contenteditable="true">
Oġġetti
Definizzjoni

(list of HS codes covered by this card)
Tubi, pajpijiet, pajpijiet flessibbli, pjanċi, folji, rita, fojl, filamenti, madum u strixxi magħmula mill-plastik jew mil-lastiku.

Għall-prodotti f’pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għal ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti’.

Għall-pastes ara l-iskeda speċifika għal ‘Xema’.

Għal-likwidi ara l-iskeda speċifika għal ‘Likwidi tal-petroleum’.

Għat-trab, għall-granijiet u għall-fjokki ara l-iskeda speċifika għal `Sustanzi kimiċi, solidi´.

Plastik u lastiku
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun 200 g

1 m2 jew 10 m skont il-forma tal-prodott li minnu jrid jittieħed kampjun
Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti
  • EN 13416 Folji flessibbli għall-waterproofing. Folji tal-bitumen, tal-plastik u tal-lastiku għall-waterproofing tal-bjut. Regoli għall-kampjunar
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward il-kampjunar.

Tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għall-kampjunar skont il-metodu użat
  • Għodod ġenerali: sikkina, imqass, serrieq eċċ.
Kontenituri li għandhom jintużaw għall-kampjunar
  • Fliexken tal-ħġieġ (G01)
  • Kontenituri tal-metall (M01)
  • Kaxxa tal-kartun (R01)
  • Boroż tal-plastik (P00)
  • Fliexken tal-plastik (P03, P04)
Il-kontenituri għall-kampjuni għandhom ikunu nodfa u mingħajr ebda sustanza li tista’ tikkontamina l-materjal li minnu jrid jittieħed kampjun (bħal pereżempju l-ilma, il-ħmieġ, it-tentux, il-komposti tal-ħasil, in-nafta u solventi oħrajn, il-flussi tal-issaldjar, l-aċidi, is-sadid, u ż-żejt).
Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.
  • Ara l-MSDS jew l-ADR jekk ikunu disponibbli.
  • Oqgħod attent għas-sinjali tas-sikurezza u tat-twissija.
  • Ilbes tagħmir ta’ protezzjoni personali.
  • Għandek tkun konxju dwar kwalunkwe struzzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki ta’ ħidma sikuri għall-post fejn ikun se jsir il-kampjunar u ssegwihom.
Tagħmir ta’ protezzjoni personali
  • Protezzjoni għall-idejn: jekk ikun hemm bżonn
  • Protezzjoni għall-għajnejn: jekk ikun hemm bżonn
  • Protezzjoni għar-ras: jekk ikun hemm bżonn

Pjan tal-kampjunar
Tip ta’ konsenjaDeskrizzjoni
Rombli bil-filamenti Kejjel 10 m tal-filament u aqtgħu b’imqass jew b’sikkina.

Rombli bil-fojl, bl-istrixxi, bil-kisi tal-art, bil-kisi tal-ħajt jew tas-saqaf Aqta’ bejn wieħed u ieħor 1 m2 (biċċa ta’ 100 cm x 100 cm) bl-għodda xierqa (imqass jew sikkina).
Tubi, pajpijiet, pajpijiet flessibbli Aqta’ bejn wieħed u ieħor 1 m tat-tubu, tal-pajp jew tal-pajp flessibbli b’serrieq, b’sikkina jew b’imqass skont il-materjal tal-kampjun.
Pjanċi, folji, rita, fojl, strixxi, kisi tal-art, tal-ħajt jew tas-saqaf f’forma ta’ madum Ħu ammont ta’ pjanċi, folji jew madum li jkopru superfiċe ta’ 1 m2 bħala kampjun.
Oġġetti Oġġett wieħed jew irreferi għall-iskeda speċifika tal-kampjunar għal ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti’.


Informazzjoni dettaljata
Proċedura tal-kampjunar Teħid ta’ kampjuni:
  • Meta jkun hemm dubju dwar l-uniformità tal-prodott, pereżempju meta jkun hemm differenzi viżibbli bejn l-oġġetti individwali, tista’ tieħu aktar kampjuni biex tiżgura li l-kampjun tiegħek ikun rappreżentattiv.
Ippakkjar tal-kampjuni:
  • Żomm il-kampjuni finali barra mid-dawl tax-xemx dirett.
Għal aktar informazzjoni rreferi għall-Istandards tal-ISO u r-Regolamenti tal-UE fis-seħħ.
Formola għall-kampjunar Imla l-formola għall-kampjunar. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
Trasport Il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ambjentali f’post xott u vventilat tajjeb. Għandhom jiġu protetti mid-dawl u mill-kontaminazzjoni kroċjata minn materjal ieħor u sitwazzjonijiet oħra li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kampjun.
Ħażna Il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ambjentali f’post xott u vventilat tajjeb. Għandhom jiġu protetti mid-dawl u mill-kontaminazzjoni kroċjata minn materjal ieħor u sitwazzjonijiet oħra li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kampjun.

Plastik u lastiku (espandi l-lista)
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.1 30.01.2020 L-ewwel verżjoni