| Valvola għat-teħid ta’ kampjuni għall-bawżers tal-fjuwil ta’ vetturi bil-mutur tat-triq li jimtlew minn taħt |
L-għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-pajp hija deskritta fl-EN ISO 3170 (kapitolu 5.4). L-għodda hija magħmula mill-metall:
- L-istainless steel jintuża għat-teħid ta’ kampjuni tal-gażolina,
- Ir-ram jista’ jintuża għat-teħid ta’ kampjuni taż-żejt tal-gass (diżil).
|
|
|
| Għat-teħid ta’ kampjuni ta’ karburanti li jkunu qegħdin jiġu ttrasferiti. L-għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-pajp għandha tkun konformi mal-istandards għall-prodott li tiegħu tkun ser tieħu kampjun. Il-valvola ta’ din l-għodda titqabbad mal-valvola t’isfel fuq il-bawżer. Imbagħad il-pajp li minnu jimtela/jitbattal il-likwidu jitqabbad mal-valvola ta’ din l-għodda. |
Teħid ta’ kampjuni minn bawżers tal-fjuwil li jimtlew minn taħt:
- Il-kampjuni jittieħdu waqt il-mili jew it-tbattil tal-karburanti f’postijiet magħżula biss, eż. pompa tal-petrol jew raffinerija (riskju ta’ splużjoni u kontaminazzjoni tal-ambjent).
- It-teħid tal-kampjuni jsir permezz ta’ tagħmir għat-teħid kontinwu awtomatiku jew manwali ta’ kampjuni, li jittrasferixxi ammonti ugwali ta’ likwidu mill-pajp għall-kontenitur tal-kampjuni.
- Qabel ma tieħu kampjun, laħlaħ it-tagħmir, il-vit u l-pajp sakemm ikun tnaddaf
madwar tliet darbiet il-volum tagħhom.
Il-kampjuni jittieħdu meta jkunu tbattlu madwar 20%, 50% u 80% tal-volum totali tal-bawżer (EN ISO 3170 Likwidi tal-pitrolju — It-teħid manwali ta’ kampjuni). Ferra’ l-kampjuni direttament fil-fliexken apposta jew fil-kontenitur għat-taħlit. |
| It-teħid ta’ kampjuni ta’ karburanti (diżil, gażolina, u likwidi oħrajn ibbażati fuq żjut minerali) bawżers tal-fjuwil ta’ vetturi tat-triq li jimtlew minn taħt. |
| Wara li tieħu l-kampjun neħħi r-residwi tal-karburant — imsaħ b’ċarruta xotta. Jekk ikun meħtieġ, naddaf bi xkupilja, aħsel bil-gażolina, imbagħad bl-ilma u s-sapun, u nixxef f’temperatura ambjentali. L-għodda għandha tkun nadifa u bla ebda sustanza li tista’ tikkontamina l-materjal li tiegħu tkun qed tieħu kampjun (bħal ilma, ħmieġ, tentux, komposti tal-ħasil, nafta u solventi oħrajn, flussi tal-issaldjar, aċidi, sadid, u żejt). |