| Id-definizzjoni |
Din l-iskeda tista’ tintuża għat-teħid ta’ kampjuni ta’ ġobon frisk (mhux imsajjar jew mhux ikkurat), inkluż ġobon tax-xorrox u baqta; ġobon maħkuk jew trab tal-ġobon, ta’ kull tip; ġobon ipproċessat; ġobon tat-tursina u ġobon ieħor li fih vini prodotti mill-Penicillium roqueforti; u ġobon ieħor, eż. ġobon misjur.
Għall-prodotti f’pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għal ‘Il-pakketti għall-bejgħ bl-imnut’.
Fil-każ ta’ ġobon semilikwidu u baqta ara l-iskeda speċifika għal ‘Il-prodotti tal-ħalib’.
Għat-trab tal-ġobon f’massa ara l-iskeda speċifika għal ‘L-oġġetti tal-ikel, trab’.
|
| Il-kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun |
0.5 kg. |
| L-istandards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u l-leġiżlazzjoni rilevanti |
- EN ISO 707 Ħalib u prodotti tal-ħalib — Il-gwida dwar it-teħid ta’ kampjuni.
|
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward it-teħid tal-kampjuni.
|
| L-għodda għat-teħid tal-kampjun issuġġerita skont il-metodu użat |
- Sassla għat-teħid tal-kampjuni (L04-01).
- Wajer bix-xfafar.
- Tester tal-ġobon.
- Għodod ġenerali: sikkina, kuċċarun, eċċ.
|
| Il-kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjun |
- Boroż tal-plastik, disinni u daqsijiet differenti (P00).
- Fliexken tal-plastik, b’bokka wiesgħa, tad-daqs 500-1 000 ml (P03/P04), preferibbilment mhux trasparenti.
- Fojl tal-aluminju, film plastiku trasparenti, karta tax-xema’.
|
| Il-prekawzjonijiet ta’ sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju |
Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sigurtà.
- Taħt kundizzjonijiet normali l-oġġetti tal-ikel ma jippreżentawx riskji partikolari għas-saħħa.
- Oqgħod attent għal kwalunkwe tikketta dwar is-sigurtà.
- Ilbes ingwanti protettivi u żraben tas-sigurtà.
- Ilbes ġagaga li tintrema wara l-użu u elmu tas-sigurtà jew tagħmir protettiv għal widnejk (meta jkun meħtieġ).
- Ma tistax tiekol, tixrob jew tpejjep waqt li tieħu l-kampjun.
- Għandek tilbes ħwejjeġ nodfa sabiex tnaqqas ir-riskju li tikkontamina l-kampjun b’mod aċċidentali. Dejjem ħu miżuri tal-iġjene sabiex tevita l-kontaminazzjoni. Għandek taħsel idejk qabel ma tieħu l-kampjun.
- Għandek tkun konxju dwar u ssegwi kwalunkwe struzzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-valutazzjoni lokali tar-riskju u/jew il-prattiki tax-xogħol mingħajr periklu għall-post fejn tkun ser tieħu l-kampjun.
|
| It-tip ta’ kunsinna |
Id-deskrizzjoni |
| Kunsinni għall-approvazzjoni mid-dwana |
Il-kampjun aggregat jikkonsisti minn numru xieraq ta’ kampjuni inkrementali. Kampjun wieħed ġeneralment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti mill-istess dikjarazzjoni tad-dwana.
|
| Kunsinni għall-PAK (rifużjonijiet ta’ esportazzjoni) |
Il-kampjun aggregat jikkonsisti f’numru xieraq ta’ kampjuni inkrementali. L-għadd minimu ta’ kampjuni inkrementali huwa deskritt hawn taħt. Jekk il-kunsinna tkun tikkonsisti f’oġġetti li jkunu ġejjin minn linja ta’ produzzjoni waħda (in-numru tal-lott ikun identiku) jistgħu jittieħdu inqas kampjuni.
|
| Kaxxi b’ġobna waħda jew aktar. Oġġetti f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut |
Ġobniet sħaħ fil-pakkett oriġinali tagħhom għandhom jintbagħtu l-laboratorju. Il-kampjuni jittieħdu b’għażla każwali jew sistematikament skont il-piż tal-pakkett.
|
| Ġobon fi blokki bl-ingrossa |
Huwa rrakkomandat li tibgħat blokka sħiħa l-laboratorju. Jekk dan ma jkunx possibbli, aqta’ biċċiet jew flieli ta’ daqs xieraq billi tuża sikkina jew ħu kampjuni mill-qalba billi tuża tester tal-ġobon.
|
| Ġobon fi blokki bl-ingrossa ffriżati |
Mhux possibbli li tieħu kampjuni minn blokka ffriżata tal-ġobon. Ibgħat blokka sħiħa l-laboratorju jew ħu l-kampjun wara li tkun ħallejt il-ġobon bil-mod f’temperatura ta’ mhux aktar minn 5 °C.
|
| Ġobon fis-salmura jew fiż-żejt eċċ. |
Għandek tibgħat pakkett sħiħ bħala kampjun lil-laboratorju jew għandek toħloq kampjun aggregat billi tuża kuċċarun tal-azzar u ngwanti tal-latex. Ħu l-kampjuni primarji ta’ ġobon mit-tankijiet, btieti jew vażetti sabiex tifforma l-kampjun aggregat. Il-kampjuni finali għandhom jinkludu biżżejjed salmura jew żejt biex tkun tista’ tgħaddas fih il-kampjun tal-ġobon.
|
| Il-proċedura għat-teħid tal-kampjuni |
Il-kaxxi b’ġobna waħda jew aktar (ġobon imħallat):
- Meta l-kunsinna tkun magħmula minn diversi tipi ta’ ġobon, kull tip ta’ ġobon fil-kunsinna għandu jkun ittrattat bħala kampjun separat. Poġġi l-kampjuni f’boroż separati.
- Meta l-kunsinna tkun magħmula minn diversi lottijiet, preferibbilment għandu jittieħed kampjun separat minn kull lott.
- L-għadd ta’ pakketti jiddependi mill-piż tal-kunsinna. In-numri ta’ kampjuni li ġejjin huma l-minimu li għandu jittieħed.
- Il-piż tal-kunsinna: < 1 kg:
Ħu mill-inqas żewġ ġobniet sħaħ jew żewġ ġobniet f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut. Ara li l-ammont totali tal-kampjun ikun tal-anqas 0.5 kg.
- Il-piż tal-kunsinna: ≥ 1 kg. u < 10 kg:
Ħu mill-inqas żewġ ġobniet sħaħ jekk ikun possibbli. Jekk dan ikun wisq meta mqabbel mal-ammont totali tal-komodità, ġobna waħda hija biżżejjed. Ibgħat il-kampjuni l-laboratorju kollha kemm huma.
- Il-piż tal-kunsinna: ≥10 kg:
Huwa rrakkomandat li tieħu ġobna sħiħa. Dan il-ġobon jista’ jitqies ukoll li huwa t-tieni kampjun. Dan il-ġobon għandu jintbagħat il-laboratorju bħala tali.
- Huwa rrakkomandat li tieħu ġobna sħiħa. Dan il-ġobon jista’ jitqies ukoll li huwa t-tieni kampjun. Dan il-ġobon għandu jintbagħat il-laboratorju bħala tali.
- Jekk tista’ tieħu biss parti mill-ġobon, segwi l-istruzzjonijiet għall-‘Ġobon fi blokki bl-ingrossa’ hawn taħt.
Il-ġobon fi blokki bl-ingrossa:
- Huwa rrakkomandat li tibgħat ġobniet sħaħ il-laboratorju.
- Fil-każ ta’ blokok (> 10 kg) nofs jew kwart ta’ blokka jkun biżżejjed. Aqta’ l-blokok b’sikkina jew b’wajer bix-xfafar.
- kampjun għal-laboratorju: ġobon fi blokka, 3-10 kg:

- kampjun għal-laboratorju, ġobon fi blokka, 10-20 kg:

- L-uċuħ mikxufa għandhom jingħalqu bil-fojl tal-aluminju jew tal-plastik, karta tax-xema’ jew xi ħaġa simili.
- Għal aktar tagħrif irreferi għall-Istandards tal-ISO u r-Regolamenti tal-UE fis-seħħ.
|
| Il-formola għat-teħid tal-kampjuni |
- Imla l-formola għat-teħid tal-kampjun. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u kopja oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
|
| It-trasport |
- Ipproteġi l-kampjuni mid-dawl u mill-kuntatt mal-arja (inxif).
- Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta’ kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, sustanzi oħrajn, tkabbir mikrobijoloġiku, eċċ.).
- Il-kampjuni għandhom jinżammu kesħin jew iffriżati u ttrasportati malajr. Il-kampjuni m’għandhomx ikunu ffriżati mill-ġdid. Il-kampjuni għandhom ikunu ttrasportati fi friġġ. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u għandha tkun irreġistrata.
- Il-prodotti ffriżati preferibbilment għandhom ikunu ttrasportati fi friża. Inkella, dawn jistgħu jkunu ttrasportati fi friġġ. Ara li l-kampjuni ma jinħallux waqt it-trasport. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u għandha tkun irreġistrata.
|
| Il-ħażna |
- Ipproteġi l-kampjuni mid-dawl u mill-kuntatt mal-arja (inxif).
- Ipproteġi l-kampjuni minn sorsi ta’ kontaminazzjoni (irwejjaħ, likwidi, sustanzi oħrajn, tkabbir mikrobijoloġiku, eċċ.).
- Il-kampjuni għandhom jinħażnu f’temperatura friska, preferibbilment f’temperatura ta’ bejn il-1 sa 5 °C; għad-dettalji ara l-EN ISO 707. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u preferibbilment għandha tkun irreġistrata.
- Iffriża fit-tul f’każ li tkun meħtieġa azzjoni kontinwa.
- Il-prodotti ffriżati għandhom jinħażnu fi friża. Il-katina ta’ tkessiħ għandha tinżamm u għandha tkun irreġistrata.
|