contenteditable="true">
Il-kodiċi tal-istrument: E01-01
L-isem: Għodda għat-teħid ta’ kampjuni ta’ ikel iffriżat
Is-sinonimi: Għodda għat-teħid ta’ kampjuni ta’ silġ, taqqab tas-silġ (ice borer)
Id-deskrizzjoni: Din l-għodda tikkonsisti f’żewġ partijiet: taqqab u l-estremità tat-taqqab (ċilindru għat-teħid tal-kampjuni). Iċ-ċilindru jista’ jinqala’. Qisien normali: tul minn 30 sa 50 cm, kapaċità 50 ml. Tista’ tkun mgħammra b’virga ta’ estensjoni
L-istampa:
L-applikazzjoni: It-teħid ta’ kampjuni minn materjal iffriżat u surġelat u sustanzi semisolidi.
Kif taħdem: Din l-għodda taħdem fuq il-prinċipju ta’ vit: l-apparat jinvita ruħu fil-materjal li tiegħu jkun ser jittieħed kampjun u fl-istess waqt jiġbed u jitfa’ l-kampjun fiċ-ċilindru pprovdut.
L-eżempji tipiċi: Oġġetti surġelati bħal laħam jew konċentrati tal-meraq tal-frott.
It-tindif u l-manutenzjoni: L-għodda li tieħu kampjuni mis-silġ hija llustrata bl-elettroliti u m’għandhiex kanali għal tindif perfett u faċli.

Neħħi l-bqija tal-kampjun b’attenzjoni, aħsel bl-ilma jaħraq u bis-sapun, laħlaħ bl-ilma u nixxef f’temperatura sa 100 °C.

Tista’ tkun sterilizzata.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni