1. L għodod għat-teħid tal-kampjuni: l informazzjoni u r rekwiżiti ġenerali

L-għodod għat-teħid tal-kampjuni kollha għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati b’mod li jservu għall-iskop maħsub tagħhom u jippreservaw il-karatteristiċi oriġinali tal-oġġetti li tagħhom jittieħed kampjun.

L-għodod għat-teħid tal-kampjuni għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti ġenerali:
Dejjem għandek tiċċekkja jekk humiex nodfa qabel tużahom. Wara li tużahom, għandek tnaddaf l-għodda għat-teħid tal-kampjuni skont l-istruzzjonijiet speċifiċi.

Teħid tal-kampjuni likwidi. Jistgħu jintużaw l-għodod li ġejjin: pompi bil-vakum, kontenituri għall-immersjoni (dipping vessels), kontenituri tat-tip bil-pipetta, sassli żgħar (scoops) għat-teħid tal-kampjuni, kontenituri għall-kampjuni bil-pistun, eċċ.

Teħid tal-kampjuni solidi fil-forma ta’ trab jew frak. Jistgħu jintużaw l-għodod li ġejjin: għodda għat-teħid ta’ kampjuni f’għamla ta’ lanzetta (spear), għodda għat-teħid ta’ kampjuni f’għamla ta’ tubu, għodda għat-teħid ta’ kampjuni li jiġbru kampjun minn żona speċifika, kazzoli, għodda għat-teħid ta’ kampjuni f’għamla ta’ trabuxù, għodda għat-teħid ta’ kampjuni ta’ oġġetti ffriżati, għodda għat-teħid ta’ kampjuni f’għamla ta’ trapan żgħir, eċċ.

Teħid tal-kampjuni tal-gassijiet. It-teħid tal-kampjuni jirrikjedi ċilindru tal-gass (ċilindru tal-kampjun) għall-ġbir u t-trasport. Iċ-ċilindru tal-kampjun huwa assemblaġġ li jinkludi ċilindru rratat bil-pressjoni u valvi tal-iżolament tal-inlet u l-outlet.

Għodod oħrajn adattati, simili għal dawk deskritti hawn fuq, jistgħu wkoll jintużaw għat-teħid ta’ kampjuni, diment li jkunu jistgħu jwettqu l-azzjonijiet deskritti u jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sigurtà. Għodod oħrajn jistgħu jintużaw għall-aggregazzjoni tal-kampjuni primarji jew għall-omoġeneizzazzjoni, is-separazzjoni, it-tnaqqis, il-qsim, eċċ. tal-kampjuni finali. Għal dan il-għan, jistgħu jintużaw diversi kaxxi, tankijiet, ċilindri, bramel, eċċ. tal-plastik jew tal-metall li jkunu mgħammra b’għodda xierqa għat-taħwid. Meta wieħed juża l-kontenituri għall-immersjoni jistgħu jintużaw diversi rkiekel li jitħaddmu bl-idejn u kejbils għat-tniżżil u t-tlugħ tal-kontenitur.

Għodod oħrajn versatili jistgħu jkunu utli għat-teħid tal-kampjuni, pereżempju skieken, mannari tal-istainless steel, imqassijiet, pinzetti, xkupilji tat-tindif, torċijiet, eċċ.

L-għodod maħsuba għat-teħid ta’ kampjuni ta’ prodotti taż-żejt, solventi organiċi u likwidi oħrajn li jaqbdu malajr iridu jkunu approvati għal użu bħal dan. Dawn għandhom ikunu magħmula minn materjal elettrokonduttiv biżżejjed sabiex jipprevjeni l-ġenerazzjoni ta’ elettriċità statika u m’għandhomx ikunu kapaċi joħolqu xrar meta jiġu f’kuntatt ma’ oġġett ieħor tal-metall.

L-għodod użati għat-teħid ta’ kampjuni minn likwidi fil-fond għandhom jiġu marbuta ma’ spaga, ħabel jew katina twila biżżejjed sabiex jittieħdu kampjuni minn kwalunkwe livell meħtieġ. L-ispag, il-ħbula u l-ktajjen użati għat-teħid ta’ kampjuni ta’ likwidi li jaqbdu malajr ħafna għandhom ikunu magħmula minn materjal li jipprevjeni l-ġenerazzjoni ta’ elettriċità statika.

It-tabella tinkludi l-għodod għat-teħid tal-kampjuni adattati għal tipi differenti ta’ oġġetti. Id-disponibbiltà u d-disinn tal-għodod għat-teħid tal-kampjuni jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Għaldaqstant il-lista mhijiex eżawrjenti u jistgħu jintużaw għodod oħrajn għat-teħid tal-kampjuni skont in-natura tal-oġġetti li minnhom ikun ser jittieħed il-kampjun.



2. L għażla ta’ tagħmir għat-teħid tal-kampjuni

L: Likwidi, S: Solidi, G: Gassijiet, E: Eċċezzjonalment

Ikklikkja fuq il-kodiċijiet sabiex tara d-dettalji
Il Kodiċi It tip ta’ apparat għat-teħid tal-kampjuni Il materjal
Gases and liquefied gases
Il likwidi
Il likwidi jew il-kremi semiviskużi
Il likwidi viskużi
It trabijiet fini
It trabijiet u l frak
It teħid ta’ kampjuni minn post speċifiku
It teħid ta’ kampjuni minn diversi livelli
It teħid ta’ kampjuni fil-fond
Il materjal li tipikament jittieħdu kampjuni minnu
L01-01 Pompa bil-vakum parti ewlenija tal-għodda tal-PE, PTFE, PP, Al jew tal-istainless steel; pajpijiet tal-PE u tal-PTFE + + + likwidi, kimiċi/ikel aggressiv; teħid ta’ kampjuni mingħajr kuntatt mal-pompa
L02-01 Kontenitur għall-immersjoni stainless steel + + + + + likwidi mill-fond, materjal li jaqbad
L02-02 Kontenitur għall-immersjoni PP, Al + + + + likwidi mill-fond
L02-03 Kontenitur għall-immersjoni PTFE + + + + likwidi inklużi likwidi aggressivi
L03-01 Kontenitur bil-pipetta PP, PTFE + + + likwidi, speċjalment likwidi organiċi, solventi, kimiċi u ikel aggressiv
L04-01 Sassla għat-teħid tal-kampjuni PP, PTFE, Al, stainless steel + + + likwidi, teħid ta’ kampjuni mill-wiċċ
L05-01 Għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-pistun PTFE u stainless steel + + + + + likwidi u kremi inklużi kimiċi/ikel aggressiv
L06-01 Għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-pajp stainless steel u ram + Teħid ta’ kampjuni ta’ karburanti likwidi li jkunu qegħdin jiġu ppumpjati
S01-01 Għodda għat-teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ lanzetta PP, stainless steel + + trabijiet, frak, teħid dirett ta’ kampjuni minn boroż u xkejjer
S02-01 Għodda għat-teħid tal-kampjuni minn żona speċifika Al, stainless steel + + materjal fi frak, teħid dirett ta’ kampjuni minn boroż u xkejjer — teħid ta’ kampjuni minn diversi saffi
S03-01 Kazzola għat-teħid tal-kampjuni PP, Al, stainless steel + + trabijiet, frak, teħid ta’ kampjuni mill-wiċċ
S04-01 Għodda għat-teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ trabuxù stainless steel + + tajn u pejst magħqud, xaħmijiet, xema’, griż, eċċ.
E01-01 Għodda għat-teħid ta’ kampjuni ta’ ikel iffriżat stainless steel + ikel surġelat u sustanzi semisolidi
E02-01 Għodda għat-teħid ta’ kampjuni f’għamla ta’ trapan żgħir stainless steel + sustanzi rotob, qishom pejst (ġobon, butir, sapun)
D01-01 Separatur tal-kampjuni metall/ stainless steel + għat-tqassim jew it-tnaqqis ta’ kampjuni aggregati ta’ prodotti granulari
G01-01 Ċilindru tal-kampjun Metall (inossidanti, Al, Titanju) PTFE, Poliamid, Ħġieġ + għat-teħid tal-kampjuni ta' kampjuni gassużi jew gassijiet/likwidi ta' pressjoni tal-fwar għolja



3. Is settijiet għat-teħid tal-kampjuni f’kaxxi li jistgħu jinġarru — l eżempji

Sett ta’ għodod għat-teħid tal-kampjuni
Sett ta’ pompa bil-vakum għat-teħid tal-kampjuni b’aċċessorji bħal piżijiet, tnalja, sikkina, eċċ.




Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 15.07.2018 Aġġornament - miżjud: Għodod għat-teħid tal-kampjuni tal-gassijiet - G01-01