contenteditable="true">

1. L-Introduzzjoni

Kif rajna fl-introduzzjoni tal-principji ġenerali, hemm bosta kategoriji ta’ sustanzi perikolużi, u hemm liġijiet li jirregolaw it-tikkettar, l-ippakkjar, il-ħażna u t-trasport ta’ dan il-materjal kollu.

L-oġġetti leġittimi għandhom jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli kollha u għandek tirċievi kopja tal-iskeda tad-dejta dwar is-sigurtà tal-materjal jekk ikollok tispezzjona u tieħu kampjuni ta’ oġġetti bħal dawn.

Madankollu, tista’ ssib ruħek quddiem oġġetti ddikjarati ħażin jew illegali. Huwa importanti li tifhem il-perikli u li tieħu l-prekawzjonijiet xierqa.



2. X’inhi sustanza perikoluża?

Biex ngħinuk tifhem xi tfisser ‘sustanza perikoluża’, sejrin nispjegaw kull kelma b’mod separat.

Sustanzi ‘perikolużi’ normalment ikunu kklassifikati u tikkettati b’mod li jaqgħu taħt wieħed minn dawn il-gruppi li ġejjin:
‘Sustanza’ tista’ tinkludi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
Mela sustanza perikoluża tista’ tkun kwalunkwe ħaġa li tista’ tikkawża korriment jew ħsara lill-persuni u/jew lil xi proprjetà.



3. Kif inkun naf li sustanza hija perikoluża?

Normalment, biex ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea, is-sustanzi kimiċi perikolużi kollha għandu jkollhom tikketta xi mkien fuq il-pakkett. It-tikketta tkun tinkludi sinjal simili għal xi wieħed minn dawk li jidhru hawnhekk u d-dettalji kollha tar-riskji assoċjati mal-prodott u l-prekawzjonijiet meħtieġa għall-immaniġġjar tagħha. L-frażijiet H u P huma murija hawnhekk.

INTI GĦANDEK DEJJEM TAQRA T-TIKKETTA U SSEGWI L-GWIDA.

Oġġetti li huma ippakjati u ittikketjati tajjeb jistgħu jiġu identifikati immedjatament. Jekk tiltaqa’ ma’ xi tip ta’ sustanza li ma tistax tidentifikaha, qatt tassumi li hija sigura.

Tinsiex: ċerti tipi ta’ sustanzi perikolużi ma jkunux viżibbli għal għajnejn il-bniedem (eż. gassijiet, dħaħen u mikroorganiżmi).



4. X’jiġri jekk inkun ġejt espost għal sustanza perikoluża?

Jekk taħseb li ġejt espost għal xi sustanza perikoluża waqt ix-xogħol tiegħek, għandek tfittex għajnuna medika/parir mediku minnufih u tgħid lill-maniġer tiegħek.

Jista’ jkun meħtieġ li tirrapporta l-inċident lil ħaddieħor sabiex tipprevjeni aktar espożizzjoni.



Il-gwida li tinsab f’din it-taqsima hija maħsuba sabiex infakkru b’mod ġenerali r-riskji li xi drabi wieħed jiltaqa’ magħhom waqt il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u teħid ta’ kampjuni u t-tagħmir ta’ sigurtà li għandek tuża u l-prekawzjonijiet li għandek tieħu.
Għal aktar tagħrif għandek tirreferi għal-leġiżlazzjoni u l-gwida tal-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 30.03.2019 Update - R&S phrases deleted, text corrections