![]() | |
| Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
L-iskedi għall-proċedura għat-teħid tal-kampjuni |
| Il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni skont il-proprjetajiet tal-prodott | ||
| Il-lista li ġejja hija ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni fil-forma tal-hekk imsejħa skedi tat-teħid tal-kampjuni skont il-proprjetajiet tal-prodott. Lista ta’ proceduri ta’ teħid ta’ kampjuni li jaqgħu taħt is-settur tal-ikel u tal-kimika tista’ tinstab taħt dawn il-kategoriji: ikel; kimiċi; u oġġetti. | ||
| Numru tal-kard | L-isem tal-oġġetti | Id-definizzjoni tal-oġġetti |
| (Nru kodiċi) | Il-komoditajiet mingħajr skeda għat-teħid tal-kampjuni | Komoditajiet mingħajr skeda għat-teħid tal-kampjuni, minħabba n-natura tal-prodott. |
| Varji | ||
| SAM-001 | Il-pakketti għall-bejgħ bl-imnut | Tkopri l-prodotti kollha ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut. Il-pakketti għall-bejgħ bl-imnut huma definiti bħala pakketti fejn il-piż tal-iżgħar pakkett individwali fil-konsenja normalment ma jaqbiżx il-5 l jew il-5 kg, jiġifieri diversi laned, fliexken, vażetti u boroż. Din l-iskeda tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-kampjunar tal-oġġetti lesti kemm jekk ippakkjati f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut jew le li mhumiex koperti fl-iskedi speċifiċi tagħhom. L-oġġetti huma definiti bħala prodotti lesti, li jistgħu jintużaw direttament mill-utenti finali. Nota: L-iskeda tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni, iżda jistgħu japplikaw rekwiżiti addizzjonali għal prodotti speċifiċi u dawn mhumiex koperti hawnhekk. |
| SAM-002 | Skart | Tkopri l-iskart kollu f'forom differenti. |
| Ikel u prodotti tal-ikel | ||
| SAM-101 | L-oġġetti tal-ikel, likwidi, viskożità baxxa | Oġġetti tal-ikel likwidi f’massa, bħal xorb, spirti, inbid, xiropp taċ-ċikkulata, għasel, keċap, ġulepp, mustarda, zalza tas-soja, xiropp taz-zokkor, żjut veġetali, ħall, ilma. Il-komoditajiet imsemmija hawn fuq jistgħu jitqiesu wkoll li għandhom viskożità għolja skont in-natura eżatta u/jew it-temperatura tagħhom. |
| SAM-102 | L-oġġetti tal-ikel, likwidi, viskożità għolja | Oġġetti tal-ikel likwidi b’viskożità għolja f’massa, bħal għasel, prodotti tat-tadam, zlazi, ġamm, xiropp tal-qamħ u tal-aġġru, ġulepp, xiropp taċ-ċikkulata, mustarda, meraq, konċentrati tal-frott u tal-ħxejjex; xaħmijiet tal-annimali u żjut veġetali b’viskożità għolja, lardu, marġerina, butir tal-kawkaw, butir tal-karawett, xaħam veġetali u prodotti simili. Il-komoditajiet imsemmija hawn fuq jistgħu jitqiesu wkoll li għandhom viskożità baxxa skont in-natura eżatta u/jew it-temperatura tagħhom. |
| SAM-103 | L-oġġetti tal-ikel, trab | Solidi f’partikuli pproċessati b’medda ta’ qisien taħt il-100 mikrometru, eż. dqiq jew zokkor fin tal-ġelu. Sustanza li tikkonsisti f’partikuli solidi mitħuna, magħmula fi trab, jew imfarrka fin b’xi mod ieħor. |
| SAM-104 | Il-laħam, mhux iffriżat | Laħam f’karkassi, nofs karkassi, partijiet, biċċiet u ġewwieni tal-laħam li jittiekel, anki meta maqtugħin, imqattgħin jew mitħuna, tal-annimali kollha (minbarra ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn), frisk jew imkessaħ. |
| SAM-105 | Il-laħam, iffriżat | Laħam f’karkassi, nofs karkassi, partijiet, biċċiet u ġewwieni tal-laħam li jittiekel, anki meta maqtugħin, imqattgħin jew mitħuna, tal-annimali kollha (minbarra ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn), iffriżat. |
| SAM-106 | Ħut, mhux iffriżat | Ħut mhux iffriżat, fletti tal-ħut jew laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn friski jew kesħin; ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura; affumikat, imsajjar jew mhux qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; Ħut imkessaħ, ġeneralment għal madwar 0 °C, mingħajr ma jiġi ffriżat. |
| SAM-107 | Ħut, iffriżat | Ħut iffriżat, fletti tal-ħut, laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn. |
| SAM-109 | Il-butir u x-xaħam tal-butir | Butir, żejt tal-butir u xaħam tal-butir u prodotti tal-ħalib oħrajn qishom kremi. |
| SAM-110 | Il-ġobon | Ġobon frisk (mhux ikkonservat jew ikkurat), inkluż ġobon tax-xorrox u baqta; ġobon maħkuk jew trab tal-ġobon, ta’ kull tip; ġobon ipproċessat; ġobon tat-tursina u ġobon ieħor li jkun fih vini prodotti mill-Penicillium roqueforti; u ġobon ieħor, eż. ġobon misjur. |
| SAM-111 | Il-prodotti tal-ħalib | Prodotti tal-ħalib bħal ħalib, krema, xorrox u l-prodotti tagħhom, ġelat u prodotti oħrajn simili. |
| SAM-112 | Ħabb u żrieragħ sfużi | Prodotti granulari mhux ippakkjati; ħbub, żrieragħ; prodotti tal-ikel; għalf tal-annimali, eċċ. Żrieragħ taż-żejt, frott żejtni, u kull forma ta’ prodotti pelitizzati. |
| SAM-116 | Il-ħxejjex u l-frott, mhux iffriżati | Ħxejjex, frott jew ġewż, ippreparati jew ippreżervati; prodotti mnixxfa fil-kaxxa; preparazzjonijiet magħmula mill-ħxejjex, frott jew ġewż u prodotti simili. |
| SAM-117 | Il-ħxejjex u l-frott, iffriżati | Ħxejjex iffriżati, frott u ġewż, anki prodotti ffriżati ppreparati; preparazzjonijiet magħmula minn ħxejjex, frott jew ġewż iffriżati, u prodotti simili. |
| SAM-118 | Kafè, te, ħwawar, fażola, ġewż u frott imnixxef | Kafè, te, ħwawar, fażola, ġewż (bil-qoxra u bla qoxra jew ippreparati mod ieħor) u frott u qoxra mnixxfin (imqattgħin, imnixxfin jew ippreparati mod ieħor). |
| SAM-119 | It-tabakk | Tabakk u prodotti tat-tabakk, bħal tabakk tal-weraq imnixxef, tabakk mhux immanifatturat, tabakk imqatta’ fin, tabakk ittrattat minn qabel, tabakk rikostitwit, skart tat-tabakk; artikoli tat-tipjip imqattgħin fin, eċċ. |
| Kimiċi u prodotti kimiċi | ||
| SAM-201 | Kimiċi, likwidi | Qed titħejja skeda tat-teħid tal-kampjuni. |
| SAM-202 | Il-kimiċi, is-solidi | Sustanza b’kompożizzjoni molekulari distinta li tiġi prodotta permezz ta’ proċess kimiku jew użata fih, fi stat fiżiku li fih tkun reżistenti għall-bidliet fid-daqs u fl-għamla. |
| SAM-203 | Kimiċi, gassijiet taħt pressjoni oħrajn | Qed titħejja skeda tat-teħid tal-kampjuni. |
| SAM-204 | Ix-xema’ | Vażelina, xema’ tal-paraffina, xema’ tal-pitrolju mikrokristallina, eċċ. |
| SAM-205 | Il-likwidi taż-żejt | Prodotti taż-żejt mhux raffinat f’massa; karburanti minerali, żjut u prodotti tad-distillazzjoni tagħhom, eż. petrol, pitrolju, żejt tal-gass, żejt għat-tisħin, lubrikanti; esteri monoalkiliċi aċidi xaħmin (FAMAE) u bijokarburanti oħrajn; taħlitiet ta’ FAMAE b’karburanti minerali u prodotti simili. |
| Artikli | ||
| SAM-301 | Plastik u lastiku | Tubi, pajpijiet, pajpijiet flessibbli, pjanċi, folji, rita, fojl, filamenti, madum u strixxi magħmula mill-plastik jew mil-lastiku. |
| SAM-302 | Ġilda u ġilda tal-fur | Qed titħejja skeda tat-teħid tal-kampjuni. |
| SAM-303 | Karti | Qed titħejja skeda tat-teħid tal-kampjuni. |
| SAM-304 | Injam | Injam; Sufra; Dafar jew prodotti simili ta’ materjali tad-dafar. |
| SAM-305 | Tessuti u fibri | Tessuti grezzi inkluż fibri ta’ tul medju; watta; feltru eċċ. Raden; monofilamenti; ħajt tal-ħjata; truf tal-filamenti; ħajt u korda; spag; ċwiemi; ħbula; kejbils eċċ. Drappijiet minsuġin; drappijiet mhux minsuġin; drappijiet innittjati jew maħdumin bil-ganċ. |
| SAM-306 | Metalli | Qed titħejja skeda tat-teħid tal-kampjuni. |
| Ir-Reviżjonijiet | ||
| Il-Verżjoni | Id-Data | Il-Bidliet |
| 1.0 | 12.10.2012 | L-ewwel verżjoni |
| 1.1 | 30.03.2019 | Update: SAM-002, SAM-106, SAM-107 added |
| 1.2 | 30.01.2020 | Update: SAM-118, SAM-301, SAM-304, SAM-305 added; SAM-001, SAM-112 and SAM-205 amended |