| In-Numru tal-HS*) |
Id-Deskrizzjoni |
| 1302 |
Linfa u estratti veġetali; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni u materjali li jgħaqqdu oħrajn, kemm jekk modifikati kif ukoll jekk le, li ġejjin minn prodotti veġetali. |
| 1503 |
Stearina tax-xaħam, żejt tax-xaħam, oleostearina, żejt oleo u żejt tax-xaħam ta’ dam, mhux emulsifikati jew imħallta jew ippreparati mod ieħor. |
| 1504 |
Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux modifikati kimikament. |
| 1505 |
Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmija li ġejjin minnu (inkluża l-lanolina). |
| 1506 |
Xaħmijiet u żjut tal-annimali u veġetali oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux kimikament modifikati. |
| 1507 |
Żejt tas-sojja u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux modifikati kimikament. |
| 1508 |
Żejt tal-karawett mitħun u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux modifikati kimikament. |
| 1509 |
Żejt taż-żebbuġa u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux modifikati kimikament. |
| 1510 |
Żjut oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, miksuba biss miż-żebbuġ, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux modifikati kimikament, inklużi taħlitiet ta’ dawn iż-żjut jew ta’ frazzjonijiet ma’ żjut jew frazzjonijiet tal-intestatura 1509. |
| 1511 |
Żejt tal-palm u l-frazzjonijiet tiegħu, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux modifikati kimikament. |
| 1512 |
Żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol, tal-għosfor jew taż-żerriegħa tal-qoton u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux modifikati kimikament. |
| 1513 |
Żejt tal-ġewża tal-Indi (copra), tal-qlub tal-palm jew żejt babassu u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux modifikati kimikament. |
| 1514 |
Żejt tal-lift, tal-kolza jew tal-mustarda u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux modifikati kimikament. |
| 1515 |
Żjut u xaħmijiet veġetali oħrajn fissi (inkluż żejt tal-ġoġoba) u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux modifikati kimikament. |
| 1516 |
Żjut u xaħmijiet tal-annimali u veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew totalment idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew elajdinizzati, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux kimikament modifikati. |
| 1517 |
Marġerina; taħlitiet jew preparazzjonijiet li jittieklu ta’ xaħmijiet jew żjut tal-annimali jew veġetali jew ta’ frazzjonijiet ta’ diversi xaħmijiet u żjut ta’ dan il-kapitolu, minbarra x-xaħmijiet u ż-żjut li jittieklu u l-frazzjonijiet tagħhom tal-intestatura 1516. |
| 1520 |
Gliċerol, mhux raffinat; ilmijiet tal-gliċerol u lissiji tal-gliċerol. |
| 1522 |
Degras; fdalijiet li jirriżultaw mit-trattament ta’ sustanzi xaħmija jew xema’ tal-annimali jew veġetali. |
| 1603 |
Estratti u meraq tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn. |
| 1701 |
Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f’forma solida |
| 1702 |
Zokkor ieħor, inkluż lattożju, maltożju, glukożju u fruttożju kimikament pur, f’forma solida; xiroppi taz-zokkor li ma fihomx togħmiet jew koloranti miżjuda; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali kif ukoll jekk le; karamel. |
| 1703 |
Għasel iswed miksub mill-estrazzjoni jew mir-raffinar taz-zokkor. |
| 1704 |
Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), li ma fihx kawkaw. |
| 1804 |
Butir,xaħam u żejt tal-kawkaw. |
| 1806 |
Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw. |
| 1901 |
Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet tal-ikel tad-dqiq, ħafur, pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40% tal-piż kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet tal-ikel tal-oġġetti tal-intestaturi 0401 sa 0404, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 5% bil-piż ta’ kawkaw ikkalkulati fuq bażi totalment bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra. |
| 2005 |
Ħaxix ieħor ippreparat jew ippreservat mod ieħor minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat, minbarra l-prodotti tal-intestatura 2006. |
| 2007 |
Ġammijiet, ġeli tal-frott, marmellati, puré tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott jew tal-ġewż, miksuba permezz tat-tisjir, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew materjal ieħor ta’ ħlewwa kif ukoll jekk le. |
| 2008 |
Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti li jittieklu, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew materjal ieħor ta’ ħlewwa jew spirtu kif ukoll jekk le, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra. |
| 2009 |
Meraq tal-frott (inkluż il-most tal-għeneb) u meraq tal-ħxejjex, mhux iffermentat u mingħajr spirtu miżjud, kemm jekk fihom zokkor miżjud jew materjal ieħor ta’ ħlewwa kif ukoll jekk le. |
| 2101 |
Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ kafé, te jew maté u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew b’bażi ta’ kafé, te jew maté; ċikwejra nkaljata jew sostituti nkaljati oħrajn tal-kafé, u estratti, essenza u konċentrati tagħhom. |
| 2103 |
Zlazi u preparazzjonijiet tagħhom; kondimenti mħalltin u ħwawar imħallta; dqiq u pasta tal-mustarda u mustarda ppreparata. |
| 2104 |
Sopop u brodijiet u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet tal-ikel kompost omoġeneizzati. |
| 2106 |
Preparazzjonijiet tal-ikel mhux speċifikati jew inklużi band’oħra. |
| 2201 |
Ilma, inkluż ilma minerali naturali jew artifiċjali u ilma ggassjat, li ma fihx zokkor miżjud jew materjal ieħor ta’ ħlewwa u lanqas togħmiet; silġ u borra. |
| 2202 |
Ilma, inkluż ilma minerali u ilma ggassjat, li fih zokkor miżjud jew materjal ieħor ta’ ħlewwa jew togħma, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, minbarra l-meraq tal-frott u tal-ħaxix tal-intestatura 2009. |
| 2203 |
Birra magħmula mix-xgħir. |
| 2204 |
Inbid jew għeneb frisk, inkluż inbid imsaħħaħ; most tal-għeneb minbarra dak tal-intestatura 2009. |
| 2205 |
Vermut jew inbid ieħor ta’ għeneb frisk mogħti togħma bi pjanti jew sustanzi aromatiċi. |
| 2206 |
Xorb iffermentat ieħor (pereżempju, sajder, perry, mead); taħlitiet ta’ xorb iffermentat u taħlitiet ta’ xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra. |
| 2207 |
Etil alkoħol denaturat ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ 80% vol jew aktar; etil alkoħol u spirti oħrajn, denaturati, ta’ kwalunkwe qawwa |
| 2208 |
Etil alkoħol denaturat ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ inqas minn 80% vol; spirti, likuri u xorb ieħor li fih spirti. |
| 2209 |
Ħall u sostituti tal-ħall miksuba mill-aċidu aċetiku. |
| 3301 |
Żjut essenzjali (bla terpeni jew le), inklużi konkreti u assoluti; reżinojdi; oleoreżini estratti; konċentrati ta’ żjut essenzjali fix-xaħmijiet, fi żjut fissi, fix-xema’ jew simili, miksuba bl-infjoraġġ jew bil-maċerazzjoni; prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta’ żjut essenzjali; distillati akwei u soluzzjonijiet akwei ta’ żjut essenzjali. |
| 3302 |
Taħlitiet ta’ sustanzi odoriferi u taħlitiet (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’ sustanza waħda minn dawn jew aktar, tat-tip użat bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħra bbażati fuq sustanzi odoriferi, tat-tip użat għall-manifattura tax-xorb. |