contenteditable="true">
Il-kodiċi tal-istrument: L01-01
L-isem:: Pompa bil-vakum
Is-sinonimi: Mini-sampler, ProfiSampler
Id-deskrizzjoni: Sett b’pompa bil-vakum, li jikkonsisti f’pompa b’pajpijiet tal-PE u tal-PTFE, imqassijiet, piżijiet differenti tal-istainless steel, fittings, howlder għall-pajpijiet tal-plastik, tnaqqis għall-kontenituri tal-kampjuni, kaxxa tal-plastik li tista’ ġġorrha miegħek. Il-parti ewlenija tal-pompa hija magħmula mill-PE, PP, PTFE, aluminju jew mill-istainless steel.
L-istampi:
L-applikazzjoni:: It-teħid frekwenti ta’ kampjuni ta’ likwidi f’postijiet fejn mhux possibbli li ssir id-dekontaminazzjoni tal-għodod għat-teħid tal-kampjuni. Applikabbli għal fond sa mhux aktar minn 4 m (skont il-viskożità tal-likwidu li minnu jkun qed jittieħed il-kampjun). Jekk il-materjal li minnu jittieħed il-kampjun ikun fih impuritajiet solidi, dawn jistgħu jkunu sseparati bl-użu ta’ passatur tal-istainless steel li jitpoġġa fuq it-tubu tal-ġbid. Il-kampjun jgħaddi dritt fil-kontenitur.
Kif taħdem: Il-pompa bil-vakum toħloq vakum fi flixkun, li jkun imqabbad ma’ pajp mgħaddas fil-likwidu li tiegħu tkun ser tieħu kampjun. Il-vakum jiġbed il-likwidu ’l ġewwa u b’hekk jimtela l-flixkun. Il-kampjun jgħaddi dritt fil-kontenitur. Il-likwidu li tiegħu jkun ser jittieħed kampjun ma jiġix f’kuntatt mal-pompa; il-piż tal-istainless steel biss, il-pajpijiet tal-PE jew tal-PTFE u l-kontejner tal-kampjun jiġu kkontaminati bil-kampjun. Il-pajpijiet użati għandhom ikunu ddekontaminati jew mibdula ma’ oħrajn nodfa qabel jittieħed kull kampjun.
L-eżempji tipiċi: Il-kampjuni likwidi
Pitrolju u prodotti oħrajn, inklużi prodotti tal-ikel u kimiċi aggressivi minn btieti, bastimenti u bawżers (inklużi bawżers ta’ vetturi bil-mutur).

Konvenjenti għat-teħid ta’ kampjuni minn bastimenti u tankers minn toqob żgħar.

Teħid frekwenti ta’ kampjuni ta’ likwidi f’postijiet fejn it-tindif tal-għodda għat-teħid tal-kampjuni mhuwiex possibbli.

Applikabbli għal fond sa mhux aktar minn 4 m (skont il-viskożità tal-likwidu li minnu jkun qed jittieħed il-kampjun).
It-tindif u l-manutenzjoni:: Żarma l-pompa wara li tużaha, imsaħha b’ċarruta xotta. Il-pajpijiet użati għandhom jitnaddfu sew jew jinbidlu bejn operazzjoni ta’ teħid ta’ kampjuni u oħra biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni bejn materjal u ieħor.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni