1. Għal xiex jintuża?

Bħala parti mid-dmirijiet tiegħek, jista’ jkun li jkollok taħdem f’żoni fejn tista’ tkun espost għal trabijiet perikolużi, dħaħen jew gassijiet, jew fejn aktarx li jkun hemm nuqqas ta’ ossiġnu (jew it-tnejn). L-aktar post fejn dan jista’ jseħħ huwa waqt it-tiftix fil-vapuri.

Jekk ma tistax tevita dawn iż-żoni (eż. billi tuża metodi ta’ ħidma differenti), għandek tilbes tagħmir tan-nifs protettiv.

Hemm ħafna tipi differenti disponibbli, minn sempliċi maskri ta’ kontra t-trab għal apparat ikkumplikat tan-nifs. Din it-taqsima tittratta dwar dawk ir-respiraturi maħsuba sabiex jipproteġu kontra trab dannuż. L-apparat tan-nifs maħsub sabiex jipproteġi kontra d-dħaħen tossiċi jew in-nuqqas ta’ ossiġnu huwa diskuss fit-taqsima li jmiss.



2. Kif niddeċiedi liema tagħmir protettiv tan-nifs għandi nirrakkomanda?

Għandek tassigura li t-tagħmir protettiv tan-nifs ikun adattat għall-perikli fiż-żona fejn qiegħed taħdem. Imbagħad tkun tista’ tiddeċiedi t-tipi ta’ tagħmir li għandek tuża (ara t-taqsima li jmiss). Biex tiskopri jekk it-tagħmir huwiex adattat, għandek tistaqsi:
Tista’ tieħu parir mingħand l-esperti. It-taqsima dwar is-sustanzi perikolużi tagħti pariri dwar l-eżami ta’ sustanzi bħal dawn.



3. X’tipi huma disponibbli?

Ir-respiraturi użati f’bosta amministrazzjonijiet jippurifikaw l-arja billi jiġbduha minn ġo filtru li jneħħi s-sustanza(i) perikolużi. Hemm tipi varji ta’ filtri disponibbli, skont il-perikli li aktarx ser tiltaqa’ magħhom.

Huwa essenzjali li tagħżel il-filtru adattat. Jekk tuża t-tip ħażin jista’ jkun ta’ periklu kbir għaliex ma jipproteġikx.



4. X’inhuma l-limitazzjonijiet tiegħu?

Ir-respiraturi ma jipprovdu l-ebda protezzjoni kontra l-gassijiet tossiċi, u huma mfassla primarjament sabiex jpproteġuk kontra trabijiet li jagħmlu ħsara jew trabijiet inkonvenjenti. Dawn tajbin biss daqs kemm idum tajjeb il-materjal tal-filtru — jekk ikun nieqes, imqatta’ jew mikul ir-respiratur ma jipproteġikx.


Il-filtri fir-respiraturi eventwalment jinstaddu bit-trab u mbagħad in-nifs isir aktar diffiċli. Ibdel il-filtri (barra l-atmosfera kkontaminata) kif irrakkomandat mill-manifattur.

Tinsiex: ċerti respiraturi bil-filtri tal-kartriġ ukoll għandhom perjodu ta’ ‘użu massimu’ rakkomandat. Kun żgur li tkun taf kemm huwa dan il-perjodu u segwih.



5. Fejn għandek tilbes il-protezzjoni respiratorja?

Għandek tilbes ir-respiraturi kull meta taħdem f’atmosferi tat-trab. Il-maniġers għandhom jiddeċiedu jekk humiex meħtieġa r-respiraturi wara l-valutazzjonijiet tagħhom tar-riskju dwar is-saħħa u s-sigurtà.



6. Kif nużah?

Huwa importanti li tkun taf kif tuża l-forom kollha ta’ protezzjoni respiratorja. Il-maniġer tiegħek għandu jagħtik taħriġ li jkopri:
L-iffittjar tal-maskra huwa partikolarment importanti. Din għandha tkun mitbuqa. Għal din ir-raġuni, ir-respiraturi li jgħattu l-wiċċ kollu mhumiex adattati għall-uffiċjali li jkollhom id-daqna jew in-nuċċali.

Ittestja l-qagħda tal-maskra qabel tużaha, kif ġej:

Tinsiex: it-trab tal-asbestos jista’ joqtol. Għandek tevita kuntatt mill-qrib u fit-tul miegħu, anki jekk tkun liebes respiratur.



7. Kif nieħu ħsiebu?

Il-ħażna: Għandek terfa’ r-respiratur fil-kaxxa li ġġorru fiha, kaxxa nadifa tal-metall jew borża tal-politin nadifa.

L-ispezzjonijiet: Għandek tispezzjona r-respiraturi kollha qabel tużahom, kif ġej:

Il-maskraIċċekkjaha għal xquq, toqob jew ħsara oħra
Iċ-ċingaIċċekja li l-ħjata mhix miftuqa
Il-valvoliIċċekkjahom għal xi ħsara u assigura li jiċċaqalqu mingħajr xkiel u li l-partijiet immuntati huma sodi
Il-filtriIċċekkja li ma fihomx ħsara u li huma mqabbdin tajjeb u li huma t-tip tajjeb għall-materjali li ser tiltaqa’ magħhom
Komponenti oħrajnIċċekkja li huma mwaħħla tajjeb u li ma fihomx ħsara


It-tibdil ta’ filtri: Ibdel il-filtri skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur jew qabel jekk issib li ma tistax tieħu nifs sew meta tuża r-respiratur. Il-kartriġis tal-filtri żejda għandhom jinżammu f’post frisk u għad-dlam f’temperatura ambjentali. Il-filtri mhux użati jibqgħu tajbin sa erba’ snin.

It-tindif: Ir-respiratur għandu jinżamm nadif u ddiżinfettat u għandu jkun spezzjonat bir-reqqa wara kull użu. Taħsilx il-filtru — għandek iżżarma t-tagħmir u taħsel il-bqija bis-sapun u l-ilma (mhux deterġenti jew solventi). Naddaf u ċċekkja l-valv ta’ esalazzjoni u ddiżinfetta l-maskra kollha bi fluwidu ħafif li jintuża fid-dar. Tibdilx il-filtru qabel ma l-maskra tkun nixfet għalkollox — iżda żommu ’l bogħod mid-dawl tax-xemx dirett.

Il-manutenzjoni u t-tiswijiet: Il-manutenzjoni u t-tiswijiet għandhom isiru biss minn persuni tal-esperjenza, normalment il-manifattur. Tippruvax tagħmel anki l-iċken tiswija, ħlief biex tibdel il-filtru.



Il-gwida li tinsab f’din it-taqsima hija maħsuba sabiex infakkru b’mod ġenerali r-riskji li xi drabi wieħed jiltaqa’ magħhom waqt il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u teħid ta’ kampjuni u t-tagħmir ta’ sigurtà li għandek tuża u l-prekawzjonijiet li għandek tieħu.
Għal aktar tagħrif għandek tirreferi għal-leġiżlazzjoni u l-gwida tal-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni