![]() | |
| Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
Kontenitur bil-pipetta |
| Il-kodiċi tal-istrument: | L03-01 |
| L-isem: | Kontenitur bil-pipetta |
| Is-sinonimi: | Pipetta, kontenitur għall-immersjoni, għodda għat-teħid ta’ kampjuni likwidi |
| Id-deskrizzjoni: | L-għodda għat-teħid tal-kampjuni fl-għamla ta’ pipetta hija tubu tal-metall, ħġieġ jew plastik. Jistgħu jintużaw kuluri differenti (qigħan li jintgħarfu skont il-kulur) biex jiġi evitat li jitħalltu bejniethom. Normalment ikunu magħmula mill-polypropylene (PP) jew mill-PTFE (materjal kimikament inert). Kapaċità normali minn 150 ml sa 500 ml. |
| L-istampa: | ![]() |
| L-applikazzjoni: | Teħid ta’ kampjuni likwidi minn btieti miftuħa jew magħluqa, tankijiet, bawżers u sajlos. Teħid ta’ kampjuni minn diversi livelli jew livell patikolari sa fond ta’ mhux aktar minn 1 m. L-għażla tal-materjal hija bbażata fuq in-natura u t-temperatura tal-materjal li tiegħu jkun qed jittieħed kampjun. Pipetta tal-teflon tista’ tintuża għat-teħid ta’ kampjuni ta’ likwidi aggressivi f’temperaturi ogħla (tiflaħ sa 200 °C). |
| Kif taħdem: | It-tubu jitgħaddas fil-likwidu u l-parti ta’ fuq tiegħu jingħalaq b’saba’ jew valvola biex meta t-tubu jittella’, il-likwidu ma joħroġx. It-tubu jista’ jimtela wkoll permezz tal-ġbid b’pistun (kontenitur f’għamla ta’ siringa) jew bużżieqa tal-ġbid. It-teħid ta’ kampjun minn post partikolari. Il-fetħa fin-naħa ta’ fuq tat-tubu tingħalaq. Il-kontenitur jiddaħħal fil-likwidu li tiegħu jkun ser jittieħed kampjun. Meta jintlaħaq il-fond mixtieq il-fetħa tinfetaħ u t-tubu għat-teħid tal-kampjun jimtela bil-kampjun fil-fond speċifiku. It-teħid ta’ kampjun minn diversi livelli. It-tubu jitniżżel dritt minn ġol-kampjun b’rata regolari ta’ penetrazzjoni sabiex jiġu llivellati l-likwidi ġewwa u barra t-tubu. Meta l-pipetta timtela l-fetħa ta’ fuq tingħalaq u t-tubu jittella’. Il-kontenut jiġi ttrasferit fil-kontenitur tal-kampjun billi tinfetaħ il-parti ta’ fuq. |
| L-eżempji tipiċi: | Il-kampjuni likwidi Użata għat-teħid ta’ kampjuni minn kull tip ta’ likwidu. Oġġetti tal-ikel: spirti, xorb alkoħoliku u mhux, żjut veġetali. Oġġetti mhux tal-ikel: kampjuni li jinħallu fl-ilma bħal soluzzjonijiet milwiema bl-alkoħol, preparazzjonijiet attivi fil-wiċċ, soluzzjonijiet tal-melħ. |
| It-tindif u l-manutenzjoni: | Meta tieħu kampjuni ta’ soluzzjonijiet milwiema (spirti, xorb alkoħoliku u mhux, soluzzjonijiet milwiema bl-alkoħol, preparazzjonijiet attivi fil-wiċċ, soluzzjonijiet tal-melħ u likwidi simili) żarmaha u aħsilha sew bl-ilma, imbagħad laħlaħha diversi drabi jew b’solventi organiċi (skont in-natura tal-kontaminazzjoni, eż. laħlaħ bl-etanol, bl-aċetun) u nixxef f’temperatura ta’ 60 °C. Meta tieħu kampjuni ta’ soluzzjonijiet żejtnija (eż. żjut) żarmaha u aħsilha sew bl-ilma jaħraq li jkun fih deterġent, laħlaħ bl-ilma u nixxef f’temperatura ta’ 60 °C. Jista’ jkun sterilizzat. |
| Ir-Reviżjonijiet | ||
| Il-Verżjoni | Id-Data | Il-Bidliet |
| 1.0 | 12.10.2012 | L-ewwel verżjoni |