Il-kodiċi tal-istrument: D01-01
L-isem: Separatur tal-kampjuni
Is-sinonimi: Għodda li tifred il-kampjuni
Id-deskrizzjoni: Magna li tqabbeż il-kampjun b’mod li jaqa’ f’sensiela ta’ dliewi alternati li jisseparaw il-kampjun f’żewġ porzjonijiet indaqs ġo dixxijiet jew kaxex imqiegħda taħtha.
L-istampa:
L-applikazzjoni: Meta jkunu ttieħdu għadd ta’ kampjuni inkrementali u jkun inħoloq kampjun aggregat, jista’ jintuża s-separatur tal-kampjuni sabiex jitnaqqas id-daqs totali tal-kampjun. Pereżempju, 10 kilogrammi ta’ qamħ jistgħu jitnaqqsu għal żewġ porzjonijiet indaqs ta’ 5 kilogrammi. Jekk jintuża aktar minn darba d-daqs tal-kampjun ikompli jiċċekken sakemm wieħed ikollu l-kwantità xierqa għall-kampjuni finali.

Din il-kwantità tista’ tinqasam f’żewġ porzjonijiet indaqs u rappreżentattivi sabiex wieħed joħloq il-kampjun finali kif ukoll il-kampjun iddupplikat jew ta’ riserva.
Kif taħdem: Il-qiegħ tal-magna huwa maqsum f’numru ta’ dliewi rqaq li b’mod alternat iħarsu lejn il-lemin u lejn ix-xellug. Meta kampjun ta’ trab jew ta’ frak jitferra’ fil-magna dan jgħaddi mid-dliewi, u jaqa’ b’ammont ugwali fid-dixxijiet li jkunu taħt biex b’hekk joħolqu żewġ porzjonijiet identiċi.
L-eżempji tipiċi: Qamħ, ross, zokkor, żrieragħ, jew żibeġ tal-plastik għall-ipproċessar ulterjuri.
It-tindif u l-manutenzjoni: Neħħi d-dixxijiet u imsaħhom b’ċarruta nadifa. Jekk jibqa’ xi trab fl-apparat jista’ jkollok taħslu bl-ilma jaħraq u bis-sapun. Nixxfu sew qabel terġa’ tużah. Ikun aħjar jekk tuża separaturi separati għall-ikel u għall-kimiċi.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni