contenteditable="true">
Il-kodiċi tal-istrument: L05-01
L-isem: Għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-pistun
Is-sinonimi: Visco Sampler
Id-deskrizzjoni: Għodda għat-teħid ta’ kampjuni f’għamla ta’ siringa li tikkonsisti f’parti prinċipali u pistun. Magħmula mill-PTFE jew mill-polypropylene (PP) b’virga ta’ konnessjoni tal-istainless steel. Qisien normali: kapaċità 150 ml sa 650 ml, tul 20 cm sa 200 cm.
L-istampa:
L-applikazzjoni: Teħid ta’ kampjuni ta’ mezzi viskużi: tajn, materjali sospiżi, likwidi u oġġetti tal-ikel aggressivi.
Kif taħdem: L-għodda għat-teħid ta’ kampjuni bil-pistun tista’ tintuża fi tliet modi differenti: (i) tista’ tintuża bħala siringa kbira biex tiġbed likwidi ta’ viskożità medja; (ii) tista’ tinbidel b’aġġustament żgħir f’pipetta li hija adattata b’mod partikolari għall-ġbid ta’ likwidi jew oġġetti tal-ikel aggressivi; jew (iii) jista’ jittieħed kampjun ta’ materjal oħxon jew semisolidu billi titneħħa l-parti ta’ isfel tal-apparat u dan jiddaħħal fil-materjal. Wara li jinħareġ l-apparat il-kontenut ta’ ġo fih jiġi mbuttat ’il barra permezz tal-pistun f’kontenitur b’bokka wiesgħa.
L-eżempji tipiċi: Likwidi u kremi, inklużi kimiċi/oġġetti tal-ikel aggressivi (żjut, emulsjonijiet, kremi, eċċ.).
It-tindif u l-manutenzjoni: Disassemble, remove residues of sampled material, wash with water or organic solvents (e.g. ethanol, acetone), dry at room temperature.Żarmaha, neħħi l-fdalijiet tal-materjal li tiegħu tkun ħadt kampjun, aħsel bl-ilma jew b’solventi organiċi (eż. etanol, aċetun), nixxef f’temperatura ambjentali.

Tista’ tiġi sterilizzata.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni