| Sassla għall-kimiċi |
| Għodda għat-teħid tal-kampjuni fl-għamla ta’ sassla magħmula mill-plastik (PP, PTFE) jew mill-metall (Al, stainless steel). Tista’ tkun mgħammra b’virga teleskopika. Qisien normali: kapaċità minn 100 ml sa 1 000 ml. Il-parti ta’ fuq tas-sassla tista’ tkun bis-snien biex jittieħdu kampjuni mill-wiċċ. |
 |
| Teħid ta’ likwidi minn btieti miftuħa jew magħluqa, tankijiet, bawżers u sajlos. Teħid ta’ kampjuni ta’ likwidi minn postijiet faċilment aċċessibbli. Teħid ta’ kampjuni ta’ likwidi eteroġenei jew partiċelli mill-wiċċ tal-likwidu. |
| Is-sassla bix-xifer tas-snien jiġi mmuntat fuq manku ta’ virga teleskopika. Is-sassla titgħaddas fil-materjal li minnu jkun ser jittieħed il-kampjun u b’hekk jittieħed il-kampjun. Jekk ikun fiha s-saff kontaminanti ta’ fuq, dan jista’ jitferra’ mix-xifer tas-snien. Il-kampjun imbagħad jitferra’ fil-flixkun tal-kampjun. Jekk ikun meħtieġ kampjun mill-wiċċ, is-sassla titgħaddas sax-xifer tas-snien biss u jkun jista’ jittieħed il-kampjun mill-wiċċ. |
| Likwidi bil-wiċċ ikkontaminat, teħid ta’ kampjuni ta’ ilma kkontaminat b’likwidi organiċi, separazzjoni ta’ porzjonijiet li ma jitħalltux. |
| Aħsel bl-ilma jew b’solventi organiċi u nixxef fit-temperatura ambjentali. |