![]() | |
| Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
SAM-303 Karta |
| Karta | |
| Definizzjoni (lista ta’ kodiċijiet SA koperti minn din il-karta) |
Karta u kartun; Għall-polpa tal-injam jew ta’ materjal ieħor ċellulożiku fibruż; ara l-iskeda speċifika għal ‘Il-kimiċi, is-solidi’. Għall-iskart u l-fdal tal-karta u l-kartun, ara l-iskeda speċifika għall-‘Iskart’. Għall-prodotti f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut ara l-iskeda speċifika għal ‘Il-pakketti għall-bejgħ bl-imnut’. |
| Karta | |
| Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun | Madwar 1 m2 irromblata jew mitwija f'daqs A4 10 folji ta’ daqs A4 Biċċa waħda jew aktar ta’ oġġetti individwali (skont id-daqs tagħhom) |
| Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti |
|
| Tagħmir meħtieġ | |
| L-għodda ssuġġerita għall-kampjunar skont il-metodu użat | Għodod ġenerali: sikkina, imqass, rutella eċċ. |
| Kontenituri li għandhom jintużaw għall-kampjunar |
|
| Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju | Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.
|
| Pjan ta’ kampjunar | |
| Tip ta’ konsenja | Proċedura |
| Konsenja għall-iżdoganar tal-merkanzija | Il-kampjun aggregat jikkonsisti f’numru xieraq ta’ kampjuni inkrimentali. Meta tkun sodisfatt li l-konsenja hija omoġenja, kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti bl-istess dikjarazzjoni doganali. Id-daqs minimu tal-kampjun għandu jikkorrispondi għal madwar 1 m2 irromblat jew mitwi f’daqs A4. |
| Balal jew qatet, cases għall-ippakkjar, pakkett jew tagħbija tal-pallet | Kwantitajiet ugwali ta’ kampjuni inkrimentali jittieħdu mid-diversi pakketti li jkunu f’pożizzjonijiet differenti tal-vettura ta’ trasport jew fil-faċilità ta’ ħżin b’għażla każwali jew sistematika. Evita l-folji kollha bil-ħsara, ħu biżżejjed folji minn unitajiet magħżula differenti biex jiġi pprovdut kampjun suffiċjenti għall-ittestjar mitlub (ara l-kwantità minima rrakkomandata). Jekk tkun magħrufa, immarka d-direzzjoni tal-magna fuq il-folji. Jekk l-unità tkun magħmula minn elementi (riżmi ta’ pakketti) ippakkjati flimkien, immonta l-unitajiet kollha magħżula u agħżel elementi minnhom billi tuża l-istess metodu li ntuża biex intgħażlu l-unitajiet mill-konsenja. |
| Rukkell (Roll) | Kwantitajiet indaqs ta’ kampjuni inkrimentali jittieħdu minn pożizzjoni waħda jew aktar fil-konsenja kollha, minn unitajiet differenti b’għażla aleatorja jew b’mod sistematiku. Neħħi s-saffi kollha bil-ħsara minn barra ta’ kull rukkell magħżul flimkien ma’ tliet saffi bla ħsara ta’ karta jew saff wieħed bla ħsara ta’ kartun. Imbagħad aqta’ l-istess numru ta’ folji minn kull rukkell magħżul biex toħloq kampjun finali. In-numru ta’ folji li jittieħdu mil-lott għandu jkun biżżejjed biex jipprovdi kampjun suffiċjenti (ara l-kwantità minima rrakkomandata). Il-folja tista’ tittieħed direttament mir-rukkell jew ir-rukkell jista’ jkun maqtugħ tul il-wisa’ kollha tiegħu, il-munzell folji maqtugħa jitħalla jaqa’ fuq kull naħa, ir-rukkell jitneħħa u l-folji maqtugħa minn kull munzell. Jekk l-unità hija pakkett li ma jistax jitneħħa kompletament mit-tgeżwir, aqta’ fetħa jew fetħiet ta’ madwar 45 x 45 cm. Mill-fetħa, aqta’ sa profondità suffiċjenti biex tkun tista’ toħroġ in-numru ta’ folji biex toħloq kampjun finali. Neħħi s-saffi kollha bil-ħsara flimkien ma’ mill-inqas tliet saffi fuq barra u bla ħsara ta’ karta jew saff wieħed bla ħsara ta’ kartun. Varja l-pożizzjoni tal-fetħa jew tal-fetħiet fl-unitajiet u bejniethom. |
| Oġġetti individwali | Biċċa waħda rappreżentattiva jew aktar jittieħdu skont id-daqs tal-oġġett. Meta l-oġġett ikun żgħir (id-dimensjonijiet kollha sa 10 cm) kun żgur li l-kampjun finali jkun jikkonsisti minn tal-inqas 3 oġġetti. |
| Immaniġġjar tal-kampjuni | |
| Kummenti ġenerali | Kampjunar: Għandek tiżgura li l-oġġetti li qed tiċċekkja jikkonsistu f’konsenja waħda. Jekk ikun hemm diversi konsenji, dawn għandhom ikunu identifikati b’mod separat. Kampjun aggregat jista’ jiġi ffurmat biss minn pakketti mill-istess lott li jkun jinsab fl-istess konsenja. Il-kampjuni tal-unitajiet ta’ karti jew ta’ kartun jintgħażlu b’mod aleatorju jew b’mod sistematiku minn lott tal-konsenja. Unità = komponent ta’ lott li jista’ jkun fil-forma ta’ rukkell, balla, qatta, pakkett, kontenut ta’ case tal-ippakkjar, tagħbija tal-pallet, eċċ. Il-kampjuni inkrimentali (folji) huma kombinati u suddiviżi ulterjorment biex jipprovdu l-kampjuni finali. Il-proċedura tvarja jekk l-unità tkun pakkett li jista’ jitneħħa kompletament mit-tgeżwir minn unitajiet li ma jistgħux jitneħħew mit-tgeżwir. Il-kampjuni inkrimentali kollha jridu jkunu tal-istess daqs. Għandha tingħata attenzjoni fl-immaniġġjar tal-kampjuni. Għandhom jintlibsu ingwanti xierqa billi jekk tmiss il-karta b’idejk mikxufa tista’ taffettwa konsiderevolment il-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi, ottiċi, tal-wiċċ jew oħrajn. Il-kampjuni li jkollhom difetti jew danni viżibbli dovuti għall-kampjunar jew għat-trasport, ma jistgħux jintużaw għall-ittestjar. Ippakkjar tal-kampjuni: Il-kampjuni finali għandhom jitgeżwru f’kaxxa tal-plastik jew tal-karti jew jitqiegħdu f’qoxra jew f’envelop solidu tal-plastik jew tal-karti. Il-kampjuni għandhom jinżammu ċatti, mingħajr tikmix u tiwi. Jekk il-kampjuni jkunu fil-forma ta’ strixxi dojoq ħafna, dawwarhom madwar roll. L-oġġetti individwali għandhom jiġu ppakkjati f’boroż tal-plastik jew tal-karti jew f’kaxxi tal-kartun ta’ daqsijiet varji. |
| Formola għall-kampjunar | Imla l-formola għall-kampjunar. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri. |
| Trasport | Il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ambjentali f’post xott u vventilat tajjeb. Għandhom ikunu protetti minn espożizzjoni għal kondizzjonijiet li jistgħu jibdlu l-proprjetajiet tagħhom. |
| Ħżin | Il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ambjentali f’post xott u vventilat tajjeb. Għandhom ikunu protetti minn espożizzjoni għal kondizzjonijiet li jistgħu jibdlu l-proprjetajiet tagħhom. |
| Karta (espandi l-lista) | |
| In-Numru tal-HS | Id-Deskrizzjoni |
| Ir-Reviżjonijiet | ||
| Il-Verżjoni | Id-Data | Il-Bidliet |
| 1.1 | 15.07.2020 | L-ewwel verżjoni |