![]() | |
| Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
Il-frażijiet H/P |
| Il-frażijiet H | |
| H200 | Splussivi instabbli. |
| H201 | Splussiv; periklu li jisplodu kollha f'daqqa. |
| H202 | Splussiv, periklu serju ta' projezzjoni. |
| H203 | Splussiv; periklu ta' nar, blast jew projezzjoni. |
| H204 | Periklu ta' nar jew ta' projezzjoni. |
| H205 | Jista' jisplodi f'daqqa fin-nar. |
| H220 | Gass li jaqbad malajr ħafna. |
| H221 | Gass li jaqbad. |
| H222 | Aerosol li jaqbad malajr ħafna. |
| H223 | Ajrusol li jaqbad. |
| H224 | Likwidu u fwar li jaqbdu malajr ħafna. |
| H225 | Likwidu u fwar li jaqbdu malajr ħafna. |
| H226 | Likwidu u fwar li jaqbdu. |
| H228 | Solidu li jaqbad. |
| H240 | It-tisħin jista' jikkawża splużjoni. |
| H241 | It-tisħin jista' jikkawża nar jew splużjoni. |
| H242 | It-tisħin jista' jikkawża nar. |
| H250 | Jieħu n-nar spontanjament jekk ikun espost għall-arja. |
| H251 | Jisħon waħdu: jista' jieħu n-nar. |
| H252 | Jisħon waħdu f'kwantitajiet kbar; jista' jieħu n-nar. |
| H260 | Meta jmiss ma' l-ilma jerħi gassijiet li jaqbdu li jistgħu jieħdu n-nar spontanjament. |
| H261 | Meta jmiss ma' l-ilma jerħi gassijiet li jaqbdu. |
| H270 | Jista' jikkawża jew iżid in-nar; ossidant. |
| H271 | Jista' jikkawża nar jew splużjoni; ossidant qawwi. |
| H272 | Jista' jżid in-nar; ossidant. |
| H280 | Fih gass taħt pressjoni; jista' jisplodi jekk jissaħħan. |
| H281 | Fih gass imkessaħ; jista' jikkawża ħruq jew dannu minn temperaturi baxxi. |
| H290 | Jista' jkun korrużiv għall-metalli. |
| H300 | Fatali jekk jinbela’. |
| H301 | Tossiku jekk jinbela’. |
| H302 | Jagħmel il-ħsara jekk jinbela’. |
| H304 | Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs. |
| H310 | Fatali jekk imiss mal-ġilda. |
| H311 | Tossiku meta jmiss mal-ġilda. |
| H312 | Jagħmel ħsara meta jmiss mal-ġilda. |
| H314 | Jagħmel ħruq serju lill-ġilda u ħsara lill-għajnejn. |
| H315 | Jagħmel irritazzjoni tal-ġilda. |
| H317 | Jista' jagħmel reazzjoni allerġika tal-ġilda. |
| H318 | Jagħmel ħsara serja lill-għajnejn. |
| H319 | Jagħmel irritazzjoni serja ta' l-għajnejn. |
| H330 | Fatali jekk jinxtamm. |
| H331 | Tossiku jekk jinxtamm. |
| H332 | Jagħmel il-ħsara jekk jinxtamm. |
| H334 | Jista' jikkawża l-allerġija jew sintomi ta' l-ażma jew problemi biex jieħu n-nifs jekk jinxtamm. |
| H335 | Jista’ jikkawża irritazzjoni respiratorja. |
| H336 | Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. |
| H340 | Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi <semmi l-mod ta' espożizzjoni jekk ikun pruvat b'mod konklużiv li l-ebda mod ta' espożizzjoni ieħor ma jikkawża l-periklu>. |
| H341 | Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi <semmi l-mod ta' espożizzjoni jekk ikun pruvat b'mod konklużiv li l-ebda mod ta' espożizzjoni ieħor ma jikkawża l-periklu>. |
| H350 | Jista’ jikkawża l-kanċer <semmi l-mod ta' espożizzjoni jekk ikun pruvat b'mod konklużiv li l-ebda mod ta' espożizzjoni ieħor ma jikkawża l-periklu>. |
| H351 | Suspettat li jikkawża l-kanċer < |
| H360 | Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità jew lit-tarbija li għadha fil-ġuf <semmi l-effett speċifiku jekk ikun magħruf> <semmi l-mod ta' espożizzjoni jekk ikun pruvat b'mod konklużiv li l-ebda mod ta' espożizzjoni ieħor ma jikkawża l-periklu>. |
| H361 | Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità jew lit-tarbija li għadha fil-ġuf <semmi l-effett speċifiku jekk ikun magħruf> <semmi l-mod ta' espożizzjoni jekk ikun pruvat b'mod konklużiv li l-ebda modi oħra ta' espożizzjoni ma jikkawżaw il-periklu>. |
| H362 | Jista' tagħmel ħsara lit-tfal li jitreddgħu. |
| H370 | Jagħmel ħsara lill-organi <jew semmi l-organi kollha affettwati, jekk ikunu magħrufa> <semmi l-mod ta' espożizzjoni jekk ikun pruvat b'mod konklużiv li l-ebda modi ta' espożizzjoni oħra ma jikkawżaw il-periklu>. |
| H371 | Jista’ jikkawża ħsara lill-organi <jew semmi l-organi kollha affettwati, jekk ikunu magħrufa> <semmi l-mod ta' espożizzjoni jekk ikun pruvat b'mod konklużiv li l-ebda modi ta' espożizzjoni oħra ma jikkawżaw il-periklu>. |
| H372 | Jikkawża ħsara lill-organi <jew semmi l-organi kollha affettwati, jekk ikunu magħrufa> minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta <semmi l-mod ta' espożizzjoni jekk ikun pruvat b'mod konklużiv li l-ebda modi ta' espożizzjoni oħra ma jikkawżaw il-periklu>. |
| H373 | Jista’ jikkawża ħsara lill-organi <jew semmi l-organi kollha affettwati, jekk ikunu magħrufa> permezz ta' espożizzjoni fit-tul jew ripetuta <semmi l-mod ta' espożizzjoni jekk ikun pruvat b'mod konklużiv li l-ebda modi oħra ta' espożizzjoni ma jikkawżaw il-periklu>. |
| H400 | Tossiku ħafna għall-organiżmi li jgħixu fl-ilma. |
| H410 | Tossiku ħafna għall-organiżmi li jgħixu fl-ilma b'mod li jħalli effetti dejjiema. |
| H411 | Tossiku għall-organiżmi li jgħixu fl-ilma b'mod li jħalli effetti dejjiema. |
| H412 | Jagħmel ħsara lill-organiżmi li jgħixu fl-ilma b'mod li jħalli effetti dejjiema. |
| H413 | Jista' jikkawża effetti dejjiema li jagħmlu ħsara lill-organiżmi li jgħixu fl-ilma. |
L-informazzjoni dwar perikli oħrajn | |
| Il-proprjetajiet fiżiċi | |
| EUH 001 | Jisplodi meta jinxef. |
| EUH 014 | Jirreaġixxi bil-qawwa meta jmiss l-ilma. |
| EUH 018 | Meta jintuża jista' jifforma taħlitiet esplussivi jew li jaqbdu jekk jitħallat ma' l-arja. |
| EUH 019 | Jista' jifforma perossidi esplussivi. |
| EUH 044 | Riskju ta' splużjoni jekk jissaħħan fil-magħluq. |
| Il-proprjetajiet tas-saħħa | |
| EUH 029 | Jitfa' gass tossiku meta jmiss l-ilma. |
| EUH 031 | Jitfa' gass tossiku meta jmiss l-aċidi. |
| EUH 032 | Jitfa' gass tossiku ħafna meta jmiss l-aċidi. |
| EUH 066 | Espożizzjoni ripetuta tista' tikkaġuna nxif jew qsim tal-ġilda. |
| EUH 070 | Tossiku meta jmiss ma’ l-għajnejn. |
| EUH 071 | Korrużiv għas-sistema respiratorja. |
| Il-proprjetajiet ambjentali | |
| L-elementi tat-tikketti/l-informazzjoni supplimentari dwar ċerti sustanzi u taħlitiet | |
| EUH 201 EUH 201A | Fih iċ-ċomb. M'għandux jintuża' fuq uċuh li x'aktarx jomogħduhom jew jerdgħuhom it-tfal. Twissija! Fih iċ-ċomb. |
| EUH 202 | Cyanoacrylate. Periklu. Iwaħħal il-ġilda u l-għajnejn f'sekondi. Żommu ‘l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal. |
| EUH 203 | Fih il-kromju (VI). Jista’ joħloq reazzjoni allerġika. |
| EUH 204 | Fih l-isocyanates. Jista’ jagħmel reazzjoni allerġika. |
| EUH 205 | Fih kostitwenti ta’ l-eposside. Jista’ jagħmel reazzjoni allerġika. |
| EUH 206 | Twissija! Tużahx flimkien ma’ prodotti oħra. Jista’ jerħi gassijiet perikolużi (kloru). |
| EUH 207 | Twissija! Fih il-kadmju. Waqt li jintuża' jiffurmaw dħaħen perikolużi. Ara l-informazzjoni mogħtija mill-fabbrikant. Ħares l-istruzzjonijiet dwar is-sigurtà. |
| EUH 208 | Fih |
| EUH 209 EUH 209A | Jista’ jieħu n-nar faċilment meta jintuża. Jista’ jieħu n-nar meta jintuża. |
| EUH 210 | Il-karta tat-tagħrif tas-sigurtà hija disponibbli meta ssir talba għaliha. |
| EUH 401 | Biex jiġu evitati r-riskji għal saħħet il-bniedem u għall-ambjent, ħares l-istruzzjonijiet dwar l-użu. |
| Il-frażijiet P | |
| P101 | Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib. |
| P102 | Żommu ‘l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal. |
| P103 | Aqra t-tikketta qabel l-użu. |
| P201 | Ikseb struzzjonijiet speċjali qabel l-użu. |
| P202 | Tmissux qabel ma tkun qrajt u fhimt l-istruzzjonijiet kollha ta' prekawzjoni. |
| P210 | Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. Tpejjipx. |
| P211 | Tisprejjax fuq fjamma mikxufa jew sors ieħor li jaqbad. |
| P220 | Żomm 'il bogħod mill-ħwejjeġ u materjali oħra li jaqbdu. |
| P222 | Tħallix li jkun hemm kuntatt ma' l-arja. |
| P223 | Tħallihx imiss mal-ilma. |
| P230 | Żommu mxarrab bi ... |
| P231 | Uża u aħżen il-kontenut taħt gass inerti /…. |
| P232 | Ipproteġi mill-umdità. |
| P233 | Żomm il-kontenitur magħluq sew. |
| P234 | Żomm biss fl-imballaġġ oriġinali. |
| P235 | Żomm frisk. |
| P240 | Poġġi mal-art u waħħal il-kontenitur u t-tagħmir riċevitur. |
| P241 | Uża' tagħmir [elettriku / ta' ventilazzjoni / ta' dawl/…] li jiflaħ għal splużjoni. |
| P242 | Uża għodda li ma ttajjarx żnied. |
| P243 | Ħu azzjoni biex tipprevjeni l-ħruġ ta' elettriku statiku. |
| P244 | Żomm il-valvi u fittings ħielsa miż-żejt u l-grease. |
| P250 | Tissottoponix għal brix / xokk / frizzjoni /… . |
| P251 | Ittaqqbux u taħarqux, anki wara li tużah. |
| P260 | Tiblax bin-nifs trabijiet/dħaħen/gass/raxx/fwar/sprej. |
| P261 | Evita li tibla' bin-nifs trabijiet/dħaħen/gass/raxx/fwar/sprej. |
| P262 | Iddaħħalx fl-għajnejn, fuq il-ġilda, jew fuq il-ħwejjeġ. |
| P263 | Evita l-kuntatt waqt it-tqala u t-treddigħ. |
| P264 | Aħsel ... sew wara li timmaniġġjah. |
| P270 | Tikolx, tixrobx u tpejjipx waqt li tuża’ dan il-prodott. |
| P271 | Uża biss barra jew f’post ventilat sew. |
| P272 | Ilbies tax-xogħol kontaminat m'għandux jitħalla joħtoġ mill-post tax-xogħol. |
| P273 | Evita r-rilaxx fl-ambjent. |
| P280 | Ilbes ingwanti protettivi/ilbies protettiv/protezzjoni għall-għajnejn/protezzjoni għall-wiċċ. |
| P282 | Ilbes ingwanti kiesħa li ma jinfidx minnhom u jew ilqugħ għall-wiċċ jew protezzjoni għall-għajnejn. |
| P283 | Ilbes ħwejjeġ reżistenti għan-nar u retardanti tal-fjammi. |
| P284 | Ilbes protezzjoni respiratorja. |
| P231 + P232 | Uża u aħżen il-kontenut taħt gass inerti /…. Ipproteġi mill-umdità. |
| P301 | JEKK JINBELA': |
| P302 | F'KAŻ TA' KUNTATT MAL-ĠILDA: |
| P303 | F'KAŻ TA' KUNTATT MAL-ĠILDA (jew ix-xagħar): |
| P304 | JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: |
| P305 | JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: |
| P306 | F'KAŻ TA' KUNTATT MA' L-ILBIES: |
| P308 | JEKK espost jew konċernat: |
| P310 | Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT/tabib/…. |
| P311 | Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT/tabib/…. |
| P312 | Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT / tabib / … jekk tħossok ma tiflaħx. |
| P313 | Ikkonsulta tabib. |
| P314 | Ikkonsulta tabib jekk tħossok ma tiflaħx. |
| P315 | Ikkonsulta tabib minnufih. |
| P320 | Trattament speċifiku hu urġenti (ara ... fuq din it-tikketta). |
| P321 | Trattament speċifiku (ara ... fuq din it-tikketta). |
| P330 | Laħlaħ ħalqek. |
| P331 | TIPPROVOKAX ir-remettar. |
| P332 | Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda: |
| P333 | Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: |
| P334 | Daħħal fl-ilma kiesaħ [jew kebbeb f'faxex imxarrbin]. |
| P335 | Farfar il-frak mhux imwaħħla minn fuq il-ġilda. |
| P336 | Ħoll il-partijiet kiesħa bl-ilma fietel. Togħrokx il-parti affettwata. |
| P337 | Jekk l-irritazzjoni ta' l-għajnejn tibqa’: |
| P338 | Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. |
| P340 | Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. |
| P342 | Jekk tkun qed tbati minn sintomi respiratorji: |
| P351 | Laħlaħ b'attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. |
| P352 | Baħbaħ b’ħafna ilma/…. |
| P353 | Laħlaħ il-ġilda bl-ilma [jew bix-xawer]. |
| P360 | Laħlaħ mall-ewwel l-ilbies ikkontaminat u l-ġilda b’ħafna ilma qabel ma tneħħi l-ilbies. |
| P361 | Neħħi minnufih il-ħwejjeg kontaminati kollha. |
| P362 | Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati. |
| P363 | Aħsel il-ħwejjeġ kontaminati qabel terġa’ tużahom. |
| P370 | F’każ ta' nar: |
| P371 | F’każ ta' nar kbir u kwantitajiet kbar: |
| P372 | Riskju ta' splużjoni. |
| P373 | TIPPRUVAX TITFI n-nar meta n-nar jilħaq l-isplussivi. |
| P375 | Itfi n-nar mill-bogħod minħabba r-riskju ta' splużjoni. |
| P376 | Waqqaf it-tnixxija jekk ma jkunx hemm periklu. |
| P377 | Tnixxija ta' gass tan-nar: Tippruvax titfiha, sakemm it-tnixxija ma tkunx tista' titwaqqaf bla periklu. |
| P378 | Uża… biex titfi. |
| P380 | Evakwa ż-żona. |
| P381 | F'każ ta' tnixxija, elimina s-sorsi kollha li jqabbdu. |
| P390 | Assorbi t-tixrid biex tipprevjeni ħsara fil-materjal. |
| P391 | Iġbor it-tixrid. |
| P301 + P310 | JEKK JINBELA’: Sejjaħ minnufih ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT/tabib/…. |
| P301 + P312 | JEKK JINBELA': Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT / tabib /… jekk tħossok ma tiflaħx. |
| P301 + P330 + P331 | JEKK JINBELA’: laħlaħ il-ħalq. TIPPROVOKAX ir-remettar. |
| P302 + P334 | JEKK FUQ IL-ĠILDA: Daħħal fl-ilma frisk jew kebbeb f'faxex imxarrbin. |
| P302 + P352 | JEKK JIĠI FUQ IL-ĠILDA: Baħbaħ b’ħafna ilma/…. |
| P303 + P361 + P353 | JEKK FUQ IL-ĠILDA (jew ix-xagħar): Inża' minnufih l-ilbies kontaminat. Laħlaħ il-ġilda bl-ilma [jew bix-xawer]. |
| P304 + P340 | JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Qiegħed lill-persuna għall-arja friska f’pożizzjoni komda biex tieħu n-nifs. |
| P305 + P351 + P338 | JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b'attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ. |
| P306 + P360 | JEKK FUQ L-ILBIES: laħlaħ mall-ewwel l-ilbies ikkontaminat u l-ġilda b’ħafna ilma qabel ma tneħħi l-ilbies. |
| P308 + P313 | Jekk espost jew konċernat: Ikkonsulta tabib. |
| P332 + P313 | Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. |
| P333 + P313 | Jekk ikun hemm irritazzjoni jew raxx tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. |
| P337 + P313 | Jekk l-irritazzjoni ta' l-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib. |
| P342 + P311 | Jekk ikollok sintomi respiratorji: Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT/tabib/…. |
| P370 + P376 | F’każ ta' nar: Waqqaf it-tnixxija sakemm ma jkunx ta' periklu. |
| P370 + P378 | F’każ ta’ nar: Uża… biex titfi. |
| P370 + P380 + P375 | F’każ ta' nar: Evakwa ż-żona. Itfi n-nar mill-bogħod minħabba r-riskju ta' splużjoni. |
| P371 + P380 + P375 | F'każ ta' nar kbir u kwantitajiet kbar: Evakwa ż-żona. Itfi n-nar mill-bogħod minħabba r-riskju ta' splużjoni. |
| P401 | Aħżen skont… . |
| P402 | Aħżen f’post niexef. |
| P403 | Aħżen f’post b'ventilazzjoni tajba. |
| P404 | Aħżen f’kontenitur magħluq. |
| P405 | Aħżen f'post imsakkar. |
| P406 | Aħżen f'post reżistenti għall-korrużjoni /… kontenitur li huwa infurrat minn ġewwa b'materjal reżistenti. |
| P407 | Ħalli l-arja tgħaddi bejn l-imniezel jew il-palits. |
| P410 | Ipproteġi mid-dawl tax-xemx. |
| P411 | Aħżen f’temperaturi li ma jeċċedux ... °C/...°F. |
| P412 | Tesponix għal temperaturi li jeċċedu l-50 °C/122°F. |
| P413 | Aħżen il-kwantitajiet f’massa ta' akbar minn ... kg/... lbs f’temperaturi ta' mhux aktar minn ... °C/...°F. |
| P420 | Aħżen separatament. |
| P402 + P404 | Aħżen f’post niexef. Aħżen f’kontenitur magħluq. |
| P403 + P233 | Aħżen f'post b'ventilazzjoni tajba. Żomm il-kontenitur magħluq sew. |
| P403 + P235 | Aħżen f'post b'ventilazzjoni tajba. Żomm frisk. |
| P410 + P403 | Ipproteġi mid-dawl tax-xemx. Aħżen f'post b'ventilazzjoni tajba. |
| P410 + P412 | Ipproteġi mid-dawl tax-xemx. Tesponix għal temperatura li teċċedi l-50 °C/122°F. |
| P501 | Armi l-kontenut/il-kontenitur fi ... |
| Ir-Reviżjonijiet | ||
| Il-Verżjoni | Id-Data | Il-Bidliet |
| 1.0 | 12.10.2012 | L-ewwel verżjoni |
| 1.1 | 06.08.2019 | Update - text correction, invalid numbers deleted |