Il-kodiċi tal-istrument: E02-01
L-isem: Għodda għat-teħid ta’ kampjuni f’għamla ta’ trapan żgħir
Is-sinonimi: Għodda konika għat-teħid ta’ kampjuni, Għodda għat-teħid ta’ kampjuni tubulari, QualiRod, tester (trier)
Id-deskrizzjoni: Trapan manwali koniku jew tubulari bi truf li jaqtgħu ħafna u manku solidu, fond ta’ tħaffir 13 cm, tul totali 175 mm, magħmul mill-istainless steel, konformi mal-EN ISO 707.
L-istampa:
L-applikazzjoni: Teħid ta’ kampjuni minn materjali rotob u semisolidi.
Kif taħdem: Daħħal l-għodda għat-teħid tal-kampjuni b’mod angolat. Oqgħod attent li t-trapan ma jmissx il-qiegħ. Agħmel nofs dawra bit-trapan u iġbdu ’l barra mill-kampjun. Neħħi l-parti ta’ fuq ta’ madwar 2.5 cm ta’ materjal li jkun ser jintuża bħala kampjun.
L-eżempji tipiċi: Ġobon, butir, rikotta, żjut issolidifikati, tafal, sapun, xemgħat, eċċ.
It-tindif u l-manutenzjoni: Neħħi l-bqija tal-kampjun b’attenzjoni, aħsel bl-ilma jaħraq u bis-sapun, laħlaħ bl-ilma u nixxef f’temperatura sa 100 °C.

Tista’ tkun sterilizzata.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni