| In-Numru tal-HS*) |
Id-Deskrizzjoni |
| 0210 |
Laħam u ġewwieni tal-laħam li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti li jittieklu tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-laħam. |
| 0305 |
Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar jew le qabel jew waqt il-proċess tal-affumikar; dqiq, pasti u pritkun tal-ħut, adatti għall-konsum mill-bniedem. |
| 0402 |
Ħalib u krema, ikkonċentrati jew li fihom zokkor miżjud jew materja oħra ta’ ħlewwa. |
| 1101 |
Qamħ jew dqiq meslin. |
| 1102 |
Dqiq taċ-ċereali minbarra dak tal-qamħ jew tal-meslin. |
| 1105 |
Dqiq, pasta, trab, laqx, granuli u pritkuni tal-patata. |
| 1106 |
Dqiq, pasta u trab tal-veġetali leguminużi mnixxfin tal-intestatura 07.13, tas-sagu jew ta’ għeruq jew tuberi tal-intestatura 07.14 jew tal-prodotti tal-Kapitolu 8. |
| 1108 |
Lamti; inulina |
| 1109 |
Glutina tal-qamħ, kemm jekk imnixxfa kif ukoll jekk le |
| 1208 |
Dqiq u pasti taż-żrieragħ taż-żejt jew frott żejtni, minbarra dawk tal-mustarda. |
| 1210 |
Koni tal-ħops, friski jew imnixxfa, kemm jekk mitħunin, magħmulin trab jew fil-forma ta’ pritkuni kif ukoll jekk le; lupulina. |
| 1805 |
Trab tal-kawkaw, li ma fihx zokkor miżjud jew materja oħra ta’ ħlewwa. |
| 1806 |
Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw. |
| 1901 |
Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet tal-ikel tad-dqiq, ħafur, pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40% tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet tal-ikel tal-oġġetti tal-intestaturi 04.01 sa 04.04, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 5% bil-piż ta’ kawkaw ikkalkulati fuq bażi totalment bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra. |
| 2101 |
Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ kafé, te jew maté u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew b’bażi ta’ kafé, te jew maté; ċikwejra nkaljata jew sostituti nkaljati oħrajn tal-kafé, u estratti, essenza u konċentrati tagħhom. |
| 2102 |
Ħmira (attiva jew mhux attiva); mikroorganiżmi oħrajn b’ċellola waħda, mejta (iżda li ma jinkludux il-vaċċini tal-intestatura 3002); trabijiet tal-ħami ppreparati. |
| 2103 |
Zlazi u preparazzjonijiet tagħhom; kondimenti mħalltin u ħwawar imħallta; dqiq u pasta tal-mustarda u mustarda ppreparata |
| 2106 |
Preparazzjonijiet tal-ikel mhux speċifikati jew inklużi band’oħra. |
| 2301 |
Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew tal-ġewwieni, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem; fdalijiet tax-xaħam ta’ dam. |
| *) Il-komoditajiet imsemmija hawn taħt jistgħu jkunu koperti minn skedi tat-teħid ta’ kampjuni speċifiċi oħrajn skont in-natura eżatta tal-prodott. |