contenteditable="true">
L-Oġġetti
Id-Definizzjoni Tabakk u prodotti tat-tabakk bħal tabakk tal-werqa imnixxef, tabakk mhux manifatturat, tabakk maqtugħ irqiq, tabakk ittrattat minn qabel, tabakk rekostitwit, skart tat-tabakk, artikli tat-tipjip maqtugħin irqaq, eċċ.

Għal prodotti f'pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għal ‘Pakketti tal-bejgħ bl-imnut’.

It-tabakk
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun Id-daqs u l-kompożizzjoni tal-kampjun għandhom ikunu adattati għat-tip ta’ prodott u t-tip ta’ kunsinna.
  • Tabakk fl-'idejn': madwar 0.5 kg.
  • Weraq mhux marbutin flimkien: ħmistax-il werqa.
  • Tabakk tal-pipa jew ipproċessat: madwar 0.5 kg.
  • Tabakk imqatta’ fin, tabakk għat-tipjip, tabakk li jingħomod, tabakk nażali: madwar 0.5 kg.
  • Pakketti kummerċjali ta' prodotti tat-tabakk maqtugħ fin (oġġetti tat-tipjip):
    • Tabakk tat-tipjip (sigarett, pipa jew tabakk tal-pipa tal-ilma): madwar 0.3 kg;
    • Sigaretti: kartuna waħda sħiħa (kaxxa) jew 200 sigarett;
    • Sigarri jew psewdosigarri: pakkett tal-bejgħ bl-imnut wieħed jew mill-inqas 20 sigarru;
    • Oġġetti tat-tabakk oħrajn eż. tabakk li jingħomod, tabakk nażali: żewġ pakketti sħaħ tal-bejgħ bl-imnut jew iktar li fihom madwar 0.1 kg ta' prodott; ara l-iskeda tat-teħid ta' kampjuni ‘Pakketti tal-bejgħ bl-imnut’ għal iktar dettalji.
L-istandards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u l-leġiżlazzjoni rilevanti
  • ISO 4874 Tabakk — Teħid ta’ kampjuni ta’ lottijiet ta’ materja prima — Il-prinċipji ġenerali.
  • ISO 15592-1 Tabakk imqatta’ fin u oġġetti tat-tipjip magħmula minnu — Metodi ta’ kif tieħu l-kampjuni, kondizzjonament u analiżi — Parti 1 It-teħid ta’ kampjuni.

Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward it-teħid tal-kampjuni.


It-tagħmir meħtieġ
Għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat L-għodod tat-teħid tal-kampjuni ma jridux jibdlu l-karatteristiċi fiżiċi: id-dimensjoni tal-werqa, id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partiċelli, eċċ. u ma jridux jeffettwaw kwalunkwe determinazzjoni sussegwenti.
  • Kazzola tat-teħid tal-kampjuni (S03-01)
  • Tagħmir tat-tqassim tal-kampjun (D01-01)
Kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni
  • Boroż tal-plastik, forom u daqsijiet differenti (P00)
  • Boroż tal-karti, daqsijiet differenti (R00)
  • Fliexken tal-plastik, b’għonq wiesgħa, tad-daqs 500-1000 ml (P03/P04), preferibbilment mhux trasparenti.
  • Kaxxi tal-kartun, pakketti (R01)
  • Fliexken li jingħalqu tajjeb għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ indewwa.
Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.

  • Il-prodotti jista’ jkun fihom it-trab jew ikunu infestati b’sustanzi li jkunu perikolużi għas-saħħa tal-bniedem.
  • Il-prodotti jista' jkun fihom larva tal-ħanfusa tat-tabakk (Lasioderma serricorne), li tikkawża ħsara fit-tabakk.
  • Għandek tilbes ilbies xieraq, approvat taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sigurtà, inklużi ngwanti, maskra għall-wiċċ jew protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet protettivi, viżiera, elmu, u żraben adattati għax-xogħol.

Pjan ta’ teħid tal-kampjuni
It-tip ta’ kunsinna Id-deskrizzjoni
Prodotti f’massa
  • Fil-każ ta’ prodotti f’massa ttrasportati fi stat mhux ippakkjat, kwantitajiet ugwali ta’ kampjuni inkrementali għandhom jittieħdu minn tliet pożizzjonijiet jew aktar tal-massa magħżula b’mod każwali jew sistematiku.
Prodotti bil-bulk imballati
  • Tabakk jew tabakk ippressat f'balal, injam, karta jew kaxxi tal-kartun, basktijiet, u portafolli tal-ġuta: trid tiżgura li l-oġġetti li qed jiġu ċċekkjati jikkonsistu minn kunsinna unika. Jekk ikun hemm diversi kunsinni, dawn għandhom ikunu identifikati b’mod separat. Tista’ tifforma kampjun aggregat biss minn pakketti tal-istess lott li jkunu fl-istess kunsinna.
  • Kwantitajiet ugwali ta’ kampjuni inkrementali jittieħdu mid-diversi pakketti ta’ trasport li jkunu f’pożizzjonijiet differenti tal-vettura ta’ trasport jew fil-maħżen b’għażla każwali jew sistematika.
Qatet ta’ tabakk
  • Tliet qatet meħuda minn pożizzjonijiet differenti fil-kunsinna permezz ta’ għażla każwali jew sistematika. Qatta waħda tista’ tkun twila madwar 80 cm, b’dijametru ta’ 25 cm fil-parti t’isfel u madwar 8 cm minn fejn tinqabad. Il-piż ta’ qatta waħda huma madwar 0.2 kg.
  • Fil-każ ta' weraq tat-tabakk uniċi, kampjun aggregat wieħed jinħoloq b'mill-inqas madwar 15-il werqa tat-tabakk.
Tabakk u prodotti tat-tabakk fil-pakketti tal-bejgħ bl-imnut
  • Għadd adattat ta’ unitajiet irid jintgħażel mill-kunsinna b’mod kompletament aleatorju.
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok irreferi għall-iskeda tat-teħid tal-kampjuni ‘Pakketti għall-Bejgħ bl-Imnut’.

Informazzjoni dettaljata
Proċedura għat-teħid tal-kampjuni
  • It-tagħmir u l-kontenituri għat-teħid tal-kampjuni għandhom ikunu nodfa (mingħajr trab) u xotti u m’għandhomx jibdlu l-karatteristiċi tal-kampjun, bħall-qisien tal-oġġetti, id-distribuzzjoni tad-daqs tal-biċċiet jew il-proprjetajiet organolettiċi.
  • Il-proċedura għat-teħid tal-kampjuni m’għandhiex taffettwa kwalunkwe ttestjar sussegwenti fil-laboratorju.
  • Kull kampjun inkrementali jittieħed b’mod każwali mill-kunsinna b’mod li kull kampjun inkrementali jkollu l-istess probabbiltà li jintgħażel.
  • Jekk issir xi ħsara lit-tabakk u għaldaqstant il-karatteristiċi tiegħu ma jkunux jistgħu jiġu vvalutati, m’għandhomx jittieħdu kampjuni minn dik l-unità partikolari ta’ kampjun.
  • Jekk l-eteroġeneità kif ukoll il-valuri medji jkunu importanti jkun aħjar li l-kampjuni inkrementali ma jitħalltux.
  • Tqassim tal-kampjun: Jekk id-daqs ta' kampjun aggregat huwa kbir wisq, irid jiċċekken biex jinkisbu l-kampjuni finali. Jekk jogħġbok irreferi għas-sistema ta’ tqassim tal-kampjuni. L-omoġenizzazzjoni ta' kampjun aggregat trid titwettaq bir-reqqa sabiex tiggarantixxi l-integrità u l-karatteristiċi tal-kampjun. Il-proċedura tat-tqegħid tal-kampjuni inkrementali fuq pad tal-fojl tal-plastik fejn sussegwentement il-kantunieri tal-folji jintrefgħu u jiġi mċaqlaq b'attenzjoni; jew jista' jintuża wkoll it-tqegħid tal-kampjun fil-boroż tal-plastik fejn jiġi mċaqlaq b'attenzjoni.
  • Ippakkjar tal-kampjuni: Il-kampjuni finali jridu jkunu ppakkjati tajjeb bi protezzjoni adegwata kontra l-ħsara (ħsara mekkanika, bidliet kbar fl-umdità, fit-temperatura, eċċ.). Il-kontenituri għandhom jimtlew sa fuq. Il-kampjuni li se jiġu ttestjati għall-kontenut tal-indewwa jridu jiġu ppakkjati f'kontenituri li jissiġillaw kontra l-indewwa jew boroż b'għeluq li jissiġilla kontra l-arja.
Il-formola għat-teħid tal-kampjuni
  • Imla l-formola għat-teħid tal-kampjuni. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u kopja oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
It-trasport
  • Kun żgur li tittrasportahom malajr, għaliex il-kampjuni għandhom it-tendenza jimmuffaw.
  • Kun żgur li l-kundizzjonijiet ta’ trasport jiggarantixxu l-integrità u l-karatteristiċi tal-kampjun ittrasportat.
  • Kun żgur li l-kundizzjonijiet xierqa ta’ trasport tal-oġġetti jinżammu kif suppost sabiex tħares il-prodott mill-umdità, mill-ħsara mekkanika, minn kontaminazzjoni, formazzjonijiet mikrobijoloġiċi, infestazzjoni jew sitwazzjonijiet oħrajn li jaffettwaw il-proprjetajiet organolettiċi tal-kampjuni (eż. irwejjaħ).
  • Il-kampjuni tal-ikel u tal-prodotti kimiċi għandhom jiġu ttrasportati b’mod separat (stivi tal-merkanzija, kaxxi tal-ippakkjar, eċċ.) fuq il-vettura tat-trasport sabiex tevita l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni bejn l-oġġetti.
Ħżin
  • Il-kampjuni għandhom jinħażnu f’post nadif, xott, għad-dlam, frisk, imperreċ tajjeb u mingħajr irwejjaħ.
  • Kun żgur li l-kundizzjonijiet xierqa ta’ ħażna tal-oġġetti jinżammu kif suppost sabiex tħares il-prodott mill-umdità, mill-ħsara mekkanika, minn kontaminazzjoni, formazzjonijiet mikrobijoloġiċi, infestazzjoni jew sitwazzjonijiet oħrajn li jaffettwaw il-proprjetajiet organolettiċi tal-kampjuni (eż. irwejjaħ).
  • Jekk il-kampjuni jinħażnu għal iktar minn 3 xhur, aħjar tiffriżahom u taħżinhom taħt is-16 °C. Il-prodotti jista' jkollhom il-larva tal-ħanfusa tat-tabakk (Lasioderma serricorne), li jiġu eliminati f'temperatura baxxa. Tabakk infestat irid jintrema billi jiġi inċinerat u l-imħażen fejn tali tabakk kien inħażen iridu jiġu dekontaminati b'mod kimiku (bit-trattament tal-gass).

It-tabakk (espandi l-lista )
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 15.07.2018 Aġġornament - għadd ta' pakketti għall-prodotti tat-tabakk tal-bejgħ bl-imnut; miżjuda l-kartun bħala detenturi tal-kampjun; imsemmija t-tabakk imnixxef u t-tqassim tal-kampjun; proċedura għat-teħid ta' kampjuni ta' weraq tat-tabakk uniċi; imsemmija l-infestazzjoni tal-ħanfusa tat-tabakk