1. X’inhu torċ tas-sigurtà?

Torċ tas-sigurtà huwa bozza żgħira li taħdem bil-batteriji li hija ddisinjata apposta biex tkun ‘intrinsikament sigura’. Dan ifisser li ma tistax, anki jekk ikollha ħsara, tikkawża xrara elettrika suffiċjenti sabiex tikkawża splużjoni f’atmosfera li tista’ taqbad.

Biex jinkiseb dan, it-torċis tas-sigurtà normalment ikunu miksija bil-plastik, bl-ebda parti tal-metall ma tkun esposta. Huma jkollhom lenti tal-plastik, li prattikament ma tinkisirx u huma mfassla b’mod li ċ-ċirkwit elettriku jaqta’ qabel ma tinqala’ l-parti ta’ fuq tat-torċ (eż. biex tibdel il-batteriji).

Ftakar:
  1. Il-biċċa l-kbira tat-torċis tal-lastiku jew tal-plastik li tixtri mill-ħwienet ma jkunux torċis tas-sigurtà. M’għandhomx jintużaw f’atmosferi li jistgħu jaqbdu jew jisplodu.
  2. Il-funzjoni tat-torċ fuq mowbajl mhijiex aċċettabbli — il-mowbajls m’għandhomx jintużaw f’żona fejn huwa meħtieġ torċ intrinsikament sigur.

It-torċijiet kollha għall-użu f’żoni li jistgħu jaqbdu jew jisplodu huma ‘ torċis tas-sigurtà’ u jikkonformaw kemm mal-istandards nazzjonali kif ukoll man-norma Ewropea għall-apparat elettriku intrinsikament sigur.



2. Kif nużah?

It-torċis tas-sigurtà jingħataw lill-persunal kollu li jaħdem f’postijiet fejn ikun hemm riskju ta’ nar jew splużjoni.

Qabel ma ddaħħal torċ f’żona potenzjalment perikoluża, kun żgur li:
M’għandek qatt tipprova tħoll torċ sabiex tibdel il-batteriji jew il-bozza waqt li tkun f’żona ta’ periklu. Jekk issib xi ħsara, ħalli ż-żona qabel tipprova ssewiha, jew ibdlu ma’ wieħed li jaħdem.



3. Kif nieħu ħsiebu?

Żomm kull torċ tas-sigurtà nadif u erfgħu f’post frisk u xott meta ma tkunx qed tużah. Aqla’ l-batteriji li jkunu nħlew malajr kemm jista’ jkun sabiex ma jkunx hemm likiġ u l-possibbiltà ta’ ħsara fl-apparat.

Aqla’ l-batteriji minn ġot-torċ meta ma jkunx qed jintuża u erfagħhom f’post frisk u xott. M’għandekx tistokkja batteriji żejda għal aktar minn xahrejn fi kwalunkwe ħin, sabiex iżżommhom ‘friski’.



Il-gwida li tinsab f’din it-taqsima hija maħsuba sabiex infakkru b’mod ġenerali r-riskji li xi drabi wieħed jiltaqa’ magħhom waqt il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u teħid ta’ kampjuni u t-tagħmir ta’ sigurtà li għandek tuża u l-prekawzjonijiet li għandek tieħu.
Għal aktar tagħrif għandek tirreferi għal-leġiżlazzjoni u l-gwida tal-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 15.07.2020 Update - small text modification