Id-Definizzjoni
(lista ta’ kodiċijiet SA koperti minn din il-karta) |
Tabakk u prodotti tat-tabakk bħal tabakk tal-werqa imnixxef, tabakk mhux manifatturat, tabakk maqtugħ irqiq, tabakk ittrattat minn qabel, tabakk rekostitwit, skart tat-tabakk, artikli tat-tipjip maqtugħin irqaq, eċċ.
Għal prodotti f'pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għal ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti’.
|
| Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun |
Id-daqs u l-kompożizzjoni tal-kampjun għandhom ikunu adattati għat-tip ta’ prodott u t-tip ta’ kunsinna.
- Tabakk fl-'idejn': madwar 0,5 kg.
- Weraq mhux marbutin flimkien: 15 werqa.
- Tabakk tal-pipa jew ipproċessat: madwar 0,5 kg.
- Tabakk imqatta’ fin, tabakk għat-tipjip, tabakk li jingħomod, tabakk nażali: madwar 0,5 kg.
- Pakketti kummerċjali ta' prodotti tat-tabakk maqtugħ fin (oġġetti tat-tipjip):
- Tabakk tat-tipjip (sigarett, pipa jew tabakk tal-pipa tal-ilma): madwar 0,3 kg;
- Sigaretti: kartuna waħda sħiħa (kaxxa) jew 200 sigarett;
- Sigarri jew psewdosigarri: pakkett tal-bejgħ bl-imnut wieħed jew mill-inqas 20 sigarru;
- Oġġetti tat-tabakk oħrajn eż. tabakk li jingħomod, tabakk nażali: żewġ pakketti sħaħ tal-bejgħ bl-imnut jew iktar li fihom madwar 0.1 kg ta' prodott; ara l-iskeda tat-teħid ta' kampjuni ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti’ għal iktar dettalji.
|
| L-istandards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u l-leġiżlazzjoni rilevanti |
- ISO 4874 Tabakk — Teħid ta’ kampjuni ta’ lottijiet ta’ materja prima — Il-prinċipji ġenerali.
- ISO 15592-1 Tabakk imqatta’ fin u oġġetti tat-tipjip magħmula minnu — Metodi ta’ kif tieħu l-kampjuni, kondizzjonament u analiżi — Parti 1 It-teħid ta’ kampjuni.
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward il-kampjunar.
|
| Għodda ssuġġerita għat-teħid tal-kampjuni skont il-metodu użat |
L-għodod tat-teħid tal-kampjuni ma jridux jibdlu l-karatteristiċi fiżiċi: id-dimensjoni tal-werqa, id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partiċelli, eċċ. u ma jridux jeffettwaw kwalunkwe determinazzjoni sussegwenti.
- Kazzola tat-teħid tal-kampjuni (S03-01)
- Tagħmir tat-tqassim tal-kampjun (D01-01)
|
| Kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid tal-kampjuni |
- Boroż tal-plastik, forom u daqsijiet differenti (P00)
- Boroż tal-karti, daqsijiet differenti (R00)
- Fliexken tal-plastik, b’għonq wiesgħa, tad-daqs 500-1000 ml (P03, P04), preferibbilment mhux trasparenti.
- Kaxxi tal-kartun, pakketti (R01)
- Fliexken li jingħalqu tajjeb għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ indewwa.
|
| Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju |
- You should be aware of and follow any health and safety instructions in the local risk assessment and/or safe working practices for the location where the sampling is to take place.
- See Health and Safety for the ‘Sampling of Food Products’ for detailed advice on hygiene and risks for dry food products in bulk.
- The hygiene of food products must be maintained.
- Ensure you have clean and appropriate PPE for the circumstances.
- Products can be dusty or infested with agents that are dangerous for human health.
- Products can contain larvae of tobacco beetle (Lasioderma serricorne), which cause tobacco damage. Officers should make a risk assessment when they have sighted the consignment.
- Officers should wear appropriate respiratory protection for exposure to dust.
- High levels of dust in the air in combination with static electricity may generate a fire or explosion.
|
| It-tip ta’ kunsinna |
Proċedura |
| Consignment for customs clearance |
- One aggregate sample consisting of an appropriate number of incremental samples chosen randomly or systematically throughout the consignment. When you are satisfied the consignment is homogeneous, one incremental sample is usually taken as representing the goods covered by the same customs declaration.
|
| Prodotti f’massa |
- Fil-każ ta’ prodotti f’massa ttrasportati fi stat mhux ippakkjat, kwantitajiet ugwali ta’ kampjuni inkrementali għandhom jittieħdu minn tliet pożizzjonijiet jew aktar tal-massa magħżula b’mod każwali jew sistematiku.
|
| Prodotti bil-bulk imballati |
- Tabakk jew tabakk ippressat f'balal, injam, karta jew kaxxi tal-kartun, basktijiet, u portafolli tal-ġuta: trid tiżgura li l-oġġetti li qed jiġu ċċekkjati jikkonsistu minn kunsinna unika. Jekk ikun hemm diversi kunsinni, dawn għandhom ikunu identifikati b’mod separat. Tista’ tifforma kampjun aggregat biss minn pakketti tal-istess lott li jkunu fl-istess kunsinna.
- Kwantitajiet ugwali ta’ kampjuni inkrementali jittieħdu mid-diversi pakketti ta’ trasport li jkunu f’pożizzjonijiet differenti tal-vettura ta’ trasport jew fil-maħżen b’għażla każwali jew sistematika.
|
| Qatet ta’ tabakk |
- Tliet qatet meħuda minn pożizzjonijiet differenti fil-kunsinna permezz ta’ għażla każwali jew sistematika. Qatta waħda tista’ tkun twila madwar 80 cm, b’dijametru ta’ 25 cm fil-parti t’isfel u madwar 8 cm minn fejn tinqabad. Il-piż ta’ qatta waħda huma madwar 0.2 kg.
- Fil-każ ta' weraq tat-tabakk uniċi, kampjun aggregat wieħed jinħoloq b'mill-inqas madwar 15-il werqa tat-tabakk.
|
| Tabakk u prodotti tat-tabakk fil-pakketti tal-bejgħ bl-imnut |
- Għadd adattat ta’ unitajiet irid jintgħażel mill-kunsinna b’mod kompletament aleatorju.
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok irreferi għall-iskeda tat-teħid tal-kampjuni ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti’.
|
| Kummenti ġenerali |
- It-tagħmir u l-kontenituri għat-teħid tal-kampjuni għandhom ikunu nodfa (mingħajr trab) u xotti u m’għandhomx jibdlu l-karatteristiċi tal-kampjun, bħall-qisien tal-oġġetti, id-distribuzzjoni tad-daqs tal-biċċiet jew il-proprjetajiet organolettiċi.
- Il-proċedura għat-teħid tal-kampjuni m’għandhiex taffettwa kwalunkwe ttestjar sussegwenti fil-laboratorju.
- Kull kampjun inkrementali jittieħed b’mod każwali mill-kunsinna b’mod li kull kampjun inkrementali jkollu l-istess probabbiltà li jintgħażel.
- Jekk issir xi ħsara lit-tabakk u għaldaqstant il-karatteristiċi tiegħu ma jkunux jistgħu jiġu vvalutati, m’għandhomx jittieħdu kampjuni minn dik l-unità partikolari ta’ kampjun.
- Jekk l-eteroġeneità kif ukoll il-valuri medji jkunu importanti jkun aħjar li l-kampjuni inkrementali ma jitħalltux.
- Tqassim tal-kampjun: Jekk id-daqs ta' kampjun aggregat huwa kbir wisq, irid jiċċekken biex jinkisbu l-kampjuni finali. Jekk jogħġbok irreferi għas-sistema ta’ tqassim tal-kampjuni. L-omoġenizzazzjoni ta' kampjun aggregat trid titwettaq bir-reqqa sabiex tiggarantixxi l-integrità u l-karatteristiċi tal-kampjun. The procedure of placing of incremental samples on plastic sheet with the subsequent raising of sheet corners and careful shaking; or placement of sample into plastic bags and careful shaking, can be used.
- Ippakkjar tal-kampjuni: Il-kampjuni finali jridu jkunu ppakkjati tajjeb bi protezzjoni adegwata kontra l-ħsara (ħsara mekkanika, bidliet kbar fl-umdità, fit-temperatura, eċċ.). Il-kontenituri għandhom jimtlew sa fuq. Il-kampjuni li se jiġu ttestjati għall-kontenut tal-indewwa jridu jiġu ppakkjati f'kontenituri li jissiġillaw kontra l-indewwa jew boroż b'għeluq li jissiġilla kontra l-arja.
|
| Il-formola għat-teħid tal-kampjuni |
- Imla l-formola għat-teħid tal-kampjuni. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u kopja oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
|
| It-trasport |
- Kun żgur li tittrasportahom malajr, għaliex il-kampjuni għandhom it-tendenza jimmuffaw.
- Kun żgur li l-kundizzjonijiet ta’ trasport jiggarantixxu l-integrità u l-karatteristiċi tal-kampjun ittrasportat.
- Kun żgur li l-kundizzjonijiet xierqa ta’ trasport tal-oġġetti jinżammu kif suppost sabiex tħares il-prodott mill-umdità, mill-ħsara mekkanika, minn kontaminazzjoni, formazzjonijiet mikrobijoloġiċi, infestazzjoni jew sitwazzjonijiet oħrajn li jaffettwaw il-proprjetajiet organolettiċi tal-kampjuni (eż. irwejjaħ).
- Il-kampjuni tal-ikel u tal-prodotti kimiċi għandhom jiġu ttrasportati b’mod separat (stivi tal-merkanzija, kaxxi tal-ippakkjar, eċċ.) fuq il-vettura tat-trasport sabiex tevita l-possibbiltà ta’ kontaminazzjoni bejn l-oġġetti.
|
| Ħżin |
- Il-kampjuni għandhom jinħażnu f’post nadif, xott, għad-dlam, frisk, imperreċ tajjeb u mingħajr irwejjaħ.
- Kun żgur li l-kundizzjonijiet xierqa ta’ ħażna tal-oġġetti jinżammu kif suppost sabiex tħares il-prodott mill-umdità, mill-ħsara mekkanika, minn kontaminazzjoni, formazzjonijiet mikrobijoloġiċi, infestazzjoni jew sitwazzjonijiet oħrajn li jaffettwaw il-proprjetajiet organolettiċi tal-kampjuni (eż. irwejjaħ).
- Jekk il-kampjuni jinħażnu għal iktar minn 3 xhur, aħjar tiffriżahom u taħżinhom taħt is-16 °C. Il-prodotti jista' jkollhom il-larva tal-ħanfusa tat-tabakk (Lasioderma serricorne), li jiġu eliminati f'temperatura baxxa. Tabakk infestat irid jintrema billi jiġi inċinerat u l-imħażen fejn tali tabakk kien inħażen iridu jiġu dekontaminati b'mod kimiku (bit-trattament tal-gass).
|