contenteditable="true">

Dan huwa eżempju tas-sistema ta’ xogħol sigur li tintuża f’Dover (UK). Dover huwa port multimodali li jittratta l-aktar it-traffiku roll-on-roll-off iżda wkoll banana bl-ingrossa u frott ieħor mill-Karibew u mill-Afrika tal-Punent. Tkopri kemm operazzjonijiet ġenerali kif ukoll dmirijiet speċifiċi.

IT-TAGĦRIF ĠENERALI

Il-punti li ġejjin huma marbuta mat-tħassib ta’ saħħa u sigurtà identifikati b’riżultat tal-aħħar valutazzjonijiet tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà. Dan id-dokument ikopri l-operazzjonijiet fuq barra.


L-OPERAZZJONIJIET TA’ SPEZZJONI U TA’ SIĠILLAR


Il-gwida li tinsab f’din it-taqsima hija maħsuba sabiex infakkru b’mod ġenerali r-riskji li xi drabi wieħed jiltaqa’ magħhom waqt il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u teħid ta’ kampjuni u t-tagħmir ta’ sigurtà li għandek tuża u l-prekawzjonijiet li għandek tieħu.
Għal aktar tagħrif għandek tirreferi għal-leġiżlazzjoni u l-gwida tal-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni