![]() | |
| Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
SAM-201 Sustanzi Kimiċi, likwidi |
| Sustanzi kimiċi, likwidi | |
| Definizzjoni (lista ta' kodiċijiet SA koperti minn din l-iskeda) |
Sustanzi kimiċi mixellanji, prodotti u preparazzjonijiet kimiċi f’għamla likwida, inklużi fertilizzanti, komposti organiċi u inorganiċi; koloranti u pigmenti; sustanzi tensjoattivi, preparazzjonijiet għal ħasil u lubrikanti, polpa tal-injam, eċċ.; Is-sustanzi kimiċi ttrasportati fi stat likwidu f'temperatura għolja huma inklużi wkoll. Għat-teħid ta’ kampjuni ta' alkoħol mhux żnaturat jew żnaturat ta' kwalunkwe saħħa, ara l-iskeda speċifika ‘Oġġetti tal-ikel, likwidi, viskożità baxxa’. Għat-teħid ta’ kampjuni ta' prodotti taż-żejt mhux raffinat u fjuwils oħra, ara l-iskeda speċifika għal-‘Likwidi taż-Żejt Mhux Raffinat’. Għal teħid ta’ kampjuni ta' sustanzi kimiċi f'forma ta' pejst ta’ konsistenza kremuża jew iebsa, f'temperatura ambjentali (jiġifieri mhux imsaħħan) ara l-iskeda speċifika tax-‘Xama’. Għas-sustanzi kimiċi użati ara l-iskeda speċifika għall-‘Iskart’. Għall-prodotti f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut ara l-iskeda speċifika għal ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut’. Ċerti sustanzi kimiċi m’għandhomx jiġu inklużi fil-kampjun minħabba l-proprjetajiet ferm perikolużi tagħhom; ara l-prinċipji Ġenerali – ‘Teħid ta’ kampjuni minn oġġetti perikolużi’. Jekk ikollok xi dubju, ikkonsulta lil-laboratorju tiegħek. |
| Sustanzi kimiċi, likwidi | |
| Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun | 0,1 l |
| Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti |
|
| Tagħmir meħtieġ | |
| L-għodda ssuġġerita għat-teħid ta’ kampjuni skont il-metodu użat | Qabel l-użu għandek tiżgura li kwalunkwe tagħmir mhux se jirreaġixxi mas-sustanza kimika li tkun qed tiġi inkluża fil-kampjun - ara ‘l-SDS u/jew l-ADR’.
|
| Kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid ta’ kampjuni | Qabel l-użu għandek tiżgura li kwalunkwe kontenitur tal-ħżin mhux se jirreaġixxi mas-sustanza kimika li tkun qed tiġi inkluża fil-kampjun - ara ‘l-SDS u/jew l-ADR’. Il-kontenituri għandhom ikunu magħmula minn materjal adattat għall-ħażna sikura tas-sustanzi kimiċi, u għandhom ikunu ssiġillati biex ma jqattrux, ma jevaporawx jew jassorbu xi umdità:
|
| Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju | Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza. Ftakar:
Tagħmir personali protettiv:
|
| Pjan ta’ teħid ta’ kampjuni | |
| Tip ta’ konsenja | Proċedura |
| Konsenji għall-iżdoganar tal-merkanzija | Kampjun aggregat wieħed li jikkonsisti minn għadd xieraq ta' kampjuni inkrimentali magħżula b'mod aleatorju jew sistematiku matul il-konsenja kollha. Meta tkun sodisfatt li l-konsenja hija omoġenja, kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti bl-istess dikjarazzjoni doganali. |
| Prodotti tal-massa - sfużi fit-tankijiet, bawżers, vagun ta’ riżerva | Kampjun aggregat wieħed minn kampjun wieħed jew aktar inkrimentali meħuda minn għoli differenti skont l-omoġeneità tal-prodott, il-livell tal-likwidu, l-għadd ta' tankijiet magħżula b'mod aleatorju jew sistematiku matul il-konsenja, ara l-‘Prinċipji ġenerali - Teħid tal-kampjuni tal-likwidi’. Iċċekkja l-omoġeneità tal-lott — jekk ikollok xi dubju dwar l-omoġeneità, ħu aktar kampjuni inkrementali. Għandhom jinħolqu kampjuni aggregati separati minn tankijiet li jkun fihom prodotti jew lottijiet differenti. Jitħejja kampjun aggregat minn kampjuni inkrimentali meħuda mill-istess tank. Jekk kampjun aggregat ikun għal diversi tankijiet, dan għandu jikkonsisti f’partijiet proporzjonati minn kull tank li jkun ġie inkluż fil-kampjun. Normalment, il-kampjuni jittieħdu minn fetħiet ta' fuq mill-bokkaport jew permezz ta' viti speċjali għat-teħid ta’ kampjuni li jitpoġġew fil-ġenb tat-tankijiet fl-għoli korrett. Jista' jintuża wkoll teħid ta’ kampjuni trażversali. Tista’ tintuża wkoll pompa bil-vakwu jekk il-fond li minnu jkun se jittieħed il-kampjun ma jkunx jaqbeż l-4 m u l-likwidu ma jkunx daqstant viskuż. Il-kampjuni jistgħu jittieħdu wkoll waqt it-tagħbija jew il-ħatt hekk kif il-prodott ikun qed jiġi mċaqlaq. |
| Sustanzi kimiċi likwidi li jkunu qed jiġu mċaqalqa | Kampjun aggregat wieħed: Meta l-prodott ikun qed jiġi mċaqlaq mekkanikament bil-gravità, bil-pompi jew b'tagħmir ieħor, jista' jkun hemm valvoli ta' diverżjoni fuq il-ġenb tal-pipeline li jippermettu li jittieħdu kampjuni f'intervalli regolari ddeterminati mill-veloċità taċ-ċaqliq mill-fluss tal-likwidu, ara t-‘teħid tal-kampjuni minn merkanzija qed tiċċaqlaq’ fil-parti Ġenerali. |
| Is-sustanzi kimiċi fi btieti, ċilindri, bottijiet, u kontenituri iżgħar simili | Kampjun aggregat wieħed minn kampjuni inkrimentali (wieħed jew aktar skont l-omoġeneità tal-prodott, l-għadd ta' kontenituri) li jittieħdu min-nofs ta' kull kontenitur magħżul b’mod aleatorju jew sistematiku matul il-konsenja, ara ‘Teħid tal-kampjuni minn pakketti għat-trasport’ fil-parti Ġenerali. Kwantitajiet indaqs ta’ kampjuni inkrimentali jittieħdu minn diversi kontenituri ta’ trasport li jkunu jinsabu f’pożizzjonijiet differenti fil-vettura tat-trasport jew fil-faċilità tal-ħażna. Kampjun aggregat jista’ jiġi ffurmat biss minn kontenituri mill-istess lott li jkun jinsab fl-istess konsenja. Jekk ikun hemm diversi lottijiet, dawn għandhom ikunu identifikati u inklużi fil-kampjun b’mod separat. Jekk ikun possibbli, dejjem omoġenizza l-kontenut tal-kontenitur kif xieraq. It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir permezz ta’ pompa bil-vakwu, diversi kontenituri bil-pipetta jew għodod oħrajn xierqa. Jekk jittieħed kampjun minn kontenitur wieħed biss (eż. barmil), dan jitferra’ direttament mill-għodda għat-teħid tal-kampjuni fil-kontenitur tal-kampjuni. |
| L-immaniġġjar tal-kampjuni | |
| Kummenti ġenerali | Fil-prinċipju, il-kwantità minima ta' kampjuni finali identiċi, meħtieġa mil-laboratorju skont il-linji gwida nazzjonali tiegħek, għandha tkun biżżejjed, sakemm tkun sodisfatt li l-prodott huwa omoġenju. Meta jkun possibbli, ħu kampjun direttament fil-flixkun tal-kampjun. Dan inaqqas il-possibbiltà ta’ assorbiment tal-arja, ħruġ ta’ fwar, u kontaminazzjoni. Eżatt qabel tieħu l-kampjun, laħlaħ il-flixkun bil-prodott li għandu jiġi inkluż fil-kampjun. Jekk jintuża kontenitur għat-taħlit, dan għandu jitlaħlaħ bil-prodott inkluż fil-kampjun qabel ma tibda. Il-kampjuni inkrimentali kollha mill-postijiet kollha tat-teħid ta’ kampjuni jinġabru u wara li jitħalltu sewwa, jinħoloq kampjun aggregat. Il-flixkun tal-kampjun għandu jimtela, filwaqt li jħalli spazju żgħir għall-espansjoni minħabba s-sħana. Kampjuni fejn il-kontenut tal-umdità jista' jaffettwa l-analiżi għandhom jiġu ppakkjati f'kontenituri li ma jgħaddix ilma minnhom b'sistema ta’ għeluq li ma tgħaddix arja minnha u għandhom jimtlew sa fuq nett. Wara li tikseb il-kampjun, agħlaq il-flixkun minnufih bit-tapp u ara li jkun issikkat sew (ara li ma jqattarx). Il-kampjun għandu jiġi mmaniġġjat u ppakkjat f'post b'ventilazzjoni tajba jew barra. Teħid ta’ kampjuni ta' sustanzi likwidi msaħħna: Il-kampjun jittieħed mill-valvi tat-teħid ta’ kampjuni pprovduti fuq tankijiet, bawżers jew vaguni ta’ riżerva jew il-kampjun jittieħed permezz ta’ sassla tal-metall għat-teħid tal-kampjuni. Il-kampjuni inkrimentali mbagħad jinġabru direttament mill-valv jew mill-għodda għat-teħid tal-kampjuni fil-kontenitur tal-kampjuni b’fetħa wiesgħa, jew jekk ikun meħtieġ fil-kontenitur tat-taħlit, li minnu jiġu ttrasferiti fil-kontenitur tal-kampjun b’fetħa wiesgħa. Il-kontenituri għandhom jitħallew jiksħu qabel ma jingħalqu. ‘Oġġetti f'atmosferi speċjali’ (eż. fin-nitroġenu): Prodotti ppakkjati f'kundizzjonijiet medikament sterili għandhom jiġu inklużi fil-kampjun fil-bini tar-riċevitur taħt superviżjoni doganali. |
| Formola għat-teħid ta’ kampjuni | Imla l-formola għat-teħid ta’ kampjuni. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri. Semmi jekk il-kampjun ikunx ittieħed f'kundizzjonijiet imsaħħna. |
| Trasport | Il-kampjuni għandhom ikunu ttikkettati sabiex tindika n-natura speċifika tal-periklu tagħhom (simboli jew ittri kodifikati). Kopja tal-SDS għandha dejjem tinżamm ma’ kull wieħed mill-kampjuni. Jekk il-kampjun ikun materjal perikoluż li t-trasport tiegħu jkun irregolat mir-regoli tal-ADR jew minn regoli rilevanti oħra tat-trasport, dawn ir-regoli għandhom jiġu rrispettati. Jistgħu jiġu applikati eżenzjonijiet għal oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati. Meta jintużaw pakketti ta' kombinazzjoni (li jikkonsistu f'imballaġġ intern u estern li ma jkollhomx it-tendenza li jinkisru jew li jittaqqbu faċilment), ara t-‘Transport’ fil-parti Ġenerali. |
| Ħażna | Aħżen f’post frisk, għad-dlam, xott u mperreċ tajjeb, ’il bogħod minn sorsi ta’ sħana. Żomm il-kontenitur magħluq sewwa sabiex ma jkunx hemm telf ta’ komponenti volatili u kontaminazzjoni kroċjata ma’ kampjuni oħra. Uża armarju ventilat għall-oġġetti li jaqbdu jekk ikun disponibbli. Għandhom jintwerew sinjali ta’ twissija xierqa. |
| Sustanzi Kimiċi, likwidi (espandi l-lista) | |
| In-Numru tal-HS | Id-Deskrizzjoni |
| Ir-Reviżjonijiet | ||
| Il-Verżjoni | Id-Data | Il-Bidliet |
| 1.1 | 15.07.2020 | L-ewwel verżjoni |