![]() | |
| Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
Kontenitur għall-immersjoni |
| Il-kodiċi tal-istrument: | L02-02 |
| L-isem:: | Kontenitur għall-immersjoni |
| Is-sinonimi: | Flixkun għall-immersjoni, sonda għall-immersjoni, ċilindru għall-immersjoni |
| Id-deskrizzjoni: | Kontenitur li jiżżarma li jikkonsisti fi flixkun/sonda tal-metall jew tal-plastik b’bażi mtaqqla (biex jinżel malajr) u tapp għall-flixkun. Il-flixkun u t-tapp huma marbuta ma’ spaga, ħabel jew katina, biex ikunu jistgħu jittieħdu kampjuni minn diversi livelli: meta jintlaħaq il-livell mixtieq it-tapp jinfetaħ billi jinġibed bis-saħħa jew b’mod ieħor. Kapaċità: 500 ml sa 1 000 ml. Il-kontenitur għall-immersjoni huwa fil-forma ta’ flixkun jew sonda magħmula mill-polypropylene (PP) jew mill-aluminju (Al). |
| L-istampa: | ![]() |
| L-applikazzjoni: | L-istess bħal ta’ L02-01. Teħid ta’ kampjuni ta’ likwidi minn żoni ta’ fond diskret — jistgħu jittieħdu kampjuni minn post speċifiku u minn sezzjonijiet differenti. It-tip ta’ sonda għat-teħid tal-kampjuni jintgħażel skont il-materjal li tiegħu jkun ser jittieħed kampjun. |
| Kif taħdem: | L-istess bħal ta’ L02-01. Is-sonda tiddaħħal fil-likwidu li tiegħu ser jittieħed kampjun. Il-parti ta’ fuq tingħalaq b’tapp, li jkun marbut ma’ kejbil. Meta s-sonda tilħaq il-fond mixtieq it-tapp jinfetaħ u s-sonda timtela bil-kampjun minn dak il-fond speċifiku. Imbagħad, is-sonda tittella’ u l-kontenut jiġi trasferit ġo kontenitur tal-kampjuni. |
| L-eżempji tipiċi: | Il-kampjuni likwidi li ma jaqbdux Likwidi li jitħalltu mal-ilma inklużi oġġetti tal-ikel u likwidi b’viskożità għolja. Prodotti taż-żejt skur bħaż-żejt għat-tisħin u żejt skur għal-lubrikazzjoni. |
| It-tindif u l-manutenzjoni: | Aħsel bl-ilma, iftaħ it-tapp u nixxef f’temperatura ta’ 60 °C. Aħsel bil-gażolina, imbagħad bl-ilma, iftaħ it-tapp u nixxef f’temperatura ta’ 60 °C. |
| Ir-Reviżjonijiet | ||
| Il-Verżjoni | Id-Data | Il-Bidliet |
| 1.0 | 12.10.2012 | L-ewwel verżjoni |