| Għodda għat-teħid ta’ kampjuni ta’ silġ, taqqab tas-silġ (ice borer) |
| Din l-għodda tikkonsisti f’żewġ partijiet: taqqab u l-estremità tat-taqqab (ċilindru għat-teħid tal-kampjuni). Iċ-ċilindru jista’ jinqala’. Qisien normali: tul minn 30 sa 50 cm, kapaċità 50 ml. Tista’ tkun mgħammra b’virga ta’ estensjoni |
 |
| It-teħid ta’ kampjuni minn materjal iffriżat u surġelat u sustanzi semisolidi. |
| Din l-għodda taħdem fuq il-prinċipju ta’ vit: l-apparat jinvita ruħu fil-materjal li tiegħu jkun ser jittieħed kampjun u fl-istess waqt jiġbed u jitfa’ l-kampjun fiċ-ċilindru pprovdut. |
| Oġġetti surġelati bħal laħam jew konċentrati tal-meraq tal-frott. |
L-għodda li tieħu kampjuni mis-silġ hija llustrata bl-elettroliti u m’għandhiex kanali għal tindif perfett u faċli.
Neħħi l-bqija tal-kampjun b’attenzjoni, aħsel bl-ilma jaħraq u bis-sapun, laħlaħ bl-ilma u nixxef f’temperatura sa 100 °C.
Tista’ tkun sterilizzata. |