-injam, btieti jew bramel li jkun fihom prodotti jew lottijiet differenti.

Ħxejjex u frott fis-salmura Kampjun aggregat wieħed: uża kuċċarun tal-azzar u ngwanti tal-latex sabiex tieħu l-kwantitajiet tal-prodott (eż. ħxejjex jew frott fis-salmura) mill-btieti jew mill-bramel sabiex tifforma kampjun aggregat.


L-informazzjoni ddettaljata
Il-proċedura għat-teħid tal-kampjuni
  • Għandek tieħu kampjuni minn kaxxi tal-kontejners, kaxxi tal-kartun, boroż, btieti jew bramel li tkun diġà għażilt.
  • Għandhom jittieħdu kampjuni separati minn lottijiet differenti. It-tikketti fuq il-pakketti jistgħu jindikaw jekk il-kunsinna fihiex lottijiet jew dati ta’ produzzjoni differenti, u jekk il-prodotti fil-lottijiet differenti jvarjawx fil-kwalità.
  • It-teħid tal-kampjuni għandu jsir b’mod li l-kampjuni jirrappreżentaw il-karatteristiċi kollha tal-lott. Il-kampjun għandu jittieħed b’mod każwali jew sistematiku, jiġifieri minn diversi postijiet (fuq, fin-nofs u isfel).
  • Normalment ma jittiħdux kampjuni ta’ kontenituri miftuħa, imkissra jew li jkollhom xi ħsara jew prodotti li jkunu sejrin jiskadu jew li skadew sakemm ma jkunx hemm xi raġuni partikolari għal dan.
  • Permezz tat-tagħmir għat-teħid tal-kampjuni u/jew l-ingwanti tal-latex (tal-ħadid), ħu l-kampjuni inkrementali tal-prodott u iġborhom flimkien f’kontenitur tal-plastik adattat għall-ikel sabiex tifforma kampjun aggregat wieħed.
  • Meta l-kunsinna tkun ittrasportata f’kontejner li jkollu aktar minn żona jew sezzjoni waħda distinta, kull żona jew sezzjoni għandha tiġi ttrattata b’mod separat għall-finijiet ta’ teħid ta’ kampjuni.
Il-formola għat-teħid tal-kampjuni
  • Imla l-formola għat-teħid tal-kampjuni. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u kopja oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
It-trasport
  • Ibgħat il-kampjuni minnufih fil-laboratorju.
  • Għandek tikkonsulta mal-persunal tal-laboratorju sabiex tara meta jkun xieraq li tibgħat il-kampjuni u kif għandhom jinħażnu qabel jinġarru lejn il-laboratorju.
  • Jekk il-kampjuni ma jiġux ikkonsenjati minnufih, dawn jistgħu jinħażnu kemm fi friġġ kif ukoll ġo friża.
  • Għat-trasport
    • Il-kampjuni mkessħa għandhom jitkessħu malajr f’temperatura ta’ bejn 0 u 5 °C qabel it-tbaħħir. Apparat għat-tkessiħ: biex il-kampjuni jinżammu friski jkunu jeħtieġu kontenituri tal-plastik mimlija bir-refriġerant. Jekk il-prodott imur malajr jew ikun fi stat avvanzat ta’ maturità, il-prodott għandu jkun iffriżat sabiex ma jkomplix jeħżien.
    • Il-kampjuni ffriżati għandhom jiġu mdawra b’silġ niexef imkebbeb fil-karta kannella sabiex tevita l-kuntatt bejn il-kampjuni u s-silġ niexef. Għandek tuża biżżejjed silġ niexef sabiex iżżomm il-prodott iffriżat. Poġġi l-kampjuni ffriżati f’kaxxa tal-kartun iżolata, kontenitur għat-tkessiħ tal-polistirene ventilat jew materjal iżolatur ieħor. L-abbuż mit-temperatura jista’ jżid id-deterjorament jew il-ħsara tal-prodott. Fix-xhur tas-sajf, qiegħed il-kontenituri għat-tbaħħir, jekk ikun possibbli, fi friża sakemm jiffriżaw sew.
  • Jekk il-kampjuni jiġu ffriżati għall-finijiet ta’ trasport jew ta’ ħażna dan għandu jiġi rreġistrat fuq il-formola għat-teħid tal-kampjuni.
Il-ħażna
  • Il-kampjuni għandhom jinżammu fl-uffiċċju tad-dwana f’post frisk u xott, ’il bogħod mid-dawl tax-xemx.
  • Għandhom jinħażnu fi friġġ. Żomm il-kampjuni f’temperatura ta’ bejn 0 u 5 °C; il-katina ta’ tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
  • Jekk il-prodott imur malajr jew ikun fi stat avvanzat ta’ maturità, il-prodott għandu jkun iffriżat sabiex ma jkomplix jeħżien. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tiġi rreġistrata.
  • Jekk il-kampjuni jiġu ffriżati għall-finijiet ta’ trasport jew ta’ ħażna dan għandu jiġi rreġistrat fuq il-formola għat-teħid tal-kampjuni.

Il-ħxejjex u l-frott, mhux iffriżati (espandi l-lista )
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni