contenteditable="true">
L-Oġġetti
Id-Definizzjoni Din l-iskeda tista’ tintuża għat-teħid ta’ kampjuni ta’ prodotti tal-ħalib bħal ħalib, krema, xorrox u l-prodotti tagħhom, ġelat u prodotti simili oħrajn.

Għall-prodotti f’pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għal ‘Il-pakketti għall-bejgħ bl-imnut’.

Għall-butir u għax-xaħam tal-butir ara l-iskedi speċifiċi għal ‘Il-butir u x-xaħam tal-butir’.

Għall-ġobon ara l-iskeda speċifika għat-teħid ta’ kampjuni ta’ ‘Il-ġobon’.

Għat-trab tal-ħalib bl-ingrossa ara l-iskeda speċifika għal ‘L-oġġetti tal-ikel, trab’.

Il-prodotti tal-ħalib
Il-kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun
  • 0.5 l jew 0.5 kg.
L-istandards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u l-leġiżlazzjoni rilevanti
  • EN ISO 707 Ħalib u prodotti tal-ħalib — Il-gwida dwar it-teħid ta’ kampjuni.

Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward it-teħid tal-kampjuni.


It-tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat
  • Pompa bil-vakum (L01-01).
  • Kontenitur għall-immersjoni (L02-02).
  • Kontenitur bil-pipetta (L03-01).
  • Għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-pistun (L05-01).
  • Kazzola għat-teħid tal-kampjuni (S03-01).
  • Għodda għat-teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ trabuxù (S04-01).
  • Għodda għat-teħid ta’ kampjuni ta’ ikel iffriżat (E01-01).
  • Għodda għat-teħid ta’ kampjuni f’għamla ta’ trapan żgħir (E02-01).
  • Spatula tal-istainless steel.
  • Għodda ġenerali: sikkina, kuċċarun, eċċ.
Il-kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni
  • Boroż tal-plastik, f’disinni u daqsijiet differenti (P00).
  • Fliexken tal-plastik, bil-bokka wiesgħa, tad-daqs 500-1 000 ml (P03/P04), jekk jista’ jkun mhux trasparenti.
Il-prekawzjonijiet ta’ sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħek u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sigurtà.

Protezzjoni personali:
  • Taħt kundizzjonijiet normali l-oġġetti tal-ikel ma joħolqux perikli partikolari għas-saħħa.
  • Oqgħod attent għal xi tikketti ta’ sigurtà.
  • Ilbes ingwanti protettivi u żarbun tas-sigurtà.
  • Ilbes ġagaga li tintrema wara l-użu u elmu tas-sigurtà jew tagħmir ta’ protezzjoni għal widnejk (meta jkunu meħtieġa).
  • Ma tistax tiekol, tixrob jew tpejjep waqt it-teħid tal-kampjuni.
  • Għandek tilbes ħwejjeġ nodfa sabiex tnaqqas ir-riskju li tikkontamina aċċidentalment il-kampjun. Dejjem ħu miżuri ta’ iġjene biex tevita l-kontaminazzjoni. Għandek taħsel idejk qabel tieħu xi kampjun.
  • Għandek tkun konxju dwar u ssegwi kwalunkwe struzzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki ta’ ħidma mingħajr periklu għall-post fejn ikun ser jittieħed il-kampjun.
  • Kwalunkwe xogħol li jesponi lill-ħaddiema għar-riskju li jaqgħu mill-għoli għal fuq art stabbli jitqies bħala ‘xogħol fl-għoli’. Għandu jingħata taħriġ u jiġi pprovdut it-tagħmir ta’ protezzjoni xieraq. Is-slielem, il-banketti, il-pjattaformi u l-poġġamani għandhom jinżammu f’kundizzjoni strutturali sigura u jiġu spezzjonati b’mod regolari minn persunal kompetenti. Jekk it-teħid tal-kampjuni jkun jeħtieġ li tidħol fi spazju fuq nett ta’ xi tank, għandhom ikunu preżenti mill-inqas żewġ persuni mgħammra b’tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq.

Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni
It-tip ta’ kunsinna Id-deskrizzjoni
Kunsinni għall-approvazzjoni mid-dwana Il-kampjun aggregat jikkonsisti minn numru xieraq ta’ kampjuni inkrementali. Kampjun wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti mill-istess dikjarazzjoni tad-dwana.
Kunsinni għall-PAK (rifużjonijiet ta’ esportazzjoni) Il-kampjun aggregat jikkonsisti f’numru xieraq ta’ kampjuni inkrementali. L-għadd minimu ta’ kampjuni inkrementali huwa deskritt hawn taħt. Jekk il-kunsinna tkun tikkonsisti f’oġġetti li jkunu ġejjin minn linja ta’ produzzjoni waħda (in-numru tal-lott ikun identiku) jistgħu jittieħdu inqas kampjuni.
Prodotti tal-ħalib likwidi, mhux ippakkjati f’tankijiet tal-art jew f’tankijiet mobbli Kampjun aggregat wieħed jew aktar: minn kampjuni inkrementali meħuda b’għażla każwali jew sistematika mill-kunsinna jew mill-inqas minn tliet punti konvenzjonali (min-naħa ta’ fuq, tan-nofs u t’isfel) tat-tank. Iċċekkja l-omoġeneità tal-lott; jekk għandek xi dubju dwar l-omoġeneità tiegħu, ħu aktar kampjuni inkrementali. Jistgħu jinħolqu aktar kampjuni aggregati minn tankijiet li jkun fihom prodotti jew lottijiet differenti.
Prodotti tal-ħalib iffriżati It-teħid ta’ kampjuni direttament minn blokka ffriżata ta’ prodotti tal-ħalib (bħal ġelat u silġ ieħor li jittiekel, trabijiet eċċ.) mhuwiex permess! Minflok, inti għandek tibgħat blokka sħiħa ffriżata jew pakketti għall-bejgħ bl-imnut lil-laboratorju.
Pakketti, btieti, ċilindri, kaxxi, bottijiet, boroż u fliexken żgħar li jinġarru Kampjun aggregat wieħed jew aktar: għandek tagħżel numru adattat ta’ kampjuni inkrementali kompletament b’mod każwali jew b’mod sistematiku mill-kunsinna. Jistgħu jinħolqu aktar kampjuni aggregati minn kontenituri li jkun fihom prodotti jew lottijiet differenti.
Prodotti tal-ħalib li jkunu qegħdin jiċċaqalqu Kampjun aggregat wieħed: minn kampjuni inkrementali tul il-wisgħa kollha tal-fluss, b’intervalli ddeterminati skont il-veloċità li biha jkun għaddej il-prodott.

L-informazzjoni ddettaljata
Il-proċedura għat-teħid tal-kampjuni Il-kummenti ġenerali:
  • Meta l-prodott ikun ittrasportat mhux f’pakketti u f’massa, it-tagħbija għandha titqies bħala ħaġa sħiħa u l-kampjuni għandhom jittieħdu minn kull parti tat-tagħbija.
  • Il-kampjuni rappreżentattivi: il-kampjun għandu jirrappreżenta l-kunsinna kollha. Għandhom jittieħdu kampjuni inkrementali tul il-lott kollu jew tul il-proċess kollu ta’ tbattil. Il-kampjuni inkrementali għandhom jitħalltu tajjeb sabiex joħolqu l-kampjun aggregat. Kun żgur li l-prodott li tiegħu tkun qed tieħu kampjun ma jinbidilx bil-proċess tat-teħid tal-kampjuni.
  • Meta tieħu kampjuni minn kwalunkwe tip ta’ tank, jekk jogħġbok ikkonsulta mal-laboratorju lokali tiegħek.
  • Għal aktar tagħrif irreferi għall-Istandards tal-ISO u r-Regolamenti tal-KE fis-seħħ.
It-teħid ta’ kampjuni minn tankijiet fuq l-art (weqfin):
  • Jista’ jintuża kampjun minn kull livell, kampjun ġieri, kampjun minn fuq, min-nofs u minn isfel, jew kampjun minn post partikolari f’livelli miftiehma għat-teħid ta’ kampjuni mit-tankijiet.
  • Ħu kampjun separat minn kull tank. Huwa essenzjali li l-prodott sħiħ ikun omoġeneu kemm jista’ jkun. Skont l-EN ISO 707 it-taħlit huwa meħtieġ f’kull każ minbarra meta l-kampjun ġieri minn kull livell jittieħed waqt it-tagħbija jew it-tbattil. It-taħlit jista’ jsir pereżempju permezz taċ-ċaqliq mekkaniku, billi tħawwad b’arja kompressa nadifa mingħajr l-iffurmar ta’ ragħwa jew permezz tat-tgħaddis.
  • Il-kontenituri tat-tgħaddis jistgħu jintużaw għat-teħid tal-kampjuni. Il-kontenitur jitniżżel minn ġol-bokkaport tat-tankijiet sakemm jilħaq il-livell mixtieq, imbagħad jinfetaħ u jinżamm f’dik il-pożizzjoni sakemm jimtela, u fl-aħħar jinġibed ’il fuq. Tista’ tintuża wkoll pompa tal-vakum, jekk il-fond minn fejn ser jittieħed il-kampjun ma jkunx ta’ aktar minn 4 m. Għandhom jittieħdu kwantitajiet indaqs ta’ kampjuni lokali minn fuq, min-nofs u minn isfel. Jista’ jintuża wkoll kontenitur għat-teħid ta’ kampjuni minn diversi livelli tat-tankijiet. Il-kampjuni inkrementali mill-partijiet/livelli kollha jinġabru f’kontenitur tat-taħlit, u wara li jitħalltu tajjeb, jinħoloq kampjun aggregat.
It-tankijiet tal-fjuwil li jimtlew minn fuq ta’ bastimenti marittimi, vaguni mimdudin u vetturi tat-triq:
  • Kampjun aggregat jista’ jkun ippreparat minn kampjuni inkrementali meħuda mill-istess tank jew, fil-każ ta’ bastimenti marittimi, mit-tankijiet kollha li jkun fihom l-istess materjal. Jekk ikun meħtieġ kampjun aggregat għal tank wieħed, dan għandu jkun jikkonsisti f’partijiet proporzjonati minn kull parti li minnha jittieħed kampjun. Jekk kampjun aggregat ikun għal diversi tankijiet, dan għandu jikkonsisti f’partijiet proporzjonati minn kull tank li minnu jkun ittieħed kampjun.
  • Normalment, il-kapaċità totali ta’ bastiment marittimu għat-trasport ta’ tagħbija likwida tkun maqsuma f’ċertu numru ta’ żoni indipendenti (ġibjuni, sezzjonijiet, kompartimenti, eċċ.), li jistgħu jkunu ta’ daqsijiet differenti. Il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni u l-formazzjoni ta’ kampjuni aggregati huma l-istess bħal dawk tat-tankijiet weqfin fuq l-art. Kampjuni inkrementali jittieħdu minn kull parti tat-tank.
  • It-tankijiet tal-ferroviji u tal-vetturi tat-triq jistgħu jitqiesu bħala tankijiet ċilindriċi mimdudin. It-tekniki użati għat-teħid tal-kampjuni u l-formazzjoni tal-kampjun aggregat huma identiċi għal dawk għat-tankijiet weqfin fuq l-art. Ċisterni żgħar tal-karozzi jirrappreżentaw volum wieħed.
