| In-Numru tal-HS*) |
Id-Deskrizzjoni |
| 1505 |
Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmija li ġejjin minnu (inkluża l-lanolina) |
| 1516 |
Żjut u xaħmijiet tal-annimali u veġetali u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew totalment idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew elajdinizzati, kemm jekk raffinati kif ukoll jekk le, iżda mhux ippreparati aktar |
| 1521 |
Xemgħat veġetali (minbarra t-trigliċeridi), xema’ tan-naħal, xemgħat ta’ insetti oħrajn u spermaċeti, kemm jekk raffinati jew ikkuluriti kif ukoll jekk le |
| 1522 |
Degras; fdalijiet li jirriżultaw mit-trattament ta’ sustanzi xaħmija jew xema’ tal-annimali jew veġetali |
| 2712 |
Ġelatina tal-pitrolju; xema’ tal-paraffina, xema’ mikrokristallina taż-żejt, xema’ slack, ożoċerit, xema’ tal-linjit, xema’ tal-pit, xemgħat minerali oħrajn, u prodotti simili miksubin b’sintesi jew bi proċessi oħrajn, kemm jekk ikkuluriti kif ukoll jekk le |
| 2713 |
Kokk taż-żejt, bitum taż-żejt u residwi oħrajn ta’ żjut jew ta’ żjut miksuba minn minerali bituminużi |
| 2714 |
Bitum u asfalt, naturali; ramel bituminuż jew taż-żejt tax-shale u tal-qatran; asfaltiti u blat asfaltiku |
| 2715 |
Taħlitiet bituminużi bbażati fuq l-asfalt naturali, fuq bitum naturali, fuq bitum taż-żejt mhux raffinat, fuq qatran minerali jew fuq żift minerali tal-qatran (pereżempju, gomom bituminużi, cut-backs) |
| 3404 |
Xemgħat artifiċjali u xemgħat ippreparati |
| 3407 |
Pejsts għall-iffurmar, inklużi dawk imħejjija għad-divertiment tat-tfal; preparazzjonijiet magħrufa bħala ‘xema’ tas-snien’ jew bħala ‘komposti għat-teħid tal-marki tas-snien’, ippreżentati f’settijiet, f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut jew fi platti, f’forma ta’ nagħla, stikek jew forom simili; preparazzjonijiet oħrajn għall-użu fid-dentistrija, b’bażi ta’ ġibs (jew ġibs ikkalċinat jew sulfat tal-kalċju) |
| 3501 |
Kaseina, kaseinati u derivati tal-kaseina oħrajn; kolol tal-kaseina |
| 3503 |
Ġelatina (inkluża ġelatina f’folji rettangolari (inklużi kwadri), kemm jekk bil-wiċċ maħdum jew ikkulurit kif ukoll jekk le) u derivati tal-ġelatina; isinglass; kolol oħrajn li ġejjin mill-annimali, inklużi kolol mill-kaseina tal-intestatura 3501 |
| 3505 |
Destrini u lamti oħrajn immodifikati (pereżempju, lamti preġelatinizzati jew esterifikati); kolol ibbażati fuq lamti, jew fuq destrini jew fuq lamti oħrajn immodifikati |
| 3506 |
Kolol ippreparati u adeżivi ppreparati oħrajn, mhux inklużi jew speċifikati band’oħra: prodotti adattati għall-użu bħala kolol jew adeżivi, ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut bħala kolol jew adeżivi, li ma jkollhomx piż nett ta’ aktar minn kilogramma 1 kg |
| 3823 |
Aċidi mxaħħma monokarboksiliċi industrijali; żjut aċidużi mir-raffinar; alkoloħ xaħmi industrijali |
| *) Il-komoditajiet imsemmija hawn taħt jistgħu jkunu koperti minn skedi tat-teħid ta’ kampjuni speċifiċi oħrajn skont in-natura eżatta tal-prodott. |