contenteditable="true">

It-taqsima li ġejja tiddeskrivi l-prinċipji tat-teħid tal-kampjuni tal-prodotti fil-forma ta' likwidi, grani, trab, pakketti tal-bejgħ bil-bulk jew bl-imnut, eċċ. Il-proċeduri deskritti hawn taħt japplikaw għal tali prodotti, sakemm ma jkunux meħtieġa għalihom proċeduri speċifiċi oħrajn.



1. Teħid tal-kampjuni tal-Likwidi

Din it-taqsima tkopri t-teħid tal-kampjuni ta’ prodotti likwidi omoġenji f’temperaturi ambjentali.

Jekk il-prodotti ma jkunux omoġenji minħabba n-natura tagħhom, il-prodotti jridu jkunu omoġenizzati billi tħallathom, tħawwadhom jew tgħaddihom minn pajpijiet tal-likwidi, eċċ. qabel ma tieħu kampjun tagħhom. Jekk l-omoġenizzazzjoni ma tkunx possibbli, irid jittieħed f’diversi livelli għadd ikbar ta’ kampjuni inkrementali sabiex ikun żgurat li inkiseb kampjun rappreżentattiv.


1.1 Teħid ta’ kampjuni minn tankijiet

Jistgħu jintużaw (Għodda ta' teħid tal-kampjuni L02-01, L02-02 u L02-03) għall-ġabra tal-kampjuni. It-tagħmir ta' teħid tal-kampjuni jitniżżel minn ġol-fetħa tat-tank sakemm jilħaq il-livell mixtieq, jinfetaħ u jinżamm f’postu sakemm jimtela u fl-aħħar jittella’ ’l fuq. Tista’ tuża wkoll pompa bil-vakum (Għodda ta' teħid tal-kampjuni L01-01), jekk il-fond minn fejn irid jittieħed il-kampjun ma jkunx ta’ aktar minn 4 m, u jiddependi mil-viskożità tal-likwidu. Għandhom jittieħdu kwantitajiet ta' kampjuni indaqs mill-wiċċ, min-nofs u mill-qiegħ. It-tagħmir ta' teħid tal-kampjuni li jiġbor il-kampjuni minn diversi livelli jista’ jintuża wkoll biex jittieħdu kampjuni mit-tankijiet. Il-kampjuni inkrementali mill-punti/livelli kollha ta' teħid tal-kampjuni jinġabru f’kontenitur għat-taħlit, u wara li jitħalltu sew jinħoloq kampjun aggregat. L-għadd ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu huwa determinat skont il-kwantità tal-kampjun aggregat li għandu jinkiseb. Ftakar li jistgħu jkunu preżenti xi impuritajiet u/jew ilma residwu fil-wiċċ tal-likwidu jew fil-qiegħ tat-tankijiet.


1.2 Teħid tal-kampjuni minn vapuri jew braken u minn vetturi bil-mutur

Il-kapaċità totali ta’ vapur jew barkun għat-trasport ta’ merkanzija likwida normalment tkun maqsuma f’għadd ta’ reċipjenti indipendenti (taqsimiet, kompartimenti), li jistgħu jkunu ta’ daqsijiet differenti. Il-proċeduri ta’ teħid tal-kampjuni u l-formazzjoni ta’ kampjuni aggregati huma l-istess bħal dawk deskritti għat-teħid tal-kampjuni mit-tankijiet. Għandhom jittieħdu kampjuni indipendenti minn kull parti tat-tank. Jekk tkun ċert li t-tankijiet kollha tal-bastiment fihom l-istess prodott (bl-istess kwalitajiet), jista’ jiġi ffurmat kampjun aggregat għall-bastiment sħiħ billi tiġbor flimkien il-kampjuni spot inkrementali meħuda mit-tankijiet kollha.

It-tankers li jinġibdu mill-ferroviji u mit-trakkijiet jistgħu jitqiesu bħala tankijiet ċilindriċi orizzontali. Jekk tkun ċert li l-kompartimenti kollha ta’ tanker tal-ferrovija jew ta' trakk fihom l-istess prodott (tal-istess kwalità), wieħed jista’ jifforma kampjun aggregat mill-bawżer sħiħ billi jiġbor flimkien il-kampjuni inkrementali meħuda mill-kompartimenti kollha. Jekk ma jkunx possibbli li tieħu kampjuni rappreżentattivi min-naħa ta’ fuq tat-tank, it-teħid tal-kampjuni għandu jsir waqt it-tbattil jew il-mili (Għodda ta' teħid tal-kampjuni L06-01).

It-tankijiet tal-fjuwil ta' vetturi żgħar jirrappreżentaw volum wieħed.


1.3 Teħid tal-kampjuni minn pakketti għat-trasport

It-teħid tal-kampjuni jista' jsir billi tuża pompa tal-vakwu (Għodda ta' teħid tal-kampjuni L01-01), tagħmir varju ta' teħid tal-kampjuni bil-pipetta (Għodda ta' teħid tal-kampjuni L03-01) jew tagħmir ta' teħid tal-kampjuni adattat ieħor eż. Għodda ta' teħid tal-kampjuni L04-01 or Għodda ta' teħid tal-kampjuni L05-01).

Jekk il-kampjun ikun se jittieħed minn bittija waħda biss, il-kampjuni finali jitferrgħu direttament mit-tagħmir ta' teħid tal-kampjuni għal ġol-kontenituri tal-kampjun. Meta jkun se jittieħed kampjun minn diversi bittiji u wieħed ikun ċert li kollha fihom l-istess prodott, il-kampjuni inkrementali jittieħdu minn bosta bittiji magħżula (jew jekk hemm bżonn minnhom kollha), li mbagħad jiġu kkombinati flimkien sabiex joħolqu kampjun aggregat.


1.4 Teħid tal-kampjuni ta’ fjuwils likwidi mill-pompi tal-petrol

Il-kampjuni għandhom jittieħdu direttament mill-pompi tal-fjuwil permezz taż-żennuna tal-mili. Qabel ma jittieħed il-kampjun għandhom jitbattlu mill-inqas 4 litri tal-fjuwil f’kontenitur separat sabiex il-pajp tal-pompa tal-fjuwil jimtela bi fjuwil frisk. Il-kontenituri tal-kampjun għall-kampjuni finali jimtlew direttament mill-pompa jew permezz ta’ lembut jew tubu ta’ estensjoni sabiex il-fjuwil ma jevaporax. Il-kontenituri tal-kampjun għandhom jimtlew bil-mod biex ma titlax ragħwa. Il-kontenitur tal-kampjun ma għandux jimtela sa aktar minn 80 % tal-kapaċità tiegħu, sabiex jibqa’ post għall-espansjoni minħabba s-sħana. Il-kontenituri tal-kampjun jistgħu jkunu tal-metall, tal-ħġieġ jew tal-plastik, skont it-tip ta’ fjuwils li minnhom ikun se jittieħed kampjun.


1.5 Teħid tal-kampjuni ta’ fjuwils likwidi mit-tankijiet ta’ vetturi bil-mutur

Il-kampjuni għandhom jittieħdu mill-għonq tat-tank tal-fjuwil permezz ta’ tagħmir ta' teħid tal-kampjuni tat-tip sonda (Għodda ta' teħid tal-kampjuni L01-01) jew pompa bil-vakum. Il-kampjuni għandhom jitferrgħu direttament fil-kontenituri tal-kampjuni għall-kampjuni finali. Jekk ma tkunx tista’ tintuża s-sonda jew il-pompa bil-vakum biex jittieħed il-kampjun, dan għandu jittieħed b’metodi xierqa oħrajn.


1.6 Teħid tal-kampjuni minn merkanzija qed tiċċaqlaq

Jekk ikun possibbli, l-aktar kampjun rappreżentattiv ta’ prodotti likwidi trasportati bl-ingrossa jista’ jinkiseb waqt li jkunu qed jitbattlu jew jiġu mċaqalqa bil-gravità jew bil-pompi. eż. permezz tal-użu ta' Għodda tat-teħid tal-kampjuni L06-01. Il-kampjuni għandhom jittieħdu l-ħin kollu waqt it-tbattil u l-mili. Għallinqas għandhom jittieħdu tliet kampjuni inkrementali, fil-bidu, fin-nofs u fl-aħħar waqt it-tbattil jew il-mili, iżda meta jkunu qed jiġu ddeterminati l-għadd ta’ kampjuni inkrementali meħtieġa u l-intervall bejn teħid ta' kampjun u ieħor jenħtieġ jitqiesu l-kwantità totali tal-konsenja u l-veloċità taċ-ċaqliq. Huma jiġu mpoggija go kontenitur u wara li jiġu mħallta tajjeb, jifforma il-kampjun aggregat. Il-kampjun finali jista jittieħed mill-kampjun aggregat.



2. Teħid tal-kampjuni tas-solidi

Din it-taqsima tiddeskrivi t-teħid tal-kampjuni ta’ oġġetti solidi fil-forma ta’ trabijiet, partiċelli ħoxnin jew fini, grani u tipi oħrajn ta’ preżentazzjoni tipika ta’ prodotti bil-bulk. Il-prodotti f’massa jistgħu jkunu ttrasportati f’pakketti jew fi stat ta' bulk liberu (mhux f'pakketti). Waqt it-trasport u l-ħażna, dawn il-prodotti jistgħu jiġu ppakkjati fi xkejjer, boroż ta’ daqsijiet xierqa, eċċ. Meta ma jkunux ippakkjati dawn l-oġġetti jistgħu jkunu ttrasportati fuq bastimenti u braken li jġorru l-merkanzija, fuq vaguni tal-ferrovija, fi trakkijiet, eċċ. Jistgħu jinżammu f’silos u fuq pjattaformi tal-ħażna.


2.1 Teħid ta’ kampjuni ta' prodotti bil-bulk fil-pakketti

Ħu nota tan-numri differenti tal-lott jew tal-proċessi tal-produzzjoni jew id-dejta dwar il-produzzjoni meta tieħu l-kampjun. Tista’ tieħu inqas kampjuni inkrementali differenti meta l-marki u n-numri fuq il-pakketti jkunu kollha l-istess.

Ħarsa ġenerali lejn l-ammont tal-kunsinna u l-ammont tal-kampjun li għandu jittieħed huwa speċifikat fl-iskedi tal-proċedura tat-teħid tal-kampjuni għal kull tip ta' prodott. Għal oġġetti mhux koperti minn skeda ta' proċedura ta' teħid tal-kampjuni tista' tintuża din it-tabella:

Għadd ta’ pakketti Għadd ta’ pakketti li għandhom jinfetħu biex jittieħed kampjunAmmont ta’ kampjun inkrementaliAmmont ta’ kampjun aggregatAmmont ta’ kampjun finali
1-251Massimu 1 kgMassimu 4 kg0.5 kg
26-1005Massimu 1 kgMassimu 4 kg0.5 kg
Aktar minn 10010Massimu 1 kgMassimu 20 kg0.5 kg


Għandek tiżgura li l-oġġetti li sejrin ikunu eżaminati jikkonsistu f’kunsinna waħda. Jekk hemm diversi kunsinni, dawn għandhom ikunu identifikati b’mod separat. Iċċekkja jekk l-oġġetti li tagħhom tkun se tieħu kampjun humiex ġejjin mill-istess lott ta’ produzzjoni. Jekk hemm lottijiet differenti għandek tieħu kampjun separat tagħhom. Kampjun aggregat jista’ jsir biss minn pakketti li jkunu fl-istess kunsinna. Kwantitajiet indaqs ta’ kampjuni inkrementali jittieħdu minn diversi pakketti ta’ trasport li jkunu jinsabu f’pożizzjonijiet fil-vettura tat-trasport jew fil-faċilità tal-ħażna. Dawn jinġabru f’kontenitur għat-taħlit u wara li jitħalltu tajjeb jinħoloq kampjun aggregat, li jinqasam f’porzjonijiet u jitqiegħed fil-kontenituri tal-kampjuni. Il-kampjun finali tinkiseb permezz tas-sistema ta’ tqassim tal-kampjuni.

Il-pakketti mqattgħin ma għandhomx jintużaw bħala parti mill-kampjun aggregat. Dawn għandhom jitwarrbu u, jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu eżaminati u rrapportati b’mod separat.

Jistgħu jintużaw għodod differenti għat-teħid tal-kampjuni skont il-prodott u l-metodu ta’ trasport: tagħmir ta' teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ lanzetta (Għodda ta' teħid tal-kampjuni S01-01) biex ittaqqab il-pakkett, tagħmir ta' teħid tal-kampjuni diversi minn żona speċifika (Għodda ta' teħid tal-kampjuni S02-01), kazzola għat-teħid tal-kampjuni (Għodda ta' teħid tal-kampjuni S03-01), eċċ.


2.2 Teħid ta’ kampjuni minn prodotti bil-bulk

F’każ ta’ prodotti bil-bulk li jkunu ttrasportati f’pakketti mhux ippakkjati, għandhom jittieħdu kwantitajiet ugwali ta’ kampjuni inkrementali minn tliet pożizzjonijiet differenti jew aktar tal-kunsinna tal-massa. Dawn jinġabru f’kontenitur għat-taħlit u wara li jitħalltu tajjeb jiġi fformat kampjun aggregat. Il-kampjun finali tinkiseb permezz tas-sistema ta’ tqassim tal-kampjuni.

Ħarsa ġenerali lejn l-ammont tal-kunsinna u l-ammont tal-kampjun li għandu jittieħed huwa speċifikat fl-iskedi tal-proċedura tat-teħid tal-kampjuni għal kull tip ta' prodott. Għal oġġetti mhux koperti minn skeda ta' teħid tal-kampjuni tista' tintuża din it-tabella:

Ammont tal-kunsinna [f'tunnellati]Għadd ta’ kampjuni inkrementaliAmmont ta’ kampjun inkrementaliAmmont ta’ kampjun aggregatAmmont ta’ kampjun finali
1 - 57Massimu 1 kgMassimu 7 kg0.5 kg
5 - 5002 għal kull tunnellata/massimu 20Massimu 1 kgMassimu 20 kg0.5 kg
Aktar minn 500Massimu 40Massimu 1 kgMassimu 40 kg0.5 kg


Fejn oġġetti bil-bulk jiġu ttrasportati f'vaguni jew trakkijiet, il-kampjuni jittieħdu minn kull vagun jew kompartiment. F'dan il-każ jingħażlu punti speċifiċi biex ikun żgurat li jittieħed kampjun rappreżentattiv mill-partijiet kollha tal-kunsinna.


2.3 Teħid tal-kampjuni minn merkanzija qed tiċċaqlaq

Jekk ikun possibbli, l-aktar kampjun rappreżentattiv ta’ oġġetti bil-bulk jista’ jinkiseb waqt li jkunu qegħdin jitbattlu jew qegħdin jiġu mċaqalqa fuq il-konvejers. Il-kampjuni għandhom jittieħdu fil-ħin kollu ta' magħtul it-tbattil u l-mili. Bħala minimu għandhom jittieħdu tliet kampjuni inkrementali, fil-bidu, fin-nofs u fl-aħħar tat-tbattil jew mili, iżda għandek tqis il-kwantità totali tal-kunsinna u u l-veloċità taċ-ċaqliq meta tiddetermina l-għadd ta’ kampjuni inkrementali meħtieġa u l-intervall bejn teħid ta' kampjun u ieħor. Il-kampjun aggregat jinħoloq billi tħallat il-kampjuni inkrementali. Il-kampjun finali jinkiseb permezz tas-sistema ta’ tqassim tal-kampjuni.


2.4 Teħid tal-kampjuni ta' prodotti f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut

Pakkett bl-imnut għandu jitqies li huwa kwalunkwe pakkett imħejji speċifikament għall-bejgħ lil individwu għall-użu domestiku.

Kunsiderazzjonijiet prattiċi jistgħu jfissru li inti tittratta pakkett ikbar bħala pakkett għall-bejgħ bl-imnut anki jekk ma jkunx ikklassifikat bħala tali fin-Nomenklatura Magħquda/TARIC.

Dan japplika b’mod partikolari fil-każ ta’ prodotti eteroġeni fejn ikun meħtieġ li tieħu pakketti sħaħ sabiex tikseb kampjun rappreżentattiv.


2.5 It-teħid ta’ kampjuni ta’ oġġetti

Meta l-merkanzija tkun f’biċċiet (eż. injam, prodotti tal-ġebel u taċ-ċeramika, ikkastjar jew folji tal-metall jew prodotti bħal apparati elettroniċi u apparat) ġeneralment għandek tieħu oġġetti sħaħ. Jekk id-dimensjonijiet tal-merkanzija jkunu sostanzjali l-biċċa rappreżentattiva tal-merkanzija tiġi diviża (b’għodda xierqa bħal sega, mannara, u tongs) u tintbagħat għall-eżaminazzjoni fil-laboratorju. Oġġetti kbar (bħal tubi jew folji tal-metall) jistgħu jiġu ttestjati immedjatament permezz ta’ laboratorju mobbli jew permezz ta’ tagħmir dijanjostiku mobbli.


3. Teħid tal-kampjuni tal-iskart

It-teħid ta’ kampjuni u l-analizi ta’ l- iskart jista juri biss il-kompozizzjoni tal-iskart koncernat. Ma jipprovdux evidenza li l-materjal li ttieħed kampjun tiegħu huwa kkunsidrat bħala skart, għandhom jitwettqu iktar verifiki jew riċerka amministrattiva fiċ-ċirkostanzi tal-iskart għall-konferma tal-klassifikazzjoni bħala skart.

Huwa importanti li jiġi stabbilit l-iskop tat-teħid tal-kampjun qabel tibda:
Għal fini ambjentali speċifiċi hija neċessarja proċedura ta' teħid tal-kampjuni iktar dettaljata. Għall dawn il-kazijiet, saqsi l-opinjoni ta’ esperti fil- proceduri ta’ teħid ta’ kampjuni ambjentali.



4. Teħid tal-kampjuni tal-gassijiet

Din it-taqsima tiddeskrivi t-teħid tal-kampjuni ta' kimiċi, prodotti kimiċi u preparazzjonijiet f'forma gassuża mixxelanji. Madankollu ftakar li ċerti kimiċi ma għandux jittieħed kampjun tagħhom minħabba l-proprjetajiet perikolużi ħafna tagħhom u għandu jittieħed kampjun tagħhom biss minn persunal awtorizzat (eż. kuntrattur).


4.1 Teħid tal-kampjuni minn oġġetti li jkunu qegħdin jiċċaqalqu

Meta l-prodott ikun qed jiċċaqlaq fuq pipeline jew tagħmir ieħor jista' jkun hemm valvi li jbiddlu d-direzzjoni jew tagħmir ta' teħid tal-kampjuni li joffri rotta differenti immuntati ħdejn il-pipeline jew immuntati direttament fuq il-pipeline, li se jippermetti l-kampjuni jittieħdu f'intervalli regolari determinati mill-veloċità taċ-ċaqliq. Il-kampjuni inkrementali wara jinġabru f'ċilindru tal-kampjuni (Ċilindru tal-Gass tal-Metall M10) matul perjodu, għal analiżi iktar tard fil-laboratorju. Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul il-ħin kollu li l-lott ikun għaddej minn quddiem il-punt ta’ teħid tal-kampjuni sabiex tiżgura li l-kampjun aggregat ikun wieħed rappreżentattiv. Irrispettivament mil-liema sonda tuża, l-iktar ħaġa importanti li għandek tiftakar hija li tkun żgur li l-ponta tas-sonda titpoġġa fin-nofs tal-pipeline jew, jekk dan ma jkunx possibbli fiċ-ċentru, f'1/3 tad-dijametru tal-pajp.

Eżempji ta' sondi għat-teħid tal-kampjuni mill-pipelines (minn EN ISO 3170)



4.2 Teħid tal-kampjuni minn ċilindri u kontenituri simili

Għandek tiżgura li l-oġġetti li tkun qed tiċċekkja jikkonsistu f’kunsinna waħda. Jekk ikun hemm diversi kunsinni, dawn għandhom ikunu identifikati b’mod separat. Kampjun inkrementali għandu jittieħed minn kull kontenitur magħżul b’mod aleatorju jew b’mod sistematiku mill-kunsinna kollha. Jekk għandu jittieħed kampjun minn kontenitur wieħed biss, dan għandu jinġabar direttament mit-tagħmir ta' teħid tal-kampjuni għal ġol-kontenitur tal-kampjuni (Ċilindru tal-Gass M10). Meta jkun se jittieħed kampjun minn sett ta' ċilindri u tkun ċert li dan is-sett jirrappreżenta lott identiku, għandhom jittieħdu kampjuni inkrementali minn diversi ċilindri magħżula b’mod aleatorju, li mbagħad jingħaqdu flimkien sabiex toħloq kampjun aggregat.


4.3 Teħid tal-kampjuni mit-tankijiet

Jekk għandu jittieħed kampjun minn tank, dan għandu jinġabar direttament mit-tagħmir ta' teħid tal-kampjuni għal ġol-kontenitur tal-kampjuni. Meta jkun se jittieħed kampjun minn sett ta' tankijiet u tkun ċert li dan il-grupp jirrappreżenta lott identiku, għandhom jittieħdu kampjuni inkrementali minn diversi tankijiet magħżula b’mod aleatorju, li mbagħad jingħaqdu flimkien sabiex toħloq kampjun aggregat. Dan il-mod ta' teħid tal-kampjuni se jagħti biss kampjun li huwa rappreżentattiv f'punt wieħed ta' żmien.


4.4 Kummenti ġenerali

It-tagħmir tat-teħid tal-kampjuni (Ċilindru tal-Gass M10) għandu jkun ikkundizzjonat billi tlaħalħu bil-gass li tkun se tieħu kampjun tiegħu. L-għadd ta’ kampjuni inkrementali għandu jiġi miftiehem mill-partijiet kollha involuti sakemm it-teħid tal-kampjuni ma jsirx b’mod awtomatiku u kontinwu. Jekk il-kompożizzjoni ma tkunx kompletament omoġenja, l-omoġeneità tista' tiżdied b'apparat tat-taħlit statiku. L-adattament tal-materjali użati fis-sistema tat-teħid tal-kampjuni jiddependi mill-gass li jkun se jittieħed kampjun tiegħu. Ġeneralment huwa rakkomandat l-użu tal-azzar inossidabbli. Il-lokazzjoni tal-valvi u s-siġilli tal-pistun jistgħu jkunu magħmula minn materjal (tal-lasktu) adattat għall-użu intenzjonat tiegħu. Huwa rrakkomandat li ċ-ċilindri tat-teħid tal-kampjuni użati għall-gassijiet korrużivi jkollhom kopertura tal-politetrafluworoetilen (PTFE) jew reżina tal-epossi.

Ġeneralment, il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-kampjuni jrid ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
Il-kompattibbiltà ta' materjali differenti mal-komponenti tal-gass tidher fit-tabella li ġejja:

Materjal
Gass
Azzar
inossidabbli
Al Ti PTFE Poliamid Ħġieġ
Dijossidu tal-karbonjuxxx-xx
Monossidu tal-karbonjuxxx-xx
Sulfur tal-karbonilxxx-xx
Eljuxxx-xx
Idrokarburixxx-xx
Idroġenuxxx-xx
Sulfur tal-idroġenu--xxxx
Merkurju--x--x
Metanolxxx--x
Ossiġenuxxx--x
Tetraidrotijofen--xxxx
Tijols--xxxx
Ilma--x--x


Il-ħġieġ huwa materjal inert ħafna, iżda faċilment jinkiser u mhux sikur għat-teħid ta' kampjuni ogħla mill-pressjoni atmoseferika. Il-PTFE huwa inert iżda jista' jkollu proprjetajiet ta' assorbiment. Huwa permeabbli, pereżempju, għall-ilma, għall-elju u għall-idroġenu.

L-immaniġġjar u l-ippakkjar tal-kampjuni għandu jsir f’post b'ventilazzjoni tajba. Meta ma jkun hemm l-ebda informazzjoni disponibbli jew l-informazzjoni (it-tikkettar, is-simboli tal-periklu u tas-sigurtà, id-dokumenti) tkun differenti minn dak li tistenna għandek tittratta l-oġġetti bħala perikolużi. Il-kontenituri jridu jkunu magħmula minn materjal adattat għall-ħażna sigura tal-kimiċi, u għandhom ikunu ssiġillati biex ma jqattrux jew jassorbu xi ndewwa. Il-kontenituri tal-kampjuni jridu jkunu nodfa u ħiela mis-sustanzi kollha li jistgħu jikkontaminaw il-materjal li jkun qed jittieħed kampjun tiegħu. Iċ-ċilindri tal-ħġieġ ma jridux ikunu esposti għal pressjoni. Iċ-ċilindri jrid jkollhom tikketta bil-volum, il-pressjoni u l-pressjoni tat-test. Iċ-ċilindri jridu jkunu jifilħu għal mill-inqas 1.5 iktar mill-pressjoni ta' ħidma. Iċ-ċilindri u t-tagħmir assoċjat iridu jiġu spezzjonati u ttestjati perjodikament sabiex ikun żgurat li ma jnixxux. Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali dwar is-saħħa u s-sigurtà tiegħek.

Ġeneralment:



Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 30.03.2019 Aġġornament - informazzjoni addizzjonali dwar it-teħid tal-kampjuni ta' solidi minn vaguni jew trakkijiet, teħid tal-kampjuni ta' skart miżjud; teħid tal-kampjuni ta' gassijiet miżjuda; korrezzjonijiet tat-test