contenteditable="true">
Likwidi taż-żejt mhux raffinat
Definizzjoni

(lista ta' kodiċijiet SA koperti minn din l-iskeda)
Prodotti taż-żejt mhux raffinat f’massa; karburanti minerali, żjut u prodotti tad-distillazzjoni tagħhom, eż. petrol, pitrolju, żejt tal-gass, żejt għat-tisħin, lubrikanti; esteri monoalkiliċi aċidi xaħmin (FAMAE) u bijokarburanti oħrajn; taħlitiet ta’ FAMAE b’karburanti minerali u prodotti simili.

Għal teħid ta’ kampjuni ta' karburanti u lubrikanti f'forma ta' pejst ta’ konsistenza kremuża jew ta' konsistenza iebsa ara l-iskeda speċifika għax-“Xema’”.

Għaż-żjut ta’ skart ara l-iskeda speċifika għall-“Iskart”.

Għal prodotti f'pakketti għall-bejgħ bl-imnut ara l-iskeda speċifika: “Pakketti għall-bejgħ bl-imnut“.

Likwidi taż-żejt mhux raffinat
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun 0.5 l

0.1 l meta jkun meħtieġ biss it-test li jagħti indikazzjoni

1 l ta' petrol meta tkun meħtieġa d-determinazzjoni tal-indiċi tal-ottan permezz tal-metodu tal-magna
Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti
  • EN ISO 3170: Likwidi taż-żejt mhux raffinat - Teħid manwali tal-kampjuni.
  • EN 14275: Karburanti awtomotivi. Valutazzjoni tal-kwalità tal-petrol u tad-diżil. It-teħid ta’ kampjuni mis-sit ta’ pompi li jbigħu bl-imnut u minn distributuri tal-karburant f’siti kummerċjali.
  • ISO 1998-5 Industrija taż-żejt mhux raffinat - Terminoloġija - Parti 5: It-trasport, il-ħażna, id-distribuzzjoni.
  • ISO 3171 Likwidi taż-żejt mhux raffinat. Teħid awtomatiku ta’ kampjuni bil-pajpijiet.
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward it-teħid ta’ kampjuni.

Tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għat-teħid ta’ kampjuni skont il-metodu użat
  • Pompa bil-vakum (L01-01).
  • Kontenitur għall-immersjoni (L02-01).
  • Kontenitur bil-pipetta (L03-01).
  • Sassla għat-teħid tal-kampjuni (L04-01).
  • Tagħmir għat-teħid kontinwu awtomatiku jew manwali ta’ kampjuni, eż. għodda għat-teħid tal-kampjuni mill-pajpijiet (L06-01). It-tagħmir ma jinkludix biss apparat li jieħu l-kampjuni b’mod awtomatiku mil-linja, iżda wkoll sonda adattata, wajers ta’ konnessjoni, tagħmir awżiljarju, eċċ. Dan kollu għandu jżomm l-integrità tal-kampjun.
  • Kontenitur għat-taħlit u kontenitur għall-iskart mit-tlaħliħ
  • Lenbut
Kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid ta’ kampjuni Il-kontenituri għandhom ikunu magħmula minn plastik reżistenti għal-likwidi taż-żejt mhux raffinat (PP jew PET), ħġieġ jew metall b'tappijiet tas-sufra jew tappijiet tal-plastik xierqa (mhux magħmula mill-gomma).
  • Flixkun tal-plastik, b’bokka dejqa, ta’ daqs normali, 100 sa 500 ml, li jingħalaq sew b’mod li ma jqattarx (P01, P06, P07).
  • Flixkun tal-ħġieġ skur, ta’ daqs kbir, 500 sa 1 000 ml, li jingħalaq sew b’mod li ma jqattarx (G01).
  • Bott tal-metall, ta’ daqs kbir, 500 sa 1 000 ml, li jingħalaq sew b’mod li ma jqattarx (M01).
Ħalli minimu ta’ 10 % vojt fil-kontenitur sabiex tippermetti l-espansjoni termali!
  • Għall-petrol — kontenituri tal-ħġieġ jew tal-metall biss, kapaċità ta’ mill-anqas 1 l
Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u għal-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.
  • Ara l-SDS jew l-ADR jekk disponibbli.
  • Oqgħod attent għas-sinjali tas-sikurezza u tat-twissija.
  • Ilbes tagħmir personali protettiv.
  • Għandek tkun konxju dwar kwalunkwe struzzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki tax-xogħol sikuri għall-post fejn ikun se jsir it-teħid ta’ kampjuni u ssegwihom.
  • Likwidu u fwar li jaqbdu malajr ħafna (eż. il-petrol). Għandek tieħu prekawzjonijiet kontra t-tqabbid mill-elettriċità statika.
  • Tiħux kampjuni f’maltemp bis-sajjetti jew bis-silġ.
  • Qabel jieħu l-kampjuni l-operatur għandu jertja kwalunkwe ċarġ statika akkumulata fuqu billi jmiss xi parti tal-istruttura tat-tank mill-anqas metru ’l bogħod mill-post minn fejn ikun se jsir it-teħid ta’ kampjuni.
  • Jekk it-teħid ta’ kampjuni jkun jeħtieġ li tidħol fi spazju fuq nett ta’ xi tank, għandhom ikunu preżenti mill-anqas żewġ persuni mgħammra b’tagħmir personali protettiv xieraq.
  • Tankijiet bis-soqfa galleġġjanti. Meta jkun possibbli uża l-qafas tal-irfid jew il-pjattaforma għall-aċċess li tkun fuq is-saqaf biex tieħu l-kampjuni minn ġo fihom peress li jista’ jakkumula fwar tossiku jew li jaqbad fl-ispazju taħt is-saqaf. Jekk ikun meħtieġ li tmur fuq is-saqaf, għandu jkun hemm mill-anqas żewġ persuni lebsin protezzjoni xierqa għan-nifs sakemm wieħed ma jkunx ċert li l-atmosfera fuq is-saqaf hija sikura.
  • Kwalunkwe tagħmir użat għandu jkun intrinsikament sikur.
Tagħmir personali protettiv:
  • Protezzjoni għall-idejn: magħmula minn materjal li ma jinħallx fl-idrokarburi, bħal ingwanti jew ingwanti twal tal-PVC.
  • Protezzjoni għall-għajnejn: nuċċalijiet tas-sigurtà, maskri jew viżieri (jekk ikunu meħtieġa).
  • Protezzjoni respiratorja: b’filtru adattat għall-fwar organiku (jekk ikun meħtieġ).
  • Protezzjoni għas-saqajn: bwiez antistatiċi u li ma jiżolqux.
  • Protezzjoni għall-ġisem: ilbies tas-sigurtà magħmul mill-qoton, għażel jew suf (mhux fibri sintetiċi), idum ma jaqbad u li jkun antistatiku.
  • Elmi tas-sgurtà, protezzjoni għall-widnejn u ċinturin tas-sigurtà: jekk ikunu meħtieġa.

Pjan ta’ teħid ta’ kampjuni
Tip ta’ konsenjaProċedura
Konsenja għall-iżdoganar tal-merkanzija Kampjun aggregat wieħed jikkonsisti minn għadd xieraq ta' kampjuni inkrimentali magħżula b'mod aleatorju jew sistematiku matul il-konsenja kollha. Meta tkun sodisfatt li l-konsenja hija omoġenja, kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti bl-istess dikjarazzjoni doganali.

Tankijiet tondi tal-metall vertikali jew orizzontali stabbli Kampjun aggregat wieħed minn kampjun wieħed jew aktar inkrimentali meħuda minn għoli differenti skont il-livell tal-likwidu fit-tank u l-għadd ta' tankijiet magħżula b'mod aleatorju jew sistematiku matul il-konsenja kollha, ara t-teħid tal-kampjuni tal-likwidi fil-parti Ġenerali.

Għal-livell tal-likwidu aktar minn 3 m is-soltu jittieħdu tliet kampjuni minn mill-anqas tliet livelli: madwar 15 % mill-qiegħ, fin-nofs u madwar 15 % mill-wiċċ tal-prodott f’kull lott.

Iċċekkja l-omoġeneità tal-lott — jekk ikollok xi dubju dwar l-omoġeneità, ħu aktar kampjuni inkrimentali. Għandhom jinħolqu aktar kampjuni aggregati minn tankijiet li jkun fihom prodotti jew lottijiet differenti.

Jitħejja kampjun aggregat minn kampjuni inkrimentali li jittieħdu mill-istess tank. Jekk kampjun aggregat ikun għal diversi tankijiet, dan għandu jikkonsisti f’partijiet proporzjonati minn kull tank li jkun ġie inkluż fil-kampjun.

Il-kampjun normalment jittieħed minn fetħiet ta' fuq mill-bokkaport jew permezz ta' viti speċjali għat-teħid ta’ kampjuni li jitqiegħdu fil-ġenb tat-tankijiet fl-għoli korrett. Jista' jintuża wkoll teħid ta’ kampjuni trażversali. Tista’ tuża wkoll pompa bil-vakwu jekk il-fond li minnu tkun se tieħu l-kampjun ma jkunx jaqbeż l-4 m u l-likwidu ma jkunx daqstant viskuż.

Samples can be also taken during loading or discharging as the fuel is being moved.
Bastimenti tal-baħar Il-maġġoranza tal-bastimenti kbar tal-baħar għandhom faċilitajiet għat-teħid ta’ kampjuni inline. Mhux possibbli li jittieħdu kampjuni manwali minħabba r-regolamenti dwar is-sikurezza u l-ambjent. Il-bastimenti jużaw sistemi li ma tgħaddix arja minnhom, sabiex ikunu jistgħu jiġu rkuprati gassijiet li jistgħu jaqbdu.

Normalment, il-kapaċità totali ta’ bastimenti tal-baħar għat-trasport ta’ tagħbija likwida tinqasam f’għadd ta’ żoni indipendenti (ġibjuni, sezzjonijiet, kompartimenti, eċċ.), li jistgħu jkunu ta’ qisien differenti. Il-proċeduri għat-teħid ta’ kampjuni u l-formazzjoni ta’ kampjuni aggregati huma l-istess bħal dawk deskritti għat-tankijiet tondi tal-metall vertikali jew orizzontali stabbli. Jittieħdu kampjuni inkrimentali minn kull tank.

Jitħejja kampjun aggregat minn kampjuni inkrimentali li jittieħdu mill-istess tank. Jekk kampjun aggregat jittieħed minn diversi tankijiet, dan għandu jikkonsisti f’partijiet proporzjonati minn kull tank li jkun ġie inkluż fil-kampjun.
Tankijiet bunker It-tankijiet bunker ikun fihom karburant għall-magna ta' bastimenti tal-baħar jew tax-xmajjar. It-tankijiet bunker huma mfassla biex jitqiegħdu f'postijiet li ma jistgħux jintużaw għal għanijiet oħra. Il-pajp tal-mili ta' spiss ikun f’forma irregolari. F'xi każijiet, huwa possibbli li jittieħed kampjun mill-pajp tal-mili jew mill-vit fis-separatur tal-ilma u/jew fl-unità tal-filtru. Jekk ikun hemm ilma jew sediment, dawn il-kampjuni għandhom jintremew, u jittieħed kampjun meta ma jkun hemm l-ebda sinjal ieħor ta' ilma jew sediment. Dan il-kampjun jintuża għat-test tal-markatur tal-karburant użat.
Awtovaguni u tankijiet li jitgħabbew minn fuq, fuq vetturi tat-triq It-tankijiet tal-ferroviji u tat-triq jistgħu jitqiesu bħala tankijiet tondi orizzontali.

Kampjun aggregat wieħed minn kampjun wieħed jew aktar inkrimentali meħuda minn għoli differenti skont il-livell tal-likwidu fit-tank u l-għadd ta' tankijiet magħżula b'mod aleatorju jew sistematiku matul il-konsenja kollha, ara t-teħid tal-kampjuni tal-likwidi fil-parti Ġenerali.

Għal-livell ta' likwidu ta’ anqas minn 3 m normalment jittieħed kampjun inkrimentali wieħed min-nofs tat-tank. Iċċekkja l-omoġeneità tal-lott - jekk ikollok xi dubju dwar l-omoġeneità, ħu aktar kampjuni inkrimentali. Għandhom jinħolqu kampjuni aggregati separati minn tankijiet li jkun fihom prodotti jew lottijiet differenti.

Jitħejja kampjun aggregat minn kampjuni inkrimentali li jittieħdu mill-istess tank. Jekk kampjun aggregat ikun għal diversi tankijiet, dan għandu jikkonsisti f’partijiet proporzjonati minn kull tank li jkun ġie inkluż fil-kampjun.

Il-kampjun normalment jittieħed minn fetħiet ta' fuq mill-bokkaport jew permezz ta' viti speċjali għat-teħid ta’ kampjuni li jitqiegħdu fil-ġenb tat-tankijiet fl-għoli korrett. Jista' jintuża wkoll teħid ta’ kampjuni trażversali. Tista’ tuża wkoll pompa bil-vakwu jekk il-fond li minnu tkun se tieħu l-kampjun ma jkunx jaqbeż l-4 m u l-likwidu ma jkunx daqstant viskuż.

Il-kampjun jista' jittieħed ukoll wara t-tagħbija jew qabel ir-rimi hekk kif il-karburanti jkunu qed jiġu mċaqalqa.
Karburanti li jkunu qed jiġu mċaqalqa Kampjun aggregat wieħed: Meta l-prodott ikun qed jiġi mċaqlaq mekkanikament bil-gravità, bil-pompi jew b'tagħmir ieħor, jista' jkun hemm valvoli ta’ diverżjoni fuq il-ġenb tal-linja tal-karburant li jippermettu li jittieħdu kampjuni f'intervalli regolari ddeterminati mill-veloċità taċ-ċaqliq mill-fluss tal-karburant, ara t-teħid ta’ kampjuni mill-merkanzija li tiċċaqlaq fil-parti Ġenerali.

Din il-proċedura tintuża wkoll għat-teħid ta’ kampjuni ta' tankijiet tal-vettura li jitgħabbew minn isfel għal fuq waqt it-tagħbija jew il-ħatt:
  • Il-kampjun jittieħed waqt it-tagħbija jew il-ħatt tal-karburant f'postijiet magħżula biss, eż. pompa tal-petrol jew raffinerija jew permezz ta' sistema ta' ppumpjar magħluqa bi rkupru tal-fwar.
  • It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir permezz ta’ tagħmir għat-teħid kontinwu awtomatiku jew manwali ta’ kampjuni, li jittrasferixxi inkrimenti ugwali ta’ likwidu mill-pajp għall-kontenitur tal-kampjun.
  • Qabel ma jittieħed kampjun, it-tagħmir tat-teħid ta’ kampjuni, il-vit u t-tubu għandhom bejn wieħed u ieħor jitlaħalħu mill-prodott fil-kampjun madwar tliet darbiet.
  • Il-kampjun jittieħed direttament fil-flixkun tat-teħid ta’ kampjuni (jew fil-kontenitur għat-taħlit) meta madwar 20 %, 50 % u 80 % tal-volum totali tat-tank ikun ġie rilaxxat.
Distributuri tal-karburant f’sit kummerċjali/pompa tal-petrol Jittieħed kampjun aggregat wieħed tal-karburant permezz ta' dispensuri fuq il-pajpijiet tal-mili.

Qabel it-teħid ta’ kampjuni għandu jitbattal mill-anqas 4 l ta’ karburant jekk ma jkunx hemm xi evidenza li l-pajp tal-pompa fih karburant frisk.

Il-kontenitur tal-kampjun għall-kampjuni finali jimtela direttament mill-kampjun permezz ta' lenbut jew tubu ta' estensjoni sabiex tiġi evitata l-evaporazzjoni tal-karburant. Il-kontenitur tal-kampjun għandu jimtela bil-mod sabiex ma toħloqx ragħwa.

Il-kontenitur għandu jimtela sa massimu ta’ 80-90 % tal-volum tiegħu, sabiex ikun hemm espansjoni minħabba s-sħana.
Il-karburanti mit-tankijiet ta’ vetturi bil-mutur Il-kampjun jittieħed mill-għonq tat-tank tal-karburant, normalment minn pompa bil-vakwu jew minn apparat għat-teħid ta’ kampjuni bis-sonda u jitferra' direttament fil-kontenituri tal-kampjuni.
Il-btieti, il-bramel, il-bottijiet u kontenituri żgħar oħrajn simili li jistgħu jinġarru Kampjun aggregat wieħed jew aktar: minn kampjuni inkrimentali (wieħed jew aktar skont l-omoġeneità tal-prodott, l-għadd ta' kontenituri) meħuda min-nofs ta' kull kontenitur magħżul b’mod aleatorju jew sistematiku matul il-konsenja, ara l-teħid ta’ kampjuni mill-pakketti tat-trasport fil-parti Ġenerali.

Kwantitajiet indaqs ta’ kampjuni inkrimentali jittieħdu minn diversi kontenituri ta’ trasport li jkunu jinsabu f’pożizzjonijiet fil-vettura tat-trasport jew fil-faċilità tal-ħażna.

Kampjun aggregat jista’ jiġi ffurmat biss minn kontenituri mill-istess lott li jkun jinsab fl-istess konsenja. Jekk ikun hemm diversi lottijiet, dawn għandhom ikunu identifikati u inklużi f’kampjun b’mod separat.

Jekk ikun possibbli, dejjem omoġenizza l-kontenut tal-kontenitur kif suppost.

It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir permezz ta’ pompa bil-vakwu, diversi kontenituri bil-pipetta jew apparat ieħor xieraq.

Jekk jittieħed kampjun minn kontenitur wieħed biss (eż. barmil), dan jitferra’ direttament mill-apparat għat-teħid ta’ kampjuni fil-kontenitur tal-kampjuni.

Immaniġġjar tal-kampjuni
Kummenti ġenerali It-teħid kontinwu awtomatiku ta’ kampjuni (il-karburanti li jkunu qed jiġu mċaqalqa) huwa dejjem il-metodu ppreferut minflok it-teħid manwali ta’ kampjuni.

Iż-żejt mhux maħdum u ż-żjut residwi tal-karburanti normalment ma jkunux omoġenji. L-għadd ta’ kampjuni inkrimentali għandu jiġi miftiehem mill-partijiet kollha involuti sakemm it-teħid ta’ kampjuni ma jsirx b’mod awtomatiku u kontinwu. Meta ma jkunx possibbli li jinkiseb ftehim tal-partijiet kollha involuti (għall-infurzar jew meta s-sid ma jkunx magħruf) il-kampjun jittieħed permezz tal-pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni mogħtija hawn fuq.

Il-petrol u l-prodotti ddistillati normalment ikunu omoġenji, iżda spiss ikunu f’tankijiet li jkollhom ilma ċar separat fil-qiegħ. It-teħid manwali ta’ kampjuni skont il-proċeduri stabbiliti hawn taħt huwa aċċettabbli. Meta l-flixkun tal-kampjun ikun fih ilma viżibbli, kejjel is-saff tal-ilma fit-tank. Armi dan il-kampjun u ħu kampjun ġdid mill-karburant 'il fuq mis-saff tal-ilma. L-istess japplika għas-sediment fil-kampjun.

Wara li tikseb il-kampjun, agħlaq il-flixkun minnufih bit-tapp u ara li jkun issikkat sew (ara li ma jqattarx).

Meta jkun possibbli ħu kampjun ġieri direttament fil-flixkun tal-kampjun. Dan inaqqas il-possibbiltà ta’ assorbiment tal-arja, ħruġ ta’ fwar, u kontaminazzjoni. Eżatt qabel tieħu l-kampjun, laħlaħ il-flixkun bil-prodott li tiegħu tkun se tieħu kampjun. Uża fliexken imkessħa minn qabel fix-xhur tas-sajf għas-sustanzi volatili (petrol).

Jekk jintuża kontenitur għat-taħlit, dan għandu jinħasel minn qabel bil-prodott inkluż fil-kampjun. Il-kampjuni inkrimentali kollha mill-postijiet kollha fejn jittieħdu l-kampjuni jinġabru u wara li jkunu mħallta sewwa, jinħoloq kampjun aggregat. Uża kontenitur għat-taħlit imkessaħ minn qabel fix-xhur tas-sajf għas-sustanzi volatili (petrol).

Il-kampjun għandu jiġi mmaniġġjat u ppakkjat f'post b'ventilazzjoni tajba jew barra.

Ftakar li xi impuritajiet u ilma residwu dejjem ikunu preżenti fil-qiegħ tat-tankijiet.
Formola għat-teħid ta’ kampjuni Imla l-formola għat-teħid ta’ kampjuni. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
Trasport Il-kampjuni għandhom ikunu ttikkettati sabiex tindika n-natura speċifika tal-periklu tagħhom (simboli jew ittri kodifikati).

Il-likwidi li jaqbdu huma materjal perikoluż li t-trasport tagħhom huwa rregolat mir-regoli tal-ADR. Jistgħu jiġu applikati eżenzjonijiet għal oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati. Meta jintużaw pakketti kkombinati (li jikkonsistu f’pakkett fuq ġewwa u ieħor fuq barra li aktarx ma jinkisirx jew li jittaqqab malajr), wieħed jista’ jittrasporta sa massimu ta’ 30 l, li massimu ta’ 10 l minnhom jistgħu jkunu prodotti li jaqbdu tal-klassi 1 eż. il-petrol, ara Transport fil-parti Ġenerali.

Il-vettura tat-trasport għandha ġġorr apparat xieraq kontra t-tifi tan-nar.
Ħażna Aħżen f’post frisk, għad-dlam, xott u mperreċ tajjeb, ’il bogħod minn sorsi ta’ sħana.

Żomm il- kontenitur magħluq sewwa sabiex ma jkunx hemm telf ta' komponenti volatili u kontaminazzjoni kroċjata ma' kampjuni oħra.

Uża armarju ventilat għall-oġġetti li jaqbdu jekk ikun disponibbli.

Għandhom jintwerew sinjali ta’ twissija xierqa.

Il-likwidi taż-żejt mhux maħdum (espandi l-lista)
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 30.01.2020 Complete text revision