  • Il-kampjuni għandhom jittieħdu qabel it-tagħbija jew it-tbattil. Jista’ jintuża kampjun minn kull livell, kampjun ġieri, kampjun minn fuq, min-nofs u minn isfel, jew kampjun minn post partikolari f’livelli miftiehma għat-teħid ta’ kampjuni minn kull kompartiment tat-tagħbija.
It-teħid ta’ kampjuni minn kontenituri żgħar li jinġarru:
  • Btieti, ċilindri u bottijiet: It-teħid ta’ kampjuni jsir billi tintuża l-għodda adattata għat-teħid tal-kampjun skont il-viskożità tal-prodott, eż. pompa tal-vakum (L01-01), kontenitur għall-immersjoni (L02-01), kontenitur bil-pipetta (L03-01), għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-pistun (L05-01), kazzola għat-teħid tal-kampjuni jew għodda għat-teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ trabuxù (S04-01).
  • Huwa essenzjali li l-prodott ikun omoġeneu kemm jista’ jkun. Qabel tieħu l-kampjun, ħawwad sew b’idejk jew b’xi magna l-kontenut tal-kontenitur li jinġarr u ħu kampjun min-nofs. Kwantitajiet ugwali ta’ kampjuni inkrementali jittieħdu mill-kontenituri differenti u jinġabru f’kontenitur tat-taħlit. Wara li tħallathom tajjeb, jinħoloq kampjun aggregat.
  • Għandek tgħaqqad kampjuni minn kontenituri differenti sabiex tikseb kampjun aggregat. Jekk il-kunsinna tkun magħmula minn diversi lottijiet, ikun aħjar jekk jittieħed kampjun separat minn kull lott.
  • Jekk ikun ser jittieħed kampjun minn bettija waħda, ċilindru jew bott wieħed biss, il-pakketti bil-kampjuni finali jistgħu jimtlew direttament mill-kontenitur tal-kampjuni.
  • Għal aktar dettalji ara l-iskedi speċifiċi: ‘‘Butir u Xaħam tal-butir’ u ‘Oġġetti tal-ikel, likwidi, viskożità baxxa’.
It-teħid ta’ kampjuni minn pakketti għall-bejgħ bl-imnut:
Il-formola għat-teħid tal-kampjuni
  • Imla l-formola għat-teħid tal-kampjuni. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
It-trasport
  • Ipproteġi l-kampjuni mid-dawl u mill-kuntatt mal-arja (tnixxif).
  • Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta’ kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, sustanzi oħrajn, formazzjoni mikrobijoloġika eċċ.).
  • Żomm il-kampjuni friski jew iffriżati u ara li jinġabru malajr. Il-kampjuni m’għandhomx jiġu ffriżati mill-ġdid. Il-kampjuni għandhom ikunu ttrasportati fi friġġ jew fi friża. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u jkun aħjar jekk tiġi rreġistrata.
  • Ikun aħjar jekk il-prodotti ffriżati jiġu ttrasportati fi friża. Inkella jistgħu jiġu ttrasportati fi friġġ. Oqgħod attent li l-kampjuni ma jinħallux waqt il-vjaġġ. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u jkun aħjar jekk tiġi rreġistrata.
Il-ħażna
  • Ipproteġi l-kampjuni mid-dawl u mill-kuntatt mal-arja (tnixxif).
  • Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta’ kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, sustanzi oħrajn, formazzjoni mikrobijoloġika eċċ.).
  • Il-kampjuni għandhom jinħażnu f’temperatura friska, bejn iż-0 u l-4 °C, għad-dettalji ara l-EN ISO 707. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u għandha tiġi rreġistrata.
  • Iffriża fit-tul f’każ li tkun meħtieġa azzjoni kontinwa.
  • Il-prodotti ffriżati għandhom jinħażnu fi friża. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u għandha tiġi rreġistrata.

Il-prodotti tal-ħalib (espandi l-lista )
Il-prodotti tal-ħalib Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni