Ħoss jista’ jkun irritanti. Jekk ikun kbir jew idum sejjer għal ħin twil jista’ wkoll jikkawża danni temporanji jew permanenti fis-smigħ. L-aħjar mod kif tnaqqas ir-riskju ta’ ħsara fis-smigħ tiegħek huwa billi telimina jew tnaqqas il-livell tal-istorbju mis-sors tiegħu.
Peress li dan mhux dejjem ikun possibbli, jeżistu diversi tipi ta’ tagħmir ta’ protezzjoni tas-smigħ. Dawn huma mfassla sabiex inaqqsu l-ammont ta’ ħoss għal livell li ma jagħmilx ħsara lis-smigħ.
It-tagħmir ta’ protezzjoni tas-smigħ għandu jintlibes kull fejn aktarx li tiltaqa’ ma’ ħsejjes qawwija waqt li tkun qed taħdem. L-aktar żona ovvja hija fuq it-tarmak tal-ajruport, fejn anki espożizzjoni qasira għall-ħoss ta’ magna ta’ ajruplan tista’ twassal għal ħsara fit-tul jew irreversibbli fis-smigħ.
Skont il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà, ċerti żoni jkunu kklassifikati bħala ‘żoni li jeħtieġu tagħmir ta’ protezzjoni tal-widnejn’. Is-sinjal muri
hawnhekk jitqiegħed kull fejn il-protezzjoni tas-smigħ hija obbligatorja.