contenteditable="true">

Jista’ jkun li tkun meħtieġ taħdem fl-għoli f’diversi ċirkostanzi, kemm f’xi port jew f’xi baċir, abbord xi bastiment, f’ajruport, jew fil-bini ta’ xi kummerċjant jew post ieħor li ma tkunx familjari miegħu. Ir-riskji huma l-istess u għandek tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Jekk ma tkunx sodisfatt li tista’ taħdem mingħajr periklu, m’għandekx tagħmel dan sakemm tkun sodisfatt li t-tagħmir xieraq ikun f’postu jew li jkunu ttieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.


1. X’inhu x-xogħol fl-għoli?

Ix-xogħol fl-għoli jfisser xogħol fi kwalunkwe post fejn, jekk ma jittiħdux prekawzjonijiet, tista’ taqa’ u tkorri.

Jekk inti:
tkun qed taħdem fl-għoli fi kwalunkwe sitwazzjoni fejn tista’ taqa’ minn livell għall-ieħor.

Eżempji ta’ xogħol fl-għoli jinkludu:


2. Xi prekawzjonijiet għandi nieħu?

Tinsiex: ix-xogħol fl-għoli jista’ jkun ta’ darba fill, jew parti mir-rutina tiegħek. Kun żgur li tidentifika l-kompiti kollha li jeħtieġu xogħol fl-għoli, sabiex tkun tista’ tagħmilhom mingħajr periklu. Is-sigriet għall-prevenzjoni ta’ korrimenti jekk ikollok taħdem fl-għoli huwa li tagħmel valutazzjoni tar-riskju, sabiex tkun tista’ tieħu l-prekawzjonijiet xierqa.

Il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-prattiki ta’ xogħol bla periklu għandhom isiru għall-attivitajiet kollha li jinvolvu xogħol fl-għoli.



3. Tista’ tevita l-ħtieġa li taħdem fl-għoli?

F’ċerti ċirkostanzi, jista’ jkun impossibbli li tevita li taħdem fl-għoli. Madankollu, għandek dejjem teżamina u tieħu kampjun tat-tagħbija f’żona adattata. Dan normalment ifisser li l-oġġetti għandhom jitneħħew mill-kontejner jew mill-vettura u jitqiegħdu f’żona ċatta, biex b’hekk tevita l-ħtieġa li taħdem fl-għoli.

Jekk tkun qed taħdem f’post jew f’sitwazzjoni li ma tkunx familjari magħha, għandek tikkunsidra r-riskji b’attenzjoni u ma tkomplix teżamina u tieħu kampjuni sakemm tkun żgur li tista’ tagħmel dan mingħajr periklu.



4. Tista’ tipprevjeni waqgħa?

Iva tista’ billi:

Tużax metodi improvizzati sabiex tilħaq il-post li trid — bħal xi palit fuq trakk b’fork-lift.

Evita li tuża slielem jew skalapiżi mhux marbuta jew mingħajr irfid fejn ikun possibbli (ara s-sezzjoni dwar l-użu tas-slielem).




5. Tista’ tnaqqas il-konsegwenzi ta’ waqgħa?

L-ewwel għandek tipprova tevita u mbagħad tipprevjeni waqgħa qabel ma ddur għal miżuri li jnaqqsu jew jillimitaw biss il-konsegwenzi. Ix-xbieki tas-sigurtà huma eżempju wieħed ta’ miżuri bħal dawn, għaliex dawn għandhom inaqqsu r-riskju ta’ korriment jekk xi ħadd jaqa’. It-tagħmir li jżommok milli taqa’ wkoll inaqqas il-korrimenti, iżda dawn jeħtieġu installazzjonijiet u taħriġ speċjali.






6. X’miżuri addizzjonali oħrajn teħtieġ sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ xi waqgħa?

Meta tuża kwalunkwe tagħmir għax-xogħol mill-għoli, għandek tassigura wkoll:

L-użu normali ta’ slielem jew skalapiżi ma jinkludix miżuri għall-prevenzjoni ta’ waqgħat jew għat-tnaqqis tal-konsegwenzi. Għaldaqstant għandek tkun kapaċi turi li ma kienx raġonevoli li tagħżel tagħmir alternattiv minħabba li l-kompitu huwa ta’ riskju baxx u għal ftit ħin.



7. Rajt jekk hemmx xi wċuħ fraġli?

Teħtieġ li tkun partikolarment konxju dwar kwalunkwe materjal fraġli fi, jew qrib, iż-żona fejn tkun qed taħdem fl-għoli minħabba li dawn iżidu r-riskju. Wiċċ fraġli aktarx li jinkiser jekk xi ħadd jaħdem fuqu jew jaqa’ fuqu. Eżempji komuni jinkludu l-folji tas-saqaf magħmula mill-fibra jew mis-siment tal-asbestos u bosta tamboċċi, iżda wkoll pontijiet fis-sajlos.

Kun żgur li:


8. Hemm xi riskji oħrajn assoċjati max-xogħol fl-għoli?

Tinsiex li x-xogħol fl-għoli jista’ jġib ukoll riskji oħrajn miegħu:


Il-gwida li tinsab f’din it-taqsima hija maħsuba sabiex infakkru b’mod ġenerali r-riskji li xi drabi wieħed jiltaqa’ magħhom waqt il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u teħid ta’ kampjuni u t-tagħmir ta’ sigurtà li għandek tuża u l-prekawzjonijiet li għandek tieħu.
Għal aktar tagħrif għandek tirreferi għal-leġiżlazzjoni u l-gwida tal-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni