![]() | |
| Il-Kummissjoni Ewropea > Tassazzjoni u Unjoni Doganali > Databases > SAMANCTA | |
Navigazzjoni |
Għodda għat-teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ trabuxù |
| Il-kodiċi tal-istrument: | S04-01 |
| L-isem: | Għodda għat-teħid tal-kampjuni f’għamla ta’ trabuxù |
| Is-sinonimi: | Għodda għat-teħid tal-kampjuni bil-kamin spirali |
| Id-deskrizzjoni: | Din l-għodda tikkonsisti f’parti ewlenija b’saħħitha f’għamla ta’ trabuxù u manku magħmul mill-metall (stainless steel). Qisien normali: tulijiet jibdew minn 35 cm, dijametru sa 3 cm. |
| L-istampa: | ![]() |
| L-applikazzjoni: | Teħid ta’ kampjuni ta’ materjal oħxon u viskuż ħafna bħal tajn, lubrikanti qishom pejst (Vażelina) u oġġetti tal-ikel qishom pejst bħal xaħam mill-ħxejjex jew mill-annimali, ġamm jew għasel. |
| Kif taħdem: | It-trabuxù jingħafas fil-materjal li tiegħu jkun ser jittieħed kampjun billi timbottah u ddawru fl-istess ħin, biex b’hekk tkun ċert li l-kampjun jaqbad mal-ispirali. L-għodda mbagħad tinġibed ’il barra u l-kampjun jitneħħa bi spatula jew barraxa għal ġo kontenitur b’bokka wiesgħa. |
| L-eżempji tipiċi: | Lubrikanti qishom pejst, griż, xema’, Vażelina, eċċ. Oġġetti tal-ikel qishom pejst bħal xaħam minn ħxejjex u mill-annimali, ġamm jew għasel. |
| It-tindif u l-manutenzjoni: | Meta tieħu kampjun ta’ oġġetti tal-ikel: naddaf sewwa l-fdalijiet tal-kampjun, aħsel bl-ilma jaħraq u bis-sapun, laħlaħ bl-ilma u nixxef l-apparat f’temperatura sa 100 °C. Jista’ jkun sterilizzat. Meta tieħu kampjun ta’ oġġetti mhux tal-ikel: naddaf sewwa l-fdalijiet tal-kampjun bi spatula (jew barraxa), imsaħ b’ċarruta mxarrba b’gażolina teknika u nixxef f’temperatura ambjentali. |
| Ir-Reviżjonijiet | ||
| Il-Verżjoni | Id-Data | Il-Bidliet |
| 1.0 | 12.10.2012 | L-ewwel verżjoni |