Oġġetti
Definizzjoni

(list of HS codes covered by this card)
Tessuti grezzi inkluż fibri ta’ tul medju; watta; feltru eċċ.

Raden; monofilamenti; ħajt tal-ħjata; truf tal-filamenti; ħajt u korda; spag; ċwiemi; ħbula; kejbils eċċ.

Drappijiet minsuġin; drappijiet mhux minsuġin; drappijiet innittjati jew maħdumin bil-ganċ

Għall-iskart tar-raden, tal-fibri, tad-drappijiet u tat-tessuti ara l-iskeda speċifika għal “Skart

Għall-prodotti ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut u għall-oġġetti lesti, ara l-iskeda speċifika għal “Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti

Tessuti u fibri
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun Fibri tat-tessuti: 150 g

Raden: 2 m (200 m għad-determinazzjoni tat-TEX)

1 m2

Suf 1 kg

Drappijiet Minsuġin Omoġeni: 15-il cm li jkopru l-wisa’ totali tal-biċċa

Drappijiet Minsuġin Eteroġeni: Tul sħiħ tad-disinn li jkopri l-wisa’ totali tal-biċċa
Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti
  • ISO 1130 Fibri tat-tessuti – Xi metodi ta’ kampjunar għall-ittestjar
  • ISO 5086 Kisi tal-art tat-tessuti – Twapet innittjati bl-idejn – Kampjunar u għażla taż-żoni li għandhom jiġu ttestjati
  • EN 12751 Tessuti - Kampjunar tal-fibri, tar-raden u tad-drappijiet għall-ittestjar
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward il-kampjunar.

Tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għall-kampjunar skont il-metodu użat
  • Għodod ġenerali: sikkina, imqass, serrieq eċċ.
Kontenituri li għandhom jintużaw għall-kampjunar
  • Boroż tal-plastik, daqsijiet differenti, bit-tikketta stampata fuqhom minn qabel jew le (P00).
  • Fliexken tal-plastik, daqsijiet differenti (P01, P03, P04).
  • Karta għat-tgeżwir, karta jew kaxxa tal-plastik
  • Boroż tal-karta jew kaxxi tal-kartun, daqsijiet differenti, bit-tikketta stampata fuqhom minn qabel jew le (R00, R01).
Il-kontenituri għall-kampjuni għandhom ikunu nodfa u mingħajr ebda sustanza li tista’ tikkontamina l-materjal li minnu jrid jittieħed kampjun (bħal pereżempju l-ilma, il-ħmieġ, it-tentux, il-komposti tal-ħasil, il-fibri maħlulin, in-nafta u solventi oħrajn, il-flussi tal-issaldjar, l-aċidi, is-sadid, u ż-żejt).

Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.
  • Ara l-SDS jew l-ADR jekk ikunu disponibbli.
  • Oqgħod attent waqt il-kampjunar tal-prodotti li jkun fihom fibri tal-ħġieġ jew fibri minerali, ilbes ingwanti tal-idejn u pproteġi għajnejk; u evita l-kuntatt dirett!
  • Oqgħod attent għas-sinjali tas-sikurezza u tat-twissija.
  • Għandek tkun konxju dwar kwalunkwe struzzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki ta’ ħidma sikuri għall-post fejn ikun se jsir il-kampjunar u ssegwihom.
  • Meta jkun possibbli, qabel jibda l-ħatt/il-kampjunar, għandha ssir spezzjoni viżwali preliminari tat-tagħbija għal sinjali ta’ infestazzjonijiet ta’ insetti jew vermini u/jew sinjali ta’ fungus jew moffa. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jittieħdu miżuri preventivi addizzjonali sabiex tevita l-inalazzjoni aċċidentali ta’ trab jew spori.
Tagħmir ta’ protezzjoni personali
  • Protezzjoni għall-għajnejn: jekk ikun hemm bżonn
  • Protezzjoni għall-idejn: jekk ikun hemm bżonn
  • Protezzjoni għar-ras: jekk ikun hemm bżonn

Pjan tal-kampjunar
Tip ta’ konsenjaDeskrizzjoni
Fibri sfużi B’għażla aleatorja, minn partijiet differenti tal-konsenja, ħu 20 troffa jew aktar ta’ 0,25-0,5 g kull waħda.

Balal ta’ fibri (<5 balal) Ħu żewġ kampjuni inkrimentali (wieħed minn barra l-balla, wieħed minn ġewwa l-balla) minn balla waħda jew aktar.
Balal ta’ fibri (>5 balal) Ħu erba’ kampjuni inkrimentali (tnejn minn barra l-balal, tnejn minn ġewwa l-balal) b’għażla aleatorja, minn balal differenti tal-konsenja.

Pakketti ta’ materjali pproċessati eż. raden (<4 pakketti) Ħu żewġ metri minn kull pakkett/landa.

Jekk il-pakkett ikun għall-bejgħ bl-imnut, ara l-iskeda speċifika għal “Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti”.

Pakketti ta’ materjali pproċessati eż. raden (>4 pakketti) B’għażla aleatorja, minn partijiet differenti tal-konsenja, ħu 2 metri minn pakkett wieħed jew aktar.

Jekk il-pakkett ikun għall-bejgħ bl-imnut, ara l-iskeda speċifika għal “Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti”.

Rombli tad-drapp Aqta’ bejn wieħed u ieħor 1 m2 (biċċa ta’ 100 cm x 100 cm) bl-għodda xierqa (imqass jew sikkina) minn romblu wieħed jew aktar, b’għażla aleatorja, minn partijiet differenti tal-konsenja.

Oġġetti individwali Skont il-kwantità fil-konsenja, il-valur u d-daqs tal-oġġett, in-numru minimu ta’ oġġetti li jrid isir kampjunar fuqhom huwa wieħed. Meta l-oġġetti jkunu żgħar (id-dimensjonijiet kollha sa 10 cm) kun żgur li l-kampjun finali jkun jikkonsisti minn tal-inqas 3 oġġetti.


Informazzjoni dettaljata
Proċedura tal-kampjunar Teħid tal-kampjuni: Għandek tiżgura li l-oġġetti li qed tiċċekkja jikkonsistu f’konsenja waħda. Jekk ikun hemm diversi konsenji, dawn għandhom ikunu identifikati b’mod separat. Kampjun aggregat jista’ jiġi ffurmat biss minn oġġetti li jirrappreżentaw l-istess lott li jkun jinsab fl-istess konsenja. Il-kampjuni jintgħażlu b’metodu aleatorju jew b’mod sistematiku minn lott tal-konsenja. Kun żgur li ż-żona tkun nadifa mill-fibri maħlulin.

Japplikaw metodi differenti skont in-natura tal-prodott eż. fibri, raden, drappijiet:
  • Fibri sfużi jew f’balal: Ħu kampjuni inkrimentali bl-idejn skont il-pjan tal-kampjunar mogħti. Għall-fibri fil-balal ħu kampjuni inkrimentali (minn barra l-balla u minn ġewwa l-balla) minn balla waħda jew aktar bl-użu tal-għodda xierqa (imqass jew sikkina).
  • Pakketti tar-raden jew ta’ materjali pproċessati oħra: Warrab l-ewwel 2 m u aqta’ kampjuni tar-raden skont il-pjan tal-kampjunar bl-għodda xierqa (imqass jew sikkina), filwaqt li tuża tensjoni minima biex tevita li l-materjal jiġġebbed. Għall-kampjun ta’ riżerva, warrab iż-2 m li jmiss tal-istess pakkett u mbagħad aqta’ l-kampjuni l-oħra tar-raden.
  • Rombli tad-drapp: Warrab is-saff ta’ barra tar-romblu tad-drapp u aqta’ kampjuni skont il-pjan tal-kampjunar bl-għodda xierqa (imqass jew sikkina).
  • Oġġetti individwali: Jekk il-konsenja tikkonsisti f’oġġetti individwali manifatturati, ħu numru suffiċjenti ta’ oġġetti, b’mod aleatorju jew sistematiku, għall-ittestjar meħtieġ jew irreferi għall-iskeda speċifika tal-kampjunar għal ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti’ għal aktar informazzjoni.
  • Ippakkjar tal-kampjuni. Il-kampjuni finali għandhom ikunu ssiġillati f’imballaġġ sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni u għandhom jinżammu barra mid-dawl tax-xemx dirett, sabiex tiġi ppreservata l-karatteristika tal-kampjuni.
Għal aktar informazzjoni rreferi għall-Istandards tal-ISO u r-Regolamenti tal-UE fis-seħħ.
Formola għall-kampjunar Imla l-formola għall-kampjunar. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
Trasport Kun żgur li l-kundizzjonijiet ta’ trasport jiggarantixxu l-integrità u l-karatteristiki tal-kampjun ittrasportat.
Ħażna Il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ambjentali f’post xott u vventilat tajjeb. Għandhom ikunu protetti mill-esponiment għal kundizzjonijiet li jistgħu jbiddlu l-proprjetajiet rilevanti tagħhom bħal pereżempju d-dawl tax-xemx.

Il-kampjuni fejn il-kontenut ta’ ndewwa jista’ jaffettwa l-analiżi, għandhom jiġu ppakkjati f’kontenituri li ma jħallu la ndewwa u lanqas arja tgħaddi minnhom.

Tessuti u fibri (espandi l-lista)
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.1 30.01.2020 L-ewwel verżjoni