Il-kodiċi tal-istrument: L04-01
L-isem: Sassla għat-teħid tal-kampjuni
Is-sinonimi: Sassla għall-kimiċi
Id-deskrizzjoni: Għodda għat-teħid tal-kampjuni fl-għamla ta’ sassla magħmula mill-plastik (PP, PTFE) jew mill-metall (Al, stainless steel). Tista’ tkun mgħammra b’virga teleskopika. Qisien normali: kapaċità minn 100 ml sa 1 000 ml. Il-parti ta’ fuq tas-sassla tista’ tkun bis-snien biex jittieħdu kampjuni mill-wiċċ.
L-istampa:
L-applikazzjoni: Teħid ta’ likwidi minn btieti miftuħa jew magħluqa, tankijiet, bawżers u sajlos. Teħid ta’ kampjuni ta’ likwidi minn postijiet faċilment aċċessibbli. Teħid ta’ kampjuni ta’ likwidi eteroġenei jew partiċelli mill-wiċċ tal-likwidu.
Kif taħdem: Is-sassla bix-xifer tas-snien jiġi mmuntat fuq manku ta’ virga teleskopika. Is-sassla titgħaddas fil-materjal li minnu jkun ser jittieħed il-kampjun u b’hekk jittieħed il-kampjun. Jekk ikun fiha s-saff kontaminanti ta’ fuq, dan jista’ jitferra’ mix-xifer tas-snien. Il-kampjun imbagħad jitferra’ fil-flixkun tal-kampjun. Jekk ikun meħtieġ kampjun mill-wiċċ, is-sassla titgħaddas sax-xifer tas-snien biss u jkun jista’ jittieħed il-kampjun mill-wiċċ.
L-eżempji tipiċi: Likwidi bil-wiċċ ikkontaminat, teħid ta’ kampjuni ta’ ilma kkontaminat b’likwidi organiċi, separazzjoni ta’ porzjonijiet li ma jitħalltux.
It-tindif u l-manutenzjoni: Aħsel bl-ilma jew b’solventi organiċi u nixxef fit-temperatura ambjentali.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni