Sustanzi kimiċi, likwidi
Definizzjoni

(lista ta' kodiċijiet SA koperti minn din l-iskeda)
Sustanzi kimiċi mixellanji, prodotti u preparazzjonijiet kimiċi f’għamla likwida, inklużi fertilizzanti, komposti organiċi u inorganiċi; koloranti u pigmenti; sustanzi tensjoattivi, preparazzjonijiet għal ħasil u lubrikanti, polpa tal-injam, eċċ.;

Is-sustanzi kimiċi ttrasportati fi stat likwidu f'temperatura għolja huma inklużi wkoll.

Għat-teħid ta’ kampjuni ta' alkoħol mhux żnaturat jew żnaturat ta' kwalunkwe saħħa, ara l-iskeda speċifika ‘Oġġetti tal-ikel, likwidi, viskożità baxxa’.

Għat-teħid ta’ kampjuni ta' prodotti taż-żejt mhux raffinat u fjuwils oħra, ara l-iskeda speċifika għal-‘Likwidi taż-Żejt Mhux Raffinat’.

Għal teħid ta’ kampjuni ta' sustanzi kimiċi f'forma ta' pejst ta’ konsistenza kremuża jew iebsa, f'temperatura ambjentali (jiġifieri mhux imsaħħan) ara l-iskeda speċifika tax-‘Xama’.

Għas-sustanzi kimiċi użati ara l-iskeda speċifika għall-‘Iskart’.

Għall-prodotti f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut ara l-iskeda speċifika għal ‘Pakketti għall-bejgħ bl-imnut’.

Ċerti sustanzi kimiċi m’għandhomx jiġu inklużi fil-kampjun minħabba l-proprjetajiet ferm perikolużi tagħhom; ara l-prinċipji Ġenerali – ‘Teħid ta’ kampjuni minn oġġetti perikolużi’. Jekk ikollok xi dubju, ikkonsulta lil-laboratorju tiegħek.

Sustanzi kimiċi, likwidi
Kwantità minima rrakkomandata għal kull kampjun 0,1 l
Standards applikabbli (ISO u Normi tal-UE) u leġiżlazzjoni rilevanti
  • ISO 1995 Idrokarburi Aromatiċi - Teħid ta’ kampjuni
  • ISO 2096 Gliċeroli għall-użu industrijali - Metodi ta' teħid ta’ kampjuni
  • ISO 2209 Idrokarburi aloġenati likwidi għall-użu industrijali - Teħid ta’ kampjuni
Għandek tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-linji gwida nazzjonali tiegħek rigward it-teħid ta’ kampjuni.

Tagħmir meħtieġ
L-għodda ssuġġerita għat-teħid ta’ kampjuni skont il-metodu użat Qabel l-użu għandek tiżgura li kwalunkwe tagħmir mhux se jirreaġixxi mas-sustanza kimika li tkun qed tiġi inkluża fil-kampjun - ara ‘l-SDS u/jew l-ADR’.

  • Pompa bil-vakum (L01-01).
  • Kontenitur għall-immersjoni (L02-01).
  • Kontenitur bil-pipetta (L03-01).
  • Sassla għat-teħid tal-kampjuni (L04-01), speċjalment għall-fluwidi msaħħna.
  • Għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-pistun (L05-01).
  • Tagħmir għat-teħid kontinwu awtomatiku jew manwali ta’ kampjuni (eż. għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-pajp (L06-01). Xi tagħmir ma jinkludix biss apparat ta' teħid awtomatiku ta’ kampjuni li jieħu l-kampjuni mil-linja, iżda wkoll sonda xierqa, linji ta' konnessjoni, tagħmir awżiljarju, eċċ.;
  • Għodod ġenerali: kontenitur għat-taħlit u kontenitur għall-iskart mit-tlaħliħ, eċċ.
Kontenituri li għandhom jintużaw għat-teħid ta’ kampjuni Qabel l-użu għandek tiżgura li kwalunkwe kontenitur tal-ħżin mhux se jirreaġixxi mas-sustanza kimika li tkun qed tiġi inkluża fil-kampjun - ara ‘l-SDS u/jew l-ADR’.

Il-kontenituri għandhom ikunu magħmula minn materjal adattat għall-ħażna sikura tas-sustanzi kimiċi, u għandhom ikunu ssiġillati biex ma jqattrux, ma jevaporawx jew jassorbu xi umdità:
  • Fliexken tal-ħġieġ, mitbuqa (G01)
  • Fliexken tal-plastik, b'bokka dejqa, ta' daqsijiet differenti (P01, P02, P04, P06, P07), preferibbilment mhux trasparenti
  • Bottijiet u fliexken tal-metall (M01, M02)
Għall-kampjuni likwidi, li huma msaħħna, għandhom jintużaw il-kontenituri adattati reżistenti għas-sħana.
Prekawzjonijiet tas-sikurezza u valutazzjoni tar-riskju Jekk jogħġbok irreferi għal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sikurezza.

Ftakar:
  • Xi prodotti m’għandhomx jiġu inklużi fil-kampjun minħabba l-proprjetajiet ferm perikolużi tagħhom ‘link’.
  • Xi prodotti għandhom jiġu inklużi fil-kampjun biss minn persunal awtorizzat jew minn kuntrattur ‘link’.
  • Għal sustanzi kimiċi nnegozjati legalment għandha teżisti SDS u jekk ikunu ttrasportati legalment, għandhom jiġu pprovduti dokumenti tat-trasport (eż. ADR).
  • Sustanzi kimiċi likwidi mhux magħrufa għandhom jitqiesu perikolużi sakemm jiġu identifikati kif xieraq: ara l-prinċipji Ġenerali - ‘Teħid ta’ kampjuni ta' oġġetti perikolużi’; meta ma jkun hemm l-ebda informazzjoni disponibbli jew l-informazzjoni (it-tikkettar, is-simboli tal-perikli, id-dokumenti) tkun differenti minn dak li tistenna għandek dejjem tittratta l-oġġetti bħala perikolużi.
  • Oqgħod attent għas-sinjal ta' sigurtà u ta' twissija - ara ‘s-Saħħa u s-Sigurtà’.
  • Ilbes tagħmir personali protettiv xieraq.
  • Għandek tkun konxju dwar kwalunkwe struzzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-valutazzjoni tar-riskju lokali u/jew il-prattiki ta’ ħidma mingħajr periklu għall-post fejn ikun se jsir it-teħid ta’ kampjuni u ssegwihom.
  • Jistgħu jseħħu sitwazzjonijiet perikolużi meta jinfetħu l-kontenituri taħt pressa, il-pressa għandha titneħħa b’mod sikur.
Meta jittieħdu kampjuni ta' sustanzi kimiċi perikolużi, huwa estremament importanti li l-operatur ma jkunx espost għal-likwidu nnifsu jew għad-dħaħen jew għall-fwar tossiċi tiegħu. Dawn jistgħu jikkawżaw ħsara fatali u jekk jiġu rilaxxati fl-ambjent, se jikkawżaw tniġġis!

Tagħmir personali protettiv:

Pjan ta’ teħid ta’ kampjuni
Tip ta’ konsenjaProċedura
Konsenji għall-iżdoganar tal-merkanzija Kampjun aggregat wieħed li jikkonsisti minn għadd xieraq ta' kampjuni inkrimentali magħżula b'mod aleatorju jew sistematiku matul il-konsenja kollha. Meta tkun sodisfatt li l-konsenja hija omoġenja, kampjun inkrimentali wieħed normalment jitqies li jirrappreżenta l-oġġetti koperti bl-istess dikjarazzjoni doganali.

Prodotti tal-massa - sfużi fit-tankijiet, bawżers, vagun ta’ riżerva Kampjun aggregat wieħed minn kampjun wieħed jew aktar inkrimentali meħuda minn għoli differenti skont l-omoġeneità tal-prodott, il-livell tal-likwidu, l-għadd ta' tankijiet magħżula b'mod aleatorju jew sistematiku matul il-konsenja, ara l-‘Prinċipji ġenerali - Teħid tal-kampjuni tal-likwidi’.

Iċċekkja l-omoġeneità tal-lott — jekk ikollok xi dubju dwar l-omoġeneità, ħu aktar kampjuni inkrementali. Għandhom jinħolqu kampjuni aggregati separati minn tankijiet li jkun fihom prodotti jew lottijiet differenti.

Jitħejja kampjun aggregat minn kampjuni inkrimentali meħuda mill-istess tank. Jekk kampjun aggregat ikun għal diversi tankijiet, dan għandu jikkonsisti f’partijiet proporzjonati minn kull tank li jkun ġie inkluż fil-kampjun.

Normalment, il-kampjuni jittieħdu minn fetħiet ta' fuq mill-bokkaport jew permezz ta' viti speċjali għat-teħid ta’ kampjuni li jitpoġġew fil-ġenb tat-tankijiet fl-għoli korrett. Jista' jintuża wkoll teħid ta’ kampjuni trażversali. Tista’ tintuża wkoll pompa bil-vakwu jekk il-fond li minnu jkun se jittieħed il-kampjun ma jkunx jaqbeż l-4 m u l-likwidu ma jkunx daqstant viskuż.

Il-kampjuni jistgħu jittieħdu wkoll waqt it-tagħbija jew il-ħatt hekk kif il-prodott ikun qed jiġi mċaqlaq.
Sustanzi kimiċi likwidi li jkunu qed jiġu mċaqalqa Kampjun aggregat wieħed: Meta l-prodott ikun qed jiġi mċaqlaq mekkanikament bil-gravità, bil-pompi jew b'tagħmir ieħor, jista' jkun hemm valvoli ta' diverżjoni fuq il-ġenb tal-pipeline li jippermettu li jittieħdu kampjuni f'intervalli regolari ddeterminati mill-veloċità taċ-ċaqliq mill-fluss tal-likwidu, ara t-‘teħid tal-kampjuni minn merkanzija qed tiċċaqlaq’ fil-parti Ġenerali.

Is-sustanzi kimiċi fi btieti, ċilindri, bottijiet, u kontenituri iżgħar simili Kampjun aggregat wieħed minn kampjuni inkrimentali (wieħed jew aktar skont l-omoġeneità tal-prodott, l-għadd ta' kontenituri) li jittieħdu min-nofs ta' kull kontenitur magħżul b’mod aleatorju jew sistematiku matul il-konsenja, ara ‘Teħid tal-kampjuni minn pakketti għat-trasport’ fil-parti Ġenerali.

Kwantitajiet indaqs ta’ kampjuni inkrimentali jittieħdu minn diversi kontenituri ta’ trasport li jkunu jinsabu f’pożizzjonijiet differenti fil-vettura tat-trasport jew fil-faċilità tal-ħażna.

Kampjun aggregat jista’ jiġi ffurmat biss minn kontenituri mill-istess lott li jkun jinsab fl-istess konsenja. Jekk ikun hemm diversi lottijiet, dawn għandhom ikunu identifikati u inklużi fil-kampjun b’mod separat.

Jekk ikun possibbli, dejjem omoġenizza l-kontenut tal-kontenitur kif xieraq.

It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir permezz ta’ pompa bil-vakwu, diversi kontenituri bil-pipetta jew għodod oħrajn xierqa.

Jekk jittieħed kampjun minn kontenitur wieħed biss (eż. barmil), dan jitferra’ direttament mill-għodda għat-teħid tal-kampjuni fil-kontenitur tal-kampjuni.

L-immaniġġjar tal-kampjuni
Kummenti ġenerali Fil-prinċipju, il-kwantità minima ta' kampjuni finali identiċi, meħtieġa mil-laboratorju skont il-linji gwida nazzjonali tiegħek, għandha tkun biżżejjed, sakemm tkun sodisfatt li l-prodott huwa omoġenju.

Meta jkun possibbli, ħu kampjun direttament fil-flixkun tal-kampjun. Dan inaqqas il-possibbiltà ta’ assorbiment tal-arja, ħruġ ta’ fwar, u kontaminazzjoni. Eżatt qabel tieħu l-kampjun, laħlaħ il-flixkun bil-prodott li għandu jiġi inkluż fil-kampjun.

Jekk jintuża kontenitur għat-taħlit, dan għandu jitlaħlaħ bil-prodott inkluż fil-kampjun qabel ma tibda. Il-kampjuni inkrimentali kollha mill-postijiet kollha tat-teħid ta’ kampjuni jinġabru u wara li jitħalltu sewwa, jinħoloq kampjun aggregat.

Il-flixkun tal-kampjun għandu jimtela, filwaqt li jħalli spazju żgħir għall-espansjoni minħabba s-sħana. Kampjuni fejn il-kontenut tal-umdità jista' jaffettwa l-analiżi għandhom jiġu ppakkjati f'kontenituri li ma jgħaddix ilma minnhom b'sistema ta’ għeluq li ma tgħaddix arja minnha u għandhom jimtlew sa fuq nett.

Wara li tikseb il-kampjun, agħlaq il-flixkun minnufih bit-tapp u ara li jkun issikkat sew (ara li ma jqattarx).

Il-kampjun għandu jiġi mmaniġġjat u ppakkjat f'post b'ventilazzjoni tajba jew barra.

Teħid ta’ kampjuni ta' sustanzi likwidi msaħħna: Il-kampjun jittieħed mill-valvi tat-teħid ta’ kampjuni pprovduti fuq tankijiet, bawżers jew vaguni ta’ riżerva jew il-kampjun jittieħed permezz ta’ sassla tal-metall għat-teħid tal-kampjuni. Il-kampjuni inkrimentali mbagħad jinġabru direttament mill-valv jew mill-għodda għat-teħid tal-kampjuni fil-kontenitur tal-kampjuni b’fetħa wiesgħa, jew jekk ikun meħtieġ fil-kontenitur tat-taħlit, li minnu jiġu ttrasferiti fil-kontenitur tal-kampjun b’fetħa wiesgħa. Il-kontenituri għandhom jitħallew jiksħu qabel ma jingħalqu.

Oġġetti f'atmosferi speċjali (eż. fin-nitroġenu): Prodotti ppakkjati f'kundizzjonijiet medikament sterili għandhom jiġu inklużi fil-kampjun fil-bini tar-riċevitur taħt superviżjoni doganali.

Formola għat-teħid ta’ kampjuni Imla l-formola għat-teħid ta’ kampjuni. Kopja għandha tkun mehmuża mal-kampjuni u oħra għandha tinżamm fir-reġistri. Semmi jekk il-kampjun ikunx ittieħed f'kundizzjonijiet imsaħħna.
Trasport Il-kampjuni għandhom ikunu ttikkettati sabiex tindika n-natura speċifika tal-periklu tagħhom (simboli jew ittri kodifikati).

Kopja tal-SDS għandha dejjem tinżamm ma’ kull wieħed mill-kampjuni.

Jekk il-kampjun ikun materjal perikoluż li t-trasport tiegħu jkun irregolat mir-regoli tal-ADR jew minn regoli rilevanti oħra tat-trasport, dawn ir-regoli għandhom jiġu rrispettati.

Jistgħu jiġu applikati eżenzjonijiet għal oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati. Meta jintużaw pakketti ta' kombinazzjoni (li jikkonsistu f'imballaġġ intern u estern li ma jkollhomx it-tendenza li jinkisru jew li jittaqqbu faċilment), ara t-‘Transport’ fil-parti Ġenerali.
Ħażna Aħżen f’post frisk, għad-dlam, xott u mperreċ tajjeb, ’il bogħod minn sorsi ta’ sħana.

Żomm il-kontenitur magħluq sewwa sabiex ma jkunx hemm telf ta’ komponenti volatili u kontaminazzjoni kroċjata ma’ kampjuni oħra.

Uża armarju ventilat għall-oġġetti li jaqbdu jekk ikun disponibbli.

Għandhom jintwerew sinjali ta’ twissija xierqa.

Sustanzi Kimiċi, likwidi (espandi l-lista)
In-Numru tal-HS Id-Deskrizzjoni


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.1 15.07.2020 L-ewwel verżjoni