contenteditable="true">
Il-kodiċi tal-istrument: S04-01
L-isem: Għodda għat-teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ trabuxù
Is-sinonimi: Għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-kamin spirali
Id-deskrizzjoni: Din l-għodda tikkonsisti f’parti ewlenija b’saħħitha f’għamla ta’ trabuxù u manku magħmul mill-metall (stainless steel). Qisien normali: tulijiet jibdew minn 35 cm, dijametru sa 3 cm.
L-istampa:
L-applikazzjoni: Teħid ta’ kampjuni ta’ materjal oħxon u viskuż ħafna bħal tajn, lubrikanti qishom pejst (Vażelina) u oġġetti tal-ikel qishom pejst bħal xaħam mill-ħxejjex jew mill-annimali, ġamm jew għasel.
Kif taħdem: It-trabuxù jingħafas fil-materjal li tiegħu jkun ser jittieħed kampjun billi timbottah u ddawru fl-istess ħin, biex b’hekk tkun ċert li l-kampjun jaqbad mal-ispirali. L-għodda mbagħad tinġibed ’il barra u l-kampjun jitneħħa bi spatula jew barraxa għal ġo kontenitur b’bokka wiesgħa.
L-eżempji tipiċi: Lubrikanti qishom pejst, griż, xema’, Vażelina, eċċ.

Oġġetti tal-ikel qishom pejst bħal xaħam minn ħxejjex u mill-annimali, ġamm jew għasel.
It-tindif u l-manutenzjoni: Meta tieħu kampjun ta’ oġġetti tal-ikel: naddaf sewwa l-fdalijiet tal-kampjun, aħsel bl-ilma jaħraq u bis-sapun, laħlaħ bl-ilma u nixxef l-apparat f’temperatura sa 100 °C.

Jista’ jkun sterilizzat.

Meta tieħu kampjun ta’ oġġetti mhux tal-ikel: naddaf sewwa l-fdalijiet tal-kampjun bi spatula (jew barraxa), imsaħ b’ċarruta mxarrba b’gażolina teknika u nixxef f’temperatura ambjentali.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni