Il-kodiċi tal-istrument: L02-02
L-isem:: Kontenitur għall-immersjoni
Is-sinonimi: Flixkun għall-immersjoni, sonda għall-immersjoni, ċilindru għall-immersjoni
Id-deskrizzjoni: Kontenitur li jiżżarma li jikkonsisti fi flixkun/sonda tal-metall jew tal-plastik b’bażi mtaqqla (biex jinżel malajr) u tapp għall-flixkun. Il-flixkun u t-tapp huma marbuta ma’ spaga, ħabel jew katina, biex ikunu jistgħu jittieħdu kampjuni minn diversi livelli: meta jintlaħaq il-livell mixtieq it-tapp jinfetaħ billi jinġibed bis-saħħa jew b’mod ieħor. Kapaċità: 500 ml sa 1 000 ml.

Il-kontenitur għall-immersjoni huwa fil-forma ta’ flixkun jew sonda magħmula mill-polypropylene (PP) jew mill-aluminju (Al).
L-istampa:
L-applikazzjoni: L-istess bħal ta’ L02-01. Teħid ta’ kampjuni ta’ likwidi minn żoni ta’ fond diskret — jistgħu jittieħdu kampjuni minn post speċifiku u minn sezzjonijiet differenti. It-tip ta’ sonda għat-teħid tal-kampjuni jintgħażel skont il-materjal li tiegħu jkun ser jittieħed kampjun.
Kif taħdem: L-istess bħal ta’ L02-01. Is-sonda tiddaħħal fil-likwidu li tiegħu ser jittieħed kampjun. Il-parti ta’ fuq tingħalaq b’tapp, li jkun marbut ma’ kejbil. Meta s-sonda tilħaq il-fond mixtieq it-tapp jinfetaħ u s-sonda timtela bil-kampjun minn dak il-fond speċifiku. Imbagħad, is-sonda tittella’ u l-kontenut jiġi trasferit ġo kontenitur tal-kampjuni.
L-eżempji tipiċi: Il-kampjuni likwidi li ma jaqbdux
Likwidi li jitħalltu mal-ilma inklużi oġġetti tal-ikel u likwidi b’viskożità għolja. Prodotti taż-żejt skur bħaż-żejt għat-tisħin u żejt skur għal-lubrikazzjoni.
It-tindif u l-manutenzjoni: Aħsel bl-ilma, iftaħ it-tapp u nixxef f’temperatura ta’ 60 °C.

Aħsel bil-gażolina, imbagħad bl-ilma, iftaħ it-tapp u nixxef f’temperatura ta’ 60 °C.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni