![]() | |
| Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
Għodda għat-teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ lanzetta |
| Il-kodiċi tal-istrument: | S01-01 |
| L-isem: | Għodda għat-teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ lanzetta |
| Is-sinonimi: | Kollettur f’għamla ta’ lanzetta, tubu għat-teħid tal-kampjuni, pike sampler, kollettur f’għamla ta’ tubu, kollettur tas-sajlos |
| Id-deskrizzjoni: | Dan huwa apparat tal-metall jew tal-plastik għat-teħid tal-kampjuni. Magħmul mill-istainless steel jew mill-polypropylene (PP). Qisien normali: kapaċità minn 70 ml sa 250 ml, tul standard 1 m. Normalment ikun mgħammar b’virga teleskopika. |
| L-istampa: | ![]() |
| L-applikazzjoni: | Użat għat-teħid dirett ta’ kampjuni ta’ oġġetti kbar minn xkejjer, boroż jew krietel tal-plastik, jekk dawn l-oġġetti jkunu trab jew frak. Huwa adattat ukoll għat-teħid ta’ kampjuni f’pożizzjoni wieqfa ta’ nixxiegħa ta’ materjal bħal qamħ, zokkor, dqiq, siment, frak tal-plastik, kimiċi, ramel jew irmied. Jistgħu jittieħdu kampjuni sa fond ta’ mhux aktar minn 3.5 metri. Dan l-apparat mhuwiex adattat għat-teħid ta’ kampjuni ta’ materjal f’għamla ta’ pejst, imxarrab jew magħqud. |
| Kif taħdem: | L-għodda tiġi mgħoddija mill-materjal minn fuq għal isfel. Meta wieħed jilħaq il-parti mixtieqa il-kompartiment għall-kampjun jinfetaħ permezz tal-manku teleskopiku. Malli s-sonda timtela bil-kampjun, il-ponta tas-sonda tiġi invitata, l-għodda titneħħa u l-kampjun jiġi trasferit f’kontenitur b’bokka wiesgħa. Tista’ tintuża wkoll biex jittieħdu kampjuni minn ġol-pakketti. L-għodda tiddaħħal fil-prodott billi ttaqqab il-pakkett. Meta tilħaq il-parti mixtieqa l-kompartiment tal-kampjun jinfetaħ permezz tal-manku teleskopiku. Malli s-sonda timtela bil-kampjun, il-ponta tas-sonda tiġi invitata, l-għodda titneħħa u l-kampjun jiġi trasferit f’kontenitur b’bokka wiesgħa. It-toqba fil-pakkett għandha tingħalaq bit-tejp jew bi stiker (jew siġill ta’ kontroll). |
| L-eżempji tipiċi: | Teħid ta’ kampjuni minn nixxiegħa ta’ materjal bħal qamħ, zokkor, dqiq, siment, frak tal-plastik, kimiċi, ramel jew irmied. |
| It-tindif u l-manutenzjoni: | Żarma l-apparat, naddaf bi xkupilja tat-tindif, laħlaħ bl-ilma jekk ikun hemm bżonn, imsaħ b’ċarruta xotta. Jista’ jkun sterilizzat. |
| Ir-Reviżjonijiet | ||
| Il-Verżjoni | Id-Data | Il-Bidliet |
| 1.0 | 12.10.2012 | L-ewwel verżjoni |