contenteditable="true">
Il-kodiċi tal-istrument: L02-01
L-isem: Kontenitur għall-immersjoni
Is-sinonimi: Flixkun għall-immersjoni, sonda għall-immersjoni għal applikazzjonijiet li jifilħu għall-isplużjoni
Id-deskrizzjoni: Kontenitur li jiżżarma li jikkonsisti fi flixkun/sonda tal-metall jew tal-plastik b’bażi mtaqqla (biex jinżel malajr) u tapp għall-flixkun. Il-flixkun u t-tapp huma marbuta ma’ spaga, ħabel jew katina, biex ikunu jistgħu jittieħdu kampjuni minn diversi livelli: meta jintlaħaq il-livell mixtieq it-tapp jinfetaħ billi jinġibed f’daqqa jew b’mod ieħor. Kapaċità: 500 ml sa 1 000 ml.

Għat-teħid ta’ kampjuni minn likwidi li jaqbdu l-kontenitur għall-immersjoni għandu jkun magħmul minn materjal li ma jipproduċix xrar (kromju jew ram ibbanjat bin-nikil jew stainless steel). Il-wajer jew il-katina, it-tapp u r-rukkell li jitħaddem bl-idejn ukoll għandhom ikunu magħmula minn materjali li ma jipproduċux xrar.

Il-kontenitur għall-immersjoni u l-aċċessorji tiegħu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-EN 13463-1 Tagħmir mhux elettriku għal atmosferi potenzjalment splussivi — Parti 1: Il metodu u r rekwiżiti bażiċi.

Twissija: Meta tkun qed tieħu kampjun ta’ likwidi li jaqbdu malajr jew malajr ħafna għandhom jiġu osservati l-linji gwida kontra l-isplużjonijiet. Għandhom jintużaw biss kejbils għall-immersjoni elettro-konduttivi magħmula minn materjali li ma jagħmlux xrar kif ukoll irkiekel elettro-konduttivi li jaħdmu bl-idejn b’konnessjoni mal-ert.
L-istampa::
l-applikazzjoni: Teħid ta’ kampjuni ta’ likwidi minn żoni ta’ fond diskret — jistgħu jittieħdu kampjuni minn post speċifiku u minn sezzjonijiet differenti. It-tip ta’ sonda għat-teħid tal-kampjuni jintgħażel skont il-materjal li tiegħu jkun ser jittieħed kampjun.
Kif taħdem:: Osserva r-regolamenti tas-sigurtà: il-linji gwida kontra l-isplużjonijiet! Is-sonda tiddaħħal fil-likwidu li tiegħu ser jittieħed kampjun. Il-parti ta’ fuq tingħalaq b’tapp, li jkun marbut ma’ kejbil. Meta s-sonda tilħaq il-fond mixtieq it-tapp jinfetaħ u s-sonda timtela bil-kampjun minn dak il-fond speċifiku. Imbagħad, is-sonda tittella’ u l-kontenut jiġi trasferit ġo kontenitur tal-kampjuni.
L-eżempji tipiċi: Il-kampjuni likwidi
Pitrolju u prodotti oħrajn, inklużi prodotti taż-żejt skur bħal żjut għat-tisħin u żjut skuri għal-lubrikazzjoni.

Solventi organiċi, sustanzi li jrattbu ż-żebgħa (thinners), u prodotti taż-żejt ċar bħal petrol, kerosin, pitrolju u żjut ta’ lubrikazzjoni ċari.

Likwidi li jitħalltu mal-ilma.
It-tindif u l-manutenzjoni: Aħsel bil-gażolina, imbagħad bl-ilma, iftaħ it-tapp u nixxef f’temperatura ta’ 60 °C.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni