contenteditable="true">

Meta l-oġġetti jkunu fil-pakketti għall-bejgħ bl-imnut, dejjem għandek tieħu pakketti sħaħ bħala kampjun. Tista’ tieħu aktar minn pakkett wieħed jekk ikun hemm bżonn biex tilħaq id-daqs minimu tal-kampjun.

Meta l-oġġetti jkunu f’biċċiet (eż. injam, ikkastjar jew folji tal-metall) ġeneralment għandek tieħu biċċiet sħaħ.

Madankollu, fil-każ ta’ oġġetti li jkunu f’massa jew f’pakketti bl-ingrossa normalment ikollok tieħu kampjuni iżgħar. Huwa importanti li tuża t-tip adattat ta’ kontenitur biex taħżen l-oġġetti fih.



1. Il-kontenituri għall-kampjuni: l-informazzjoni u r-rekwiżiti ġenerali

It-tip ta’ kontenitur li għandek tuża għall-ħażna u t-trasport tal-kampjuni huwa ddeterminat mill-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-oġġetti u r-rekwiżiti ta’ ħażna u ta’ trasport.

Il-kontenitur użat għall-ippakkjar tal-kampjun li tieħu għandu jkun jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Meta tagħżel il-kontenituri għall-kampjuni għandek issegwi l-prinċipji elenkati fit-Tabella 1.

It-tappijiet u l-għotjien li tuża biex tagħlaq il-kontenituri tal-kampjuni (fliexken/kontenituri) għandhom ikunu jingħalqu tajjeb biex ma jkunx hemm ħruġ jew evaporazzjoni tal-kampjuni. Il-materjal li minnu jkunu magħmula l-kontenituri u t-tappijiet għandu jkun reżistenti għall-attakki mill-kimiċi tal-kampjuni u m’għandux jinteraġixxi magħhom jew jikkontaminhom.

Skont in-natura tal-kampjuni li jittieħdu, jistgħu jintużaw tappijiet tas-sufra, tappijiet bis-snien, tappijiet bil-kamin tal-plastik jew tal-metall rinforzati ulterjorament biex jingħalqu aħjar. Jekk jintużaw tappijiet tas-sufra, dawn għandhom jitkebbu fil-polyethylene qabel tagħlaq bihom. Ma tistax tuża tappijiet tal-lastku.

L-aktar kontenituri li jintużaw għall-kampjuni huma l-kontenituri tal-plastik jew tal-metall, fliexken tal-ħġieġ, bottijiet tal-metall u boroż jew kaxex tal-plastik (ara t-Tabella 2). Id-disinn tal-kontenituri tal-kampjuni jistgħu jvarjaw fi Stati Membri differenti. Il-lista’ ta’ kontenituri għall-kampjuni għaldaqstant mhijiex eżawrjenti u jistgħu jintużaw tipi oħrajn ta’ pakketti diment li dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha.

Tabella 1
It-tip ta’ oġġett Ir-rekwiżiti għall-kontenitur
Oġġetti li għandhom ikunu eżaminati għall-kontenut ta’ umdità jew ta’ xaħam Il-kontenitur m’għandux ikun jassorbi umdità jew xaħam.
Oġġetti li jitħassru, iffriżati, u mkessħa Il-kontenitur m’għandux ikun affettwat minn temperaturi baxxi.
Oġġetti li fihom komponenti li jiżvintaw It-tapp jew l-għatu għandu jkun jingħalaq b’mod li ma tgħaddix arja minnu.
Oġġetti likwidi, li jistgħu jiffermentaw Il-kontenitur għandu jingħalaq b’tapp jew għatu bil-kamin.

Il-kampjuni ta’ meraq tal-frott jew ta’ meraq li ġej mill-pjanti għandhom ikunu ffriżati minnufih u jinżammu ffriżati sakemm jiġu analizzati.

Il-likwidi l-oħrajn kollha li jistgħu jiffermentaw għandhom jitħalltu ma’ 2 g ta’ aċidu saliċiliku għal kull litru ta’ kampjun jew xi sustanza oħra li twaqqaf il-fermentazzjoni.


Tabella 2
In-Nru It-tip ta’ oġġett Il-kontenitur rakkomandat
1 Prodotti taż-żejt — karburanti likwidi, lubrikanti Kontenituri tal-metall
Fliexken tal-ħġieġ
Fliexken tal-polypropylene (PP)
Fliexken tal-polyethylene terephthalate (PET)
2 Solventi organiċi Kontenituri tal-metall
Fliexken tal-ħġieġ
Fliexken tal-polypropylene (PP)
Fliexken tal-polyethylene terephthalate (PET)
3 Żjut u xaħmijiet likwidi mill-ħxejjex Kontenituri tal-metall
Fliexken tal-ħġieġ
Fliexken tal-polypropylene (PP)
Fliexken tal-polyethylene terephthalate (PET)
4 Tipi differenti ta’ sustanzi kimiċi Kontenituri tal-metall
Fliexken tal-ħġieġ
Fliexken tal-polypropylene (PP)
Fliexken tal-polyethylene terephthalate (PET)
5 Prodotti tal-ikel Boroż tal-karti.
Boroż, fliexken, eċċ. tal-polyethylene (PE) u tal-polypropylene (PP)
Vażetti tal-ħġieġ
6 Spirti u alkoħol etiliku Fliexken tal-ħġieġ
Fliexken tal-polypropylene (PP)
Fliexken tal-polyethylene terephthalate (PET)



2. Lista ta’ Kontenituri tal-Kampjuni

Il-kodiċi Tip ta’ Kontenitur Adattat għal
P00 Boroż tal-plastik
Qisien differenti
Bit-tikketta stampata minn qabel jew mingħajrha

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Oġġetti fil-forma ta’ biċċiet bħal madum, injam, karti, tessut, folji tal-metall, oġġetti varji, eċċ.
  • oġġetti fil-pakketti tagħhom għall-bejgħ bl-imnut
  • tabakk
  • frott imnixxef
  • dqiq
  • ramel
  • zokkor
  • lamtu
P01 Flixkun tal-plastik
Bokka dejqa
Qies normali
100 ml sa 500 ml
Għatu li ma jqattarx

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Likwidi li ma jiżvintawx, bħal:
  • prodotti taż-żejt, bħal pitrolju, diżil, żjut għat-tisħin jew lubrikanti, minbarra gażolina
  • metil esteri xaħmin (FAME) u taħlitiet ta’ FAME ma’ żjut minerali
  • żjut veġetali
  • meraq u xiroppi
  • xorb mhux alkoħoliku
  • aġenti u preparazzjonijiet tensjoattivi
  • kimiċi li ma jiżvintawx u preparazzjonijiet kimiċi
P02 Flixkun tal-plastik
Bokka dejqa
Qies normali
50 ml sa 100 ml
Għatu li ma jqattarx

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Oġġetti ta’ valur għoli, bħal:
  • biċċiet ta’ metall prezzjuż
  • djamanti
  • kimiċi puri
  • ħwawar
  • laqx jew frammenti tal-metall
P03 Flixkun tal-plastik
Bokka wiesgħa
Qies normali
100 ml sa 500 ml
Għatu li ma jqattarx

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Materjal f’għamla ta’ trab jew frak jew pejsts, bħal:
  • griż lubrikanti
  • Vażelina
  • ramel
  • zokkor
  • lamtu
  • xorb istantanju
  • weraq tat-te mfarrak
  • żjut u xaħmijiet veġetali ssolidifikati
  • tabakk
P04 Flixkun tal-plastik
Bokka wiesgħa
Qies normali
500 ml sa 1 000 ml
Għatu li ma jqattarx

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Materjal f’għamla ta’ trab jew pejsts, bħal:
  • frott niexef
  • dqiq
  • żebgħa u verniċ
P05 Flixkun tal-plastik
Qies żgħir
50 ml sa 100 ml
Għatu li ma jqattarx

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Likwidi ta’ valur għoli li jiżvintaw, bħal:
  • oġġetti tal-ikel aromatiċi
  • supplimenti tal-ikel
  • fwejjaħ, kożmetiċi, essenzi, eċċ.
  • materjal sensittiv għad-dawl (merfugħ f’kontenituri skuri)
P06 Flixkun tal-plastik
Qies żgħir
100 ml sa 500 ml
Għatu li ma jqattarx

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Likwidi li jiżvintaw, bħal:
  • spirtu (ħlief għall-eżami batterjoloġiku)
  • xorb alkoħoliku (ħlief għall-eżami batterjoloġiku)
  • spirtu denaturat
  • soluzzjonijiet kontra l-iffriżar
  • sapun u soluzzjonijiet għat-tindif
  • solventi organiċi u sustanzi li jraqqu ż-żebgħa
P07 Flixkun tal-plastik
Qies normali
500 ml sa 1 000 ml
Għatu li ma jqattarx

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Oġġetti tal-ikel likwidi li jiżvintaw, bħal:
  • inbid
  • birra
  • xorb u soluzzjonijiet b’livell baxx ta’ alkoħol
R00 Boroż tal-karti
Qisien differenti
Bit-tikketta stampata minn qabel jew le

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
  • Tabakk
  • Xtieli
  • Oġġetti meħudin fil-forma ta' biċċiet, bħal: madum, injam, karti, tessut, folji tal-metall u oġġetti.
R01 Kaxxi tal-kartun, pakketti
Qisien differenti
Bit-tikketta stampata minn qabel jew le

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
  • Tabakk
  • Xtieli
  • Oġġetti meħudin fil-forma ta' biċċiet, bħal: madum, injam, karti, tessut, folji tal-metall u oġġetti.
G01 Flixkun tal-ħġieġ
Qies kbir
500 ml sa 1 000 ml
Għatu li ma jqattarx

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Likwidi speċjali, bħal:
  • spirtu abjad
  • gażolina
  • spirti u xorb alkoħoliku (anki għall-eżami batterjoloġiku u organolettiku)
  • kampjuni sensittivi għad-dawl (eż. żejt taż-żebbuġa)
  • solventi organiċi u sustanzi li jraqqu ż-żebgħa
  • likwidi sensittivi għad-dawl (maħżuna f'reċipjenti skuri)
M01 Bott tal-metall
Qies kbir
500 ml sa 1 000 ml
Għatu li ma jqattarx

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Likwidi speċjali, bħal:
  • spirtu abjad
  • gażolina
  • spirti u xorb alkoħoliku
  • solventi u sustanzi li jraqqu ż-żebgħa organiċi
  • likwidi sensittivi għad-dawl (eż. żjut veġetali)
M02 Flixkun tal-metall
Qies kbir
500 ml sa 1000 ml
Bokka dejqa
Għatu li ma jqattarx

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Likwidi speċjali, bħal:
  • spirtu abjad
  • gażolina
  • spirti u xorb alkoħoliku
  • solventi organiċi u sustanzi li jraqqu ż-żebgħa
Tużahx għal likwidi aċidużi jew alkalini, bħall-ħall jew is-salmura!
M10 Ċilindru tal-gass tal-metall
Qies medju

Ikklikkja biex tkabbar l-istampa
Gassijiet u gassijiet likwifikati




Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 15.07.2018 Aġġornament - miżjud: R00, R01, M02 and M10