contenteditable="true">

1. Għal xiex jintuża?

It-tagħmir ta’ protezzjoni tal-idejn huwa mfassal sabiex jipproteġik kontra firxa wiesgħa ta’ perikli, inklużi:
Jeżistu tipi differenti ta’ tagħmir ta’ protezzjoni, skont il-perikli possibbli. L-aktar forma ovvja hija l-ingwanti, li jistgħu jkunu magħmula minn firxa wiesgħa ta’ materjali. Il-kremi protettivi huma wkoll tip ta’ protezzjoni tal-idejn u jistgħu jintużaw bħala għajnuna għall-iġjene tal-ġilda.

Tinsiex: il-kremi protettivi ma joffrux protezzjoni tajba kontra l-irritazzjoni tal-ġilda u d-dermatite, li jistgħu jkunu kkawżati minn kuntatt ma’ żjut u kimiċi oħrajn. M’għandhomx jintużaw minflok l-ingwanti, iżda bħala suppliment għalihom. Biex ikunu effettivi, għandhom jiġu applikati fuq idejn nodfa, fuq il-polz u l-parti t’isfel tad-driegħ, qabel ma jintlibsu l-ingwanti.



2. X’tipi hemm disponibbli?

It-tip ta’ ngwantiIl-protezzjoni kontra
Politin, jistgħu jintremewKontaminazzjoni waqt l-ittestjar ta’ drogi, tbajja’ fuq il-ġilda
Mhux tal-latex (użu mediku), jistgħu jintremew, eż. nitrileKontaminazzjoni waqt l-ittestjar ta’ drogi, tbajja’ fuq il-ġilda, mard li jittieħed (eż. l-epatite)
Ingwanti tal-PVCDiżil u żjut tal-fjuwil oħrajn, xi kimiċi komuni
Ingwanti twal tal-PVC (50 cm/60 cm)Kif imsemmi hawn fuq
Ingwanti twal tal-gomma/ingwanti industrijali (adattati għat-tiftix fit-tojlits tal-ajruplani, fil-kmamar tal-magni, eċċ.)Ħmieġ, kimiċi diżinfettanti u kimiċi li jintużaw fid-dar, diżil u żjut tal-fjuwil oħrajn
Ingwanti tal-qoton bil-pali tal-id tal-ġilda (adattati għall-eżaminazzjoni tal-merkanzija u għal xogħol ta’ tiftix)Skaldi, girfiet u qatgħat żgħar (eż. minn xi xifer raff jew bil-ponta)
Tal-ġilda u l-kanvas, jifilħu ħafnaQatgħat u girfiet (Oġġetti bil-ponta)
Tal-ġilda(Għal dawk li jieħdu ħsieb il-klieb biss)
Ingwanti tan-najlon (biex titla’ abbord xi bastiment, eċċ.)Bil-pala tal-id ma tiżloqx dawn ikollhom qabda tajba u protezzjoni limitata tal-id
Ingwanti tal-libsa tal-baħarGħall-użu mal-libsa tal-baħar tat-tip ‘typhoon’ (xogħol fuq il-baħar)



3. Fejn għandu jintlibes it-tagħmir ta’ protezzjoni tal-idejn?

Għandek tilbes it-tagħmir ta’ protezzjoni tal-idejn kull fejn ikun hemm riskju ta’ kwalunkwe tip ta’ korriment jew mard waqt ix-xogħol li tkun qed tagħmel.

Kull fejn huwa obbligatorju li tilbes xi tip ta’ protezzjoni tal-idejn fil-bini ta’ negozjant, normalment jitwaħħal sinjal simili għal dak muri hawnhekk. Fil-parti l-kbira tal-każijiet dan ifisser ingwanti, ħlief fejn ikun hemm periklu li jistgħu jinqabdu ġol-makkinarju jew jekk ikun importanti li jkun hemm ċerta flessibbiltà fil-moviment.



4. X’inhuma l-limitazzjonijiet?

L-ingwanti tal-PVC m’għandhomx jintlibsu f’temperaturi baxxi ħafna minħabba li jistgħu jibbiesu.

L-ingwanti tal-ġilda jew tal-qoton tqal jistgħu jsiru skomdi jekk jintlibsu għal ħin twil, b’mod partikolari f’ambjent sħun.

L-ingwanti ma joffru l-ebda protezzjoni għall-polz jew għall-parti t’isfel tad-dirgħajn. Jekk ikun hemm xi riskju ta’ ħsara f’dawn il-partijiet tal-ġisem, għandhom jintlibsu l-ingwanti twal u dawn għandhom jiddaħħlu fil-kmiem ta’ lbies ieħor. Dan inaqqas ir-riskju ta’ ċarċir mad-dirgħajn sal-pala tal-id.



5. Kif nieħu ħsiebhom?

Tista’ żżomm il-parti l-kbira tal-ingwanti f’kundizzjoni tajba billi tnaddafhom u terfagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. L-istruzzjonijiet speċifiċi li ġejjin itawlu l-ħajja ta’ ċerti ngwanti:


Il-gwida li tinsab f’din it-taqsima hija maħsuba sabiex infakkru b’mod ġenerali r-riskji li xi drabi wieħed jiltaqa’ magħhom waqt il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u teħid ta’ kampjuni u t-tagħmir ta’ sigurtà li għandek tuża u l-prekawzjonijiet li għandek tieħu.
Għal aktar tagħrif għandek tirreferi għal-leġiżlazzjoni u l-gwida tal-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni