Metalli
Definizzjoni

(lista ta’ kodiċijiet tas-SA koperti minn din l-iskeda)
L-oġġetti manifatturati mill-metalli, bħal pereżempju l-forom tal-ikkastjar mhux maħduma u l-metalli fonduti maħduma (ingotti u forom primarji oħrajn, folji, żbarri, wajers, pajpijiet, prodotti nofshom lesti, eċċ.).

Għall-prodotti f’pakketti individwali ara l-iskeda speċifika għal ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti

Għall-merkurju, ara l-iskeda speċifika għal ‘Sustanzi kimiċi, likwidi

Għat-trab, il-granijiet u l-fjokki, il-metalli alkali u metalli oħrajn tal-intestatura 2805 ara l-iskeda speċifika għal ‘Sustanzi kimiċi, solidi

Għall-ġojjellerija, l-oġġetti tad-deheb u tal-fidda u oġġetti oħrajn (l-intestaturi tas-SA 7113 sa 7118), l-għodod eċċ., oġġetti mixxellanji magħmulin minn metall komuni (il-Kapitoli tas-SA 82 u 83) u l-oġġetti lesti, mhux koperti f’din l-iskeda, ara l-iskeda speċifika ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut u oġġetti lesti

Metalli
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun 100 g ta’ oġġetti żgħar bħal viti, boltijiet u msiemer jew 100 cm2 minn oġġetti żgħar oħrajn.

Minn oġġetti akbar li jista’ jittieħed kampjun minnhom u li jistgħu jiġu ttrasportati fil-laboratorju mingħajr wisq diffikultà, tittieħed biċċa waħda.
Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti ISO 4551: Ligi tal-ħadid -- Analiżi tal-kampjunar u analiżi bl-għarbiel

Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward il-kampjunar.

Tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għall-kampjunar skont il-metodu li jintuża
  • pala tal-azzar
  • serrieq għall-metall
  • trapan
  • serrieq
  • clipper
  • imqass
  • mola
Kontenituri li għandhom jintużaw għall-kampjunar Ibgħat il-kampjun preferibbilment fil-pakkett oriġinali lil-laboratorju. Meta dan ma jkunx disponibbli ppakkja l-kampjun fi flixkun tal-plastik bil-bokka wiesgħa (P04), jekk dan ma jkunx possibli ppakkjah f’borża tal-plastik b’saħħitha (P00).

Meta l-oġġetti jkunu oġġetti f’biċċiet (eż. forom tal-ikkastjar jew folji tal-metall) ġeneralment għandek tieħu biċċa sħiħa mingħajr kontenitur.
Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.

Għandek tkun taf kull struzzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki tax-xogħol sikuri għall-post fejn ikun se jsir il-kampjunar, u ssegwihom.

Tagħmir ta’ protezzjoni personali
Ilbes it-tagħmir ta’ protezzjoni personali:
  • Protezzjoni għall-idejn: jekk ikun hemm bżonn
  • Protezzjoni għar-ras: jekk ikun hemm bżonn
  • Protezzjoni għall-għajnejn: goggles tas-sikurezza, jekk ikun hemm bżonn

Pjan tal-kampjunar
Tip ta’ konsenjaProċedura
Konsenja għall-iżdoganar tal-merkanzija Il-kampjun aggregat jikkonsisti minn numru xieraq ta’ kampjuni inkrimentali. Meta tkun sodisfatt li l-konsenja hija omoġenja, kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti bl-istess dikjarazzjoni doganali.

Fil-każ ta’ prodotti kbar, il-kampjunar jista’ jkun diffiċli ħafna jekk mhux impossibbli. Xi oġġetti, bħal pereżempju pjanċi u pajpijiet, ma jistgħux jinqatgħu għall-kampjunar minħabba raġunijiet prattiċi. Minflok kampjuni, ibgħat xi stampi, id-dokumentazzjoni dwar it-tip u l-kompożizzjoni, il-kodiċijiet eċċ. u l-informazzjoni rilevanti dwar il-piż u d-dimensjonijiet tal-prodott, lil-laboratorju. Jekk ikun possibbli, analizza l-prodott fuq il-post bi strumenti mobbli.
Il-prodotti sfużi (f’vagun tal-ferrovija, ġo container, eċċ.) Jekk ikun hemm tipi differenti ta’ metall f’kull unità ta’ trasport (aktar minn konsenja waħda), ħu l-kampjuni minn kull varjetà.

Ħu kampjun minn kull tip ta’ prodott fil-każ ta’ prodotti ta’ forom u daqsijiet differenti.

  • Għall-oġġetti li jiġu ttrasportati fit-trakkijiet jew fil-vaguni tal-merkanzija, jekk ikun possibbli, ħu l-kampjuni minn 5 postijiet differenti;
  • jekk ma jistax isir kampjunar kif deskritt hawn fuq, ħu l-kampjuni b’mod aleatorju b’pala;
  • jekk ikun possibbli ħu l-kampjuni mill-konsenja waqt il-ħatt fid-destinazzjoni tal-prodott.
Kampjunar tal-oġġetti mhux sfużi, fonduti Jekk ikun possibbli ħu l-kampjuni mill-konsenja billi tissega, taqta’, iċċarrat, tħaffer jew ittaqqab u aqta’ f’post fejn ikun l-aktar xieraq.

Evita li ssaħħan il-kampjun, minħabba li dan jista’ jbiddel il-proprjetajiet tiegħu.
Kampjunar ta’ prodotti nofshom lesti
  • Fil-każ ta’ prodotti llaminati, il-kampjun għandu jittieħed fuq parti sinifikanti, perpendikulari għad-direzzjoni tal-laminazzjoni.
Iridu jiġu rreġistrati l-imballaġġ jew il-preżentazzjoni tal-prodott, kif ukoll id-direzzjoni tal-laminazzjoni.
  • Fil-każ ta’ folji u diski, il-kampjun għandu jittieħed kemm miċ-ċentru tad-disk kif ukoll mit-truf tiegħu. Jekk ikun possibbli ħu l-oġġett sħiħ bħala kampjun.
  • Fil-każ ta’ żbarri, pajpijiet u wajers, għall-kampjunar il-prodott irid jinqata’ fid-direzzjoni trasversali.
  • Fil-każ ta’ prodotti kbar bħall-iżbarri, il-pajpijiet u l-wajers, iridu jinżammu l-forma jew il-wiċċ kull fejn ikun possibbli.
  • Evita li ssaħħan il-kampjun, minħabba li dan jista’ jbiddel il-proprjetajiet tiegħu.

Immaniġġjar tal-kampjuni
Formola tal-kampjunar
  • Imla l-formola tal-kampjunar. Għandha tinthemeż kopja waħda mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri.
  • Jekk ikun hemm identifikatur uniku fuq il-prodott (pereżempju in-numru tal-laminaturi, in-numri tas-saldjaturi, in-numru tal-iffondar), dan irid jiġi rreġistrat fil-formola tal-kampjunar.
Trasport Kun żgur li l-kundizzjonijiet tat-trasport jiggarantixxu l-integrità u l-karatteristiki tal-kampjun ittrasportat.
Ħżin Kun żgur li l-kundizzjonijiet tal-ħżin jiggarantixxu l-integrità u l-karatteristiki tal-kampjun.

Metalli (espandi l-lista)
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.1 15.07.2020 L-ewwel verżjoni