1. Il-Prinċipji Ġenerali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà
Hemm ħafna perikli ġeneriċi li jistgħu jinqalgħu waqt il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u ta’ teħid ta’ kampjuni. Hemm ukoll perikli speċifiċi rilevanti għal ċerti oġġetti.
Għandek tieħu approċċ proattiv sabiex tħares is-sigurtà tiegħek stess u dik ta’ persuni oħrajn li jkunu qegħdin jaħdmu miegħek jew li inti responsabbli għalihom.
Għandek tara wkoll li ma tesponix lil persuni oħrajn għal riskji akbar kemm permezz tal-kontaminazzjoni tal-oġġetti jew, b’riżultat tal-azzjoni tiegħek stess, billi tħalli l-oġġetti fi stat perikoluż.
2. Il-Proċeduri tas-Saħħa u s-Sigurtà
Il-prattiċi tajbin tas-saħħa u tas-sigurtà huma r-responsabbiltà ta’ kulħadd. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiddetta kif jiġu implimentati l-politiki tiegħek tas-saħħa u tas-sigurtà. Madankollu, bħala gwida, kull sistema għandha tinkludi:
- politika ddikjarata dwar ir-responsabbiltà individwali u korporattiva għas-sigurtà;
- sett ta’ valutazzjonijiet tar-riskji għall-postijiet u x-xogħol li jkun qed isir, li jidentifikaw il-perikli u l-kontromiżuri;
- gwidi ta’ prattika ta’ xogħol mingħajr periklu li jagħtu rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar proċeduri ta’ sigurtà għat-tlestija tax-xogħol;
- proċedura ta’ rappurtar ta’ inċidenti li tippermetti li t-tagħlim u r-reazzjonijiet li jirriżultaw minnhom jiddaħħlu fil-valutazzjonijiet tar-riskju u fil-gwidi ta’ prattika ta’ xogħol mingħajr periklu;
- reviżjonijiet regolari li jiżguraw li l-valutazzjonijiet tar-riskju u l-gwidi ta’ prattika ta’ xogħol mingħajr periklu jinżammu aġġornati (mill-inqas darba fis-sena — jew wara xi bidla li taffettwa s-saħħa u s-sigurtà).
Meta wieħed ikun qed jaħdem f’ambjenti perikolużi hija prattika tajba li x-xogħol isir f’timijiet ta’ mill-inqas żewġ persuni. Tista’ tħaddem ukoll sistema ta’ ‘sieħeb’ fejn żewġ uffiċjali jkunu responsabbli għas-sigurtà ta’ xulxin. Taħriġ bażiku fl-ewwel għajnuna mogħti lill-persunal kollu jippermettilhom jagħtu għajnuna f’waqtha lil xi kollega f’diffikultà.
2.1 Il-Valutazzjonijiet tar-Riskju
Il-valutazzjonijiet tar-riskju jistgħu jkopru kemm post kif ukoll proċedura. Dawn għandhom ikopru l-perikli kollha possibbli u l-kontromiżuri. Għandek tagħmel valutazzjonijiet tar-riskju għal kull post fejn isir it-teħid tal-kampjuni. Ikunu meħtieġa valutazzjonijiet oħrajn tar-riskju għal ċerti tipi ta’ oġġetti li joħolqu periklu speċifiku (eż. qamħ f’massa — sensitizzatur respiratorju).
Il-valutazzjoni tar-riskju hija proċess għall-ġestjoni u l-kontroll tas-saħħa u s-sigurtà permezz ta’:
- l-identifikazzjoni tal-periklu;
- il-valutazzjoni tar-riskju;
- l-introduzzjoni ta’ miżuri preventivi u protettivi sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat ir-riskju;
- ir-reviżjoni tal-miżuri ta’ kontroll sabiex tiżgura li jkunu għadhom adattati.
Kopji tal-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom ikunu disponibbli għal kull min jidħol jew jaħdem fiż-żona u għandhom ikunu riveduti kull sena jew meta sseħħ xi bidla li taffettwa l-post jew il-proċedura.
Jistgħu jintużaw valutazzjonijiet tar-riskju ġeneriċi bħala bażi għall-valutazzjonijiet tar-riskju lokali. Eżempju ta’ valutazzjoni tar-riskju huwa mogħti fl-
Appendiċi A. L-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek tista’ tuża formoli jew proċeduri differenti iżda l-prinċipju għandu jibqa’ l-istess. Gwida addizzjonali dwar il-valutazzjoni tar-riskju tista’ tinstab fuq:
http://osha.europa.eu/en/topics/riskassessment/guidance.pdf
2.2 Ir-rimi ta’ skart jew oġġetti mħassra ġġenerati waqt il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni
Bosta proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni jipproduċu oġġetti jew materjal li jitħassru jew li ma jintużawx bħala parti mill-kampjun, iżda li ma jkunux jistgħu jiġu rritornati mal-merkanzija. Kull każ għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:
- Is-saħħa u s-sigurtà — tixrid jew porzjonijiet mhux użati ta’ żjut, spirti u kimiċi perikolużi meħuda mill-kunsinna għandhom jintremew b’mod sigur, waqt li wieħed iżomm f’moħħu kwalunkwe informazzjoni fuq l-SDS;
- L-iġjene fl-ikel — porzjonijiet mhux użati ta’ kampjuni tal-ikel għandhom jintremew b’mod li ma jidħlux fil-katina tal-ikel u lanqas ma jikkontaminaw id-drenaġġ jew il-provvisti tal-ilma. Ikel mormi bħal dan għandu jiġi protett minn annimali gerriema jew annimali oħrajn li jieklu l-karonja;
- Il-linji gwida nazzjonali u l-proċeduri lokali (fil-bini tan-negozjant) li jagħtu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tixrid u l-iskart.
2.3 Il-Gwidi ta’ Prattika ta’ Xogħol mingħajr periklu
Għandek tiftiehem dwar il-prattiki standard ta’ xogħol mingħajr periklu mal-maniġers u/jew ma’ esperti tas-saħħa u s-sigurtà għal postijiet u proċeduri partikolari. Dawn għandhom jinkludu x-xogħol fi jew fuq:
- friżers;
- is-saqaf ta’ bawżers tat-triq/ferrovjarji jew kontejners oħrajn tal-massa;
- l-immaniġġjar ta’ qamħ f’massa;
- il-bini tan-negozjanti (jiġifieri postijiet li wieħed ma jkunx familjari magħhom);
- żoni fejn ikunu qegħdin jitħaddmu krejnijiet u trakkijiet bil-fork-lift;
- terminals tal-kontejners;
- terminals ta’ tagħbija/ta’ ħatt;
- terminals ferrovjarji.
Din il-lista mhijiex eżawrjenti.
Il-prattiki ta’ xogħol mingħajr periklu jistgħu jkopru aspetti bħal:
- it-tagħmir personali protettiv li għandu jintuża;
- in-notifika tal-operatur;
- l-iżgurar li dejjem hemm kollega jew operatur preżenti sabiex jiżgura s-sigurtà tiegħek;
- il-proċeduri għall-aċċess għall-post;
- it-tagħmir għat-teħid tal-kampjuni;
- il-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni.
Din il-lista mhijiex eżawrjenti.
Eżempju ta’ gwida ta’ prattika ta’ xogħol mingħajr periklu huwa mogħti fl-
Appendiċi B. L-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek tista’ tuża formoli jew proċeduri differenti iżda l-prinċipju għandu jibqa’ l-istess.
3. Is-Sinjali ta’ Sigurtà u ta’ Twissija
Is-sinjali u t-tikketti huma pprovduti sabiex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tiegħek u dik tan-nies li jaħdmu miegħek u madwarek. Għandek tosserva s-sinjali f’kull ħin u tieħu kwalunkwe prekawzjoni.
Id-Direttivi Ewropej ġew adottati sabiex jistandardizzaw is-sinjali ta’ sigurtà u ta’ twissija. Madankollu, is-sinjali eżistenti jistgħu ma jaqblux mad-disinni l-ġodda. Jekk ma tifhimx eżatt xi jfisser sinjal għandek dejjem tfittex il-parir tal-persuna responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà fil-post tiegħek, kemm jekk huwa port, moll, maħżen kif ukoll abbord bastiment jew ajruplan.
In-Nazzjonijiet Uniti introduċew sistema internazzjonali ta’ identifikazzjoni għall-materjal perikoluż u din tigi użata globalment.
Għaldaqstant din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn it-tipi ta’ sinjali użati u lejn it-tifsira ġenerali tagħhom.
3.1 Is-Sinjali ta’ Projbizzjoni
Sinjal ta’ projbizzjoni jfisser li l-azzjoni jew l-attività indikata hija pprojbita. Għandek tobdi dawn is-sinjali f’kull ħin. Xi wħud juru biss simbolu, oħrajn ikollhom kitba ta’ spjegazzjoni taħthom.
 |
 |
 |
| Tpejjipx |
Ilma mhux tajjeb għax-xorb |
L-ebda aċċess pedonali |
Jekk tonqos li tobdi dawn is-sinjali tista’ tqiegħed lilek innifsek u lill-oħrajn f’riskju ta’ korriment jew mewt.
3.2 Is-Sinjali ta’ Twissija
Is-sinjali ta’ twissija huma maħsuba sabiex javżawk dwar il-possibbiltà ta’ xi periklu. Il-periklu jista’ jkun intermittenti jew permanenti. Is-sinjal ikun qiegħed hemm sabiex ifakkrek dwar il-possibbiltà tal-periklu.
 |
 |
 |
| Twissija Ġenerali |
Kawstiku jew aċiduż |
Kesħa estrema |
Għandek tikkunsidra l-periklu u tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa. L-ewwel sinjal ta’ hawn fuq jagħti twissija ġenerali — wieħed jista’ jżid xi kliem li jispjega periklu li ma jkunx kopert mis-simboli rikonoxxuti jew li jwissi dwar xi firxa ta’ perikli.
3.3 Is-Sinjali Obbligatorji
Is-sinjali obbligatorji jindikaw miżura ta’ sigurtà speċifika li għandek tieħu qabel tidħol fiż-żona indikata jew tkompli bix-xogħol tiegħek. Jekk tonqos li tosserva dawn is-sinjali tista’ tqiegħed lilek innifsek f’riskju ta’ korriment immedjat u/jew problemi tas-saħħa fit-tul.
Jekk it-tagħmir xieraq ma jkunx disponibbli m’għandekx tkompli x-xogħol.
 |
 |
 |
 |
| protezzjoni tal-għajnejn |
Protezzjoni għar-ras |
Protezzjoni tal-widnejn |
High Visibility Clothing |
Bħal fil-każ ta’ sinjali oħrajn, jista’ jkun jew ma jkunx hemm spjegazzjoni taħt (
eżempji oħra huma murija hawnhekk).
3.4 Is-Sinjali ta’ Sigurtà
3.5 It-Tikkettar ta’ Oġġetti Perikolużi għat-Trasport
Peress li l-oġġetti jiġu ttrasportati madwar id-dinja kollha, is-sinjali u t-tikketti użati fuq il-kimiċi u l-oġġetti perikolużi meta jkunu ttrasportati ġew miftiehma fin-Nazzjonijiet Uniti taħt is-Sistema Armonizzata Globalment ta’ Klassifikazzjoni u Tikkettar tas-Sustanzi Kimiċi (GHS). Ir-
Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet (CLP) għamel il-leġiżlazzjoni Ewropea konformi ma’ dawn ir-regoli u jikkontribwixxi għall-għan tal-GHS li l-istess perikli għandhom ikunu deskritti u tikkettati bl-istess mod fid-dinja kollha. Ir-Regolament dwar is-CLP juża kriterji ta’ klassifikazzjoni u metodi ta’ tikkettar miftiehma internazzjonalment u ser jikkumplimenta r-Regolament REACH rigward ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (
Regolament (KE) Nru 1907/2006).
Flimkien mal-pakkett ta’ kompromess għar-Regolament dwar is-CLP, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw żewġ atti relatati li jkomplu jadattaw il-leġiżlazzjoni tal-UE mar-regoli l-ġodda dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar: id-Direttiva
2008/112/KE u r-
Regolament (KE) Nru 1336/2008.
Nota: A global set of signs and symbols has been introduced (
ikklikja hawnhekk għall-aktar eżempji).
Aktar eżempji ta’ sinjali tal-GHS jistgħu jinstabu fuq:
http://www.unece.org/trans/danger/publi/ghs/pictograms.html
Id-dettalji kollha dwar il-GHS jistgħu jinstabu fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) fl-indirizz:
http://www.unece.org/trans/danger/danger.html.
Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jista’ jinstab fuq is-sit elettroniku tal-Europa fl-indirizz:
https://echa.europa.eu/-/updated-interactive-guide-on-safety-data-sheets-and-exposure-scenarios-available.
It-tikketti jistgħu jkunu jinkludu wkoll ittra kodiċi li tindika t-tip ta’ periklu speċifiku.
| E | Splussiv |
| O | Ossidanti |
| F+ | Jaqbad malajr ħafna |
| F | Jaqbad malajr |
| R10 | Jaqbad |
| T+ | Tossiku ħafna |
| T | Tossiku |
| Xn | Dannuż |
| C | Korrożiv |
| Xi | Irritant |
| R42 u/jew R43 | Sensitizzant |
| CarcCat(1) | Karċinoġeniku |
| MutaCat(1) | Mutaġeniku |
| ReprCat(1) | Tossiku għar-riproduzzjoni |
| N u/jew R52, R53 u R59 | Ta’ ħsara għall-ambjent |
3.6 ADR
L-ADR (
Accord européen relatif au transport international des marchandises Dangereuses par Route) huwa ftehim Ewropew li jirrigwarda t-trasport internazzjonali ta’ merkanzija perikoluża bit-triq li kien konkluż taħt il-
Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.. Dan imur lura għall-1957, iżda jiġi aġġornat b’mod regolari. Il-verżjoni attwali ġiet miftiehma fl-2019 (
ECE/TRANS/215, Vol. I u II).
Il-ftehim jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-oġġetti perikolużi jistgħu jiġu ttrasportati.
- L-Anness A jirregola l-merkanzija involuta, b’mod partikolari l-ippakkjar u t-tikketti tagħha.
- L-Anness B jirregola l-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-użu ta’ vetturi għat-trasport ta’ materjali perikolużi.
L-oġġetti ttrasportati bit-triq huma maqsuma fi klassijiet ta’ perikli:
- Klassi 1: Sustanzi splussivi u artikoli li jkun fihom splussivi;
- Klassi 2: Gassijiet;
- Klassi 2.1: Gass li jaqbad (eż. butane u propane acetylene);
- Klassi 2.2: Gass li ma jaqbadx u gass mhux tossiku li aktarx jikkawża l-asfissija (fgar) (eż. nitroġenu u CO2) jew ossidanti (eż. ossiġnu);
- Klassi 2.3: Gassijiet tossiċi (eż. klorin u fosġenu);
- Klassi 3: Likwidi li jaqbdu;
- Klassi 4.1: Solidi li jaqbdu, sustanzi awtoreattivi u splussivi solidi disensitizzati;
- Klassi 4.2: Sustanzi li jistgħu jaqbu b’mod spontanju;
- Klassi 4.3: Sustanzi li, f’kuntatt mal-ilma, jarmu gassijiet li jaqbdu;
- Klassi 5.1: Sustanzi ossidanti;
- Klassi 5.2: Perossidi organiċi;
- Klassi 6.1: Sustanzi tossiċi;
- Klