contenteditable="true">

Jekk inti responsabbli għat-teħid ta’ kampjuni, jekk jogħġbok agħmel kif ġej:
  1. Iċċekkja l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-komoditajiet li tagħhom ser tieħu kampjun, sabiex tiskopri x’tip ta’ kampjun għandek tieħu.
  2. Iddetermina abbażi ta’ dan li ġej kemm għandhom ikunu l-kwantitajiet tal-kampjuni. Ara wkoll id-daqs minimu tal-kampjuni fil-pass 3.

    It-tip ta’ ppakkjarIl-proċedura għat-teħid ta’ kampjun
    Pakketti bl-imnut u prodotti finali. Għal aktar informazzjoni ara l-iskeda speċifika dwar il-proċedura għat-teħid tal-kampjuni Pakketti bl-imnut u prodotti finali Ħu għadd xieraq ta’ bottijiet, fliexken, boroż jew vażetti bħala kampjun. Kun ċert li l-bottijiet, fliexken, boroż jew vażetti kollha jirrappreżentaw l-istess lott. Agħżel il-kampjuni aggregati mil-lott li huwa l-aktar kbir bħala għadd. Dejjem ħu pakketti mhux mittiefsa u magħluqin.

    Jekk it-tikketti fuq il-pakkett jindikaw li l-kunsinna fiha prodotti differenti (eż. kunsinna ta’ ġamm jista’ jkollha tipi differenti ta’ ġamm), ħu kampjun ta’ kull tip.

    Ikunu meħtieġa inqas kampjuni jekk il-kunsinna tkun omoġenja. Fil-prinċipju għandu jkun biżżejjed l-ammont/piż minimu ta' kampjuni finali identiċi, meħtieġ mil-laboratorju skont il-linji gwida nazzjonali tiegħek li għandu jintbagħat lil-laboratorju.

    Wara li tieħu l-kampjuni, mur fl-istadju numru 7 aktar ’l isfel.
    Qatta, barmil jew borżaĦu kampjuni inkrementali minn numru minn dawn il-pakketti. Il-proċedura hija deskritta hawn taħt mit-tielet pass ’il quddiem.
    Massa Iddetermina l-kompożizzjoni tal-oġġetti.
    • L-oġġetti huma omoġenji meta l-kompożizzjoni fil-kunsinna kollha hija uniformi.
    • L-oġġetti huma eteroġeni (mhux uniformi) meta l-kompożizzjoni tvarja fil-kunsinna kollha.
    • Meta l-oġġetti jkunu fil-forma ta’ pelits, grani jew trab, il-partiċelli iżgħar jistgħu jiġu sseparati, u fil-likwidi l-partiċelli żgħar jistgħu jinżlu fil-qiegħ, jifflowtjaw jew jitilgħu fil-wiċċ. Kun żgur li s-saffi ta’ fuq, tan-nofs u ta’ taħt jitħalltu tajjeb qabel tieħu kampjun. Jekk it-taħlit ma jkunx possibbli (e.g. minħabba il-qies tal-kunsinna, jew minħabba likwidi li qegħdin iffriżati) ħu iktar kampjuni inkrementali b'mod aleatorju minn partijiet differenti tal-kunsinna biex tiżgura li l-kampjun tiegħek huwa rappreżentattiv.
    Il-proċedura hija deskritta hawn taħt mit-3 pass ’il quddiem.
    Lott ta’ tagħbija (aktar minn lott wieħed)Il-kampjuni jittieħdu minn kull lott. It-tikketti jistgħu jindikaw b’mod affidabbli jekk intix timmaniġġja lottijiet (kunsinna ta’ oġġetti simili — iżda b’dati ta’ produzzjoni differenti, pereżempju) jew tagħbijiet.

    Meta l-lott ikun f’massa, ipproċedi skont it-tielet pass ’il quddiem. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, ipproċedi mis-seba’ pass ’il quddiem.
    Tagħbija li tkun qiegħda tiġi mċaqalqa (eż. bil-konvejers jew ippumpjata)WMeta l-prodott ikun qed jiġi mċaqlaq b’xi magna bħal konvejers jew tagħmir ieħor jista’ jkun hemm valvoli ta’ diverżjoni jew rampi li jippermettu li l-kampjuni jittieħdu f’intervalli regolari mill-massa li tkun qiegħda tiċċaqlaq. Jekk ma jkunx hemm minn dawn jista’ jkun meħtieġ għal raġuni ta’ saħħa u sigurtà li twaqqaf il-fluss u tuża pala jew sassla biex tieħu kampjun minn fuq il-konvejer. F’ċerti każijiet il-kampjuni jistgħu jinġabru billi wieħed jgħaddi pala bil-qiegħ fond (pelican collector) minn naħa għall-oħra tal-fluss li jkun għaddej f’intervalli regolari skont il-veloċità li bih tkun miexja l-massa. Il-kampjuni inkrementali għandhom jitħalltu sabiex jinħoloq kampjun aggregat.
  3. Ħu l-kampjuni inkrementali meħtieġa.

    Iddeċiedi d-daqs tal-kampjun aggregat li għandek tieħu. Wieħed għandu jieħu biżżejjed kampjuni inkrementali mil-lott sabiex għall-inqas tkun tista’ tħejji biżżejjed kampjuni finali. Id-daqs tal-kampjun aggregat jiddependi fuq:
    • it-tip ta’ komodità;
    • it-tip ta’ ppakkjar;
    • il-metodu ta’ analiżi applikat;
    • l-għażla li taqsam il-kampjun.

    Il-kwantità ta' kampjuni li għandhom jittieħdu hija dipendenti fuq l-omoġeneità, it-tip ta’ prodott u l-analiżi neċessarja li trid tiġi eżegwita fil-laboratorju. Ara l-iskedi tat-teħid ta’ kampjuni għal aktar informazzjoni dwar id-daqs minimu tal-kampjun li għandu jittieħed. Għal oġġetti mhux koperti minn skeda tat-teħid tal-kampjuni fit-tabella li ġejja hemm lista indikattiva tal-kwantità minima rakkomandata għal kull kampjun:

    Tip ta' Prodott / Oġġetti Kwantità minima rakkomandata għal kull kampjun ta' oġġetti mhux koperti minn skedi tat-teħid tal-kampjuni
    Oġġetti tal-ikel likwidi: xorb mhux alkoħoliku, xaħmijiet tal-annimali u żjut tal-pjanti, preparazzjonijiet u supplimenti tal-ikel, ġulepp taz-zokkor, konċentrati veġetali tal-frott, eċċ. 0.5 l
    jew l-istess volum ta' oġġetti f'pakketti tal-bejgħ bl-imnut
    Preparazzjonijiet kimiċi likwidi u materjali tal-industrija tal-kimika, sustanzi u taħlitiet minerali, mediċini, preparazzjonijiet farmaċewtiċi, preparazzjonijiet taż-żebgħa, forom primarji tal-polimeri u tal-lasktu, eċċ. 0.5 l
    jew l-istess volum ta' oġġetti f'pakketti tal-bejgħ bl-imnut
    Oġġett tal-ikel solidi f'forma merħija jew trab jew f'biċċiet: supplimenti jew preparazzjonijiet tal-ikel, taħlitiet immedjati, lamtu, materjal granulat tal-għalf, eċċ. 0.5 kg;
    jew l-istess piż ta' oġġetti f'pakketti tal-bejgħ bl-imnut
    Kimiċi solidi jew materjal kimiku f'forma merħija jew trab jew f'biċċiet, sustanzi u taħlitiet minerali, mediċini, preparazzjonijiet farmaċewtiċi, preparazzjonijiet taż-żebgħa, forom primarji ta' polimeri u lasktu, prodotti bbażati fuq il-ġebel, taħlitiet taċ-ċeramika, eċċ. 0.5 kg;
    jew l-istess piż ta' oġġetti f'pakketti tal-bejgħ bl-imnut;
    jew biċċa waħda tal-istess piż jew iktar
    Tessuti u prodotti tat-tessuti; fibri, ħjut, plastiks kwadri, fojls u tessut; ġilda u prodotti tal-ġilda; żraben, eċċ. Oġġett 1 ta' pakkett ta' bejgħ bl-imnut jew oġġett 1;
    Fibri u ħjut: kollha verament jew madwar 100 m;
    Drappijiet minsuġa: 25 cm x il-wisa' tal-biċċa;
    Prodotti kwadri 50 cm x 50 cm
    Strumenti u apparat Oġġett 1 u/jew dokumentazzjoni
    Materjali ta' użu doppju 1 kg jew oġġett 1
    Prodotti u teknoloġiji ta' użu doppju Oġġett 1 u/jew dokumentazzjoni
    Identifikazzjoni ta' narkotiċi u sustanzi psikoattivi oħrajn, prekursuri, sustanzi psikoattivi ġodda (NPS), eċċ. Kwalunkwe daqs disponibbli inkluż traċċi;
    Ikun ottimu 0.1 kg jew 0.1 litru jew oġġett 1 ta' pakkett ta' bejgħ bl-imnut
    Kampjun solidu jew likwidu mhux magħruf 0.5 litru jew 0.5 kg;
    F'każijiet kumplessi huma meħtieġa iktar kampjuni

    Fil-principju, l-ammont minimu ta’ kampjun ma jistgħax ikun inqas mill-ammont imsemmi fit-tabella jew iskeda specifika. Ħu kampjun inqas minn dak indikat dejjem wara li tikkonsulta mal-Laboratorju tad-Dwana (per eżempju, fil-każ ta’ prodotti li jiswew ħafna).

    Nota
    Id-dikjarant jista’ jitlob parti mill-kampjun aggregat għall-analiżi personali qabel jittieħdu l-kampjuni uffiċjali. Żomm dan f’moħħok meta tiddeċiedi dwar id-daqs tal-kampjun aggregat u l-għadd ta’ kampjuni finali identiċi.
  4. Ħallat il-kampjuni inkrementali sew sabiex tikseb kampjun aggregat.
  5. Aqsam il-kampjun aggregat fl-għadd tajjeb ta’ kampjuni finali identiċi skont il-linji gwida nazzjonali.
  6. Ippakkja l-kampjuni skont ir-rekwiżiti tal-ippakkjar (ara Il-kontenituri għall-kampjuni). Il-pakkett tal-kampjuni mibgħuta lil-laboratorju għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
    • in-numru tat-talba għall-analiżi;
    • id-data tat-teħid tal-kampjun;
    • l-isem tal-uffiċċju doganali;
    • it-tip ta’ komodità;
    • ir-referenza għad-dokument li jiddeskrivi l-kampjun.

    Jekk ma jkunx possibbli li tniżżel l-informazzjoni fuq il-pakkett, waħħal tikketta mal-pakkett.

    Kun ċert li ma tħassarx jew tgħatti l-informazzjoni fuq il-pakkett oriġinali.
  7. Issiġilla l-kampjuni finali

    Nota
    Meta l-pakkett oriġinali tal-prodotti li tagħhom tkun ser tieħu kampjun ma jkunx jista’ jinfetaħ u/jew jingħalaq mingħajr ma tikkawżalu ħsara, eż. f’pakkett standard, dan il-pakkett jista’ ma jkollux bżonn jiġi ssiġillat. Tista’ sempliċement timmarka l-pakkett b’timbru. Din il-proċedura tista’ tvarja f’ċerti Stati Membri. Inkella ppakkja l-kampjun ġo borża tal-plastik u waħħal it-tikketta tal-kampjun u s-siġill fuq il-borża. Jekk jogħġbok iċċekkja fil-linji gwida nazzjonali tiegħek.
  8. L-oġġetti għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni li l-awtoritajiet doganali ħadu kampjun mill-kunsinna. Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi nota li tindika liema prodotti ttieħdu mill-kunsinna.
  9. Inti għandek taħżen il-kampjuni fil-kundizzjonijiet xierqa f’kull mument sabiex ma jkunx hemm bidliet fil-karatteristiċi tal-prodott. Jekk ma jkunx hemm faċilitajiet disponibbli fl-uffiċċju fejn jittieħdu l-kampjuni dawn għandhom ikunu ttrasportati minnufih fil-laboratorju tad-dwana jew post adattat għall-ħażna. Ħażna mhux adegwata jew ħażina tista’ taffettwa l-vijabbiltà tal-kampjun u/jew ir-riżultat tal-analiżi. Irreferi għall-gwida nazzjonali rigward l-arranġamenti ta’ ħażna u ta’ trasport. Il-kundizzjonijiet tajbin ta’ ħażna jistgħu jinkludu l-kontroll tal-espożizzjoni għad-dawl u għall-umdità kif ukoll it-temperatura.

    Twissija
    Il-kampjuni finali kollha għandhom jintbagħtu lil-laboratorju doganali meta l-kundizzjonijiet ta’ ħażna ma jkunux adegwati fl-uffiċċju doganali tiegħek jew f'post tal-ħażna adattat.


  10. Meta tieħu kampjuni spiss ikollok tiftaħ il-pakkett tal-prodotti u tista’ tagħmel xi ħsara. Wara li tieħu kampjun, il-pakkett li minnu tkun ħadt il-kampjun għandu jingħalaq tajjeb u jiġi mmarkat sabiex wieħed jinduna li ttieħed kampjun minnu. Dan għandu jsir mid-dikjarant jekk ikun preżenti.
  11. Il-proċess ta’ teħid ta’ kampjuni spiss joħloq xi skart jew prodotti mħassra. Inti għandek tillimita l-ammont ta’ prodotti mħassra meta tagħmel il-pjan tiegħek ta’ teħid ta’ kampjuni. Kwalunkwe porzjon li ma tużax tista’ tingħata lura lid-dikjarant. Il-prodotti żejda qatt m’għandhom jintefgħu lura mal-kunsinna għaliex jistgħu jikkawżaw xi kontaminazzjoni. Armi l-iskart u l-prodotti mħassra skont il-linji gwida nazzjonali u l-proċeduri lokali.

    Linji gwida ġenerali dwar ir-rimi ta’ skart jew prodotti mħassra jingħataw fit-taqsima ‘Is-Saħħa u s-Sigurtà’, L-Introduzzjoni għall-prinċipji ġenerali, u fl-MSDS.


Is-sekwenza tat-teħid ta’ kampjuni

Kunsinna magħżula għat-teħid ta’ kampjuni
Ara li d-dokumenti kollha meħtieġa huma disponibbli inkluża deskrizzjoni sħiħa tal-oġġetti u l-MSDS jekk tkun meħtieġa.
Iċċekkja SAMANCTA għall-Iskeda xierqa tat-Teħid ta’ kampjuni u kun żgur li tifhem ir-rekwiżiti kollha tas-Saħħa u tas-Sigurtà. Jekk ma tkunx sodisfatt li tista’ tieħu kampjun mingħajr periklu, tkomplix. Ħu parir mil-laboratorju tiegħek u/jew minn speċjalisti oħrajn.


Il-kampjun jista’ jittieħed minn kuntrattur speċjalizzat. F’dan il-każ, inti għandek tissorvelja l-azzjonijiet li ġejjin. Jista’ jkun li jkollok tabbanduna l-idea li tieħu kampjun.
Ħejji pjan ta’ teħid ta’ kampjuni abbażi tal-informazzjoni disponibbli u billi tuża skali xierqa ta’ eżaminazzjoni minn SAMANCTA
Ara li jkollok it-tagħmir meħtieġ għat-teħid tal-kampjuni u l-kontenitur għall-kampjuni.
Ara li jkollok it-tagħmir personali protettiv meħtieġ.
Iċċekkja li l-kunsinna li tkun qed tara quddiemek tkun dik tajba. (Siġilli, numri tal-kontejner, marki, eċċ.)
Iċċekkja li l-kontejner ma fihx dħaħen perikolużi. (Normalment jitqabbad kuntrattur biex jiċċertifika dan).
Iċċekkja li l-oġġetti ppreżentati jaqblu mad-dokumenti (numru, piż, deskrizzjoni).
Iċċekkja n-numri tal-lott/id-dati ta’ produzzjoni jew il-lottijiet. (Jista’ jkun meħtieġ li tibdel il-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni tiegħek sabiex tkun żgur li tikseb kampjun rappreżentattiv).
Agħżel il-pakketti li minnhom ser tieħu kampjun skont il-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni jew stabbilixxi l-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għall-oġġetti f’massa.
Ħu kampjuni inkrementali skont il-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni tiegħek u qegħidhom flimkien biex toħloq il-kampjun aggregat tiegħek.
Jekk ikun meħtieġ naqqas il-kampjun aggregat permezz ta’ metodu ta’ tqassim xieraq sabiex tiżgura li l-kampjuni finali jkunu akbar mid-daqs minimu meħtieġ għall-analiżi iżda mhux kbar iżżejjed.
Ippakkja l-kampjuni finali (l-oriġinali, id-duplikat/ir-referenza u l-kampjun tan-negozjant - jekk ikun meħtieġ) Ara li l-metodu tal-ippakkjar jibqa’ jżomm il-karatteristiċi analitiċi talkampjuni.
Issiġilla u mmarka/waħħal tikketta fuq il-kampjuni bir-referenzi.
Imla l-formola dwar il-kampjuni u r-reġistri lokali
Assigura li l-kampjuni jinħażnu kif xieraq sabiex jinżammu l-karatteristiċi analitiċi tal-kampjuni. Jekk ma jkunx hemm post xieraq fejn tista’ taħżinhom, ittrasferihom minnufih għal-laboratorju jew f’faċilità ta’ ħażna adattata.
Assigura li l-kampjuni jiġu ttrasportati lejn il-laboratorju fil-kundizzjonijiet xierqa sabiex jinżammu l-karatteristiċi analitiċi tal-kampjuni.
L-oġġetti għandhom ikunu akkumpanjati minn kopja tal-formola dwar il-kampjuni.





Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 30.03.2019 Aġġornament - informazzjoni addizzjonali dwar it-teħid tal-kampjuni tal-pakketti tal-bejgħ bl-imnut; tabella indikattiva tad-daqs rakkomandat tal-kampjun; korrezzjonijiet tat-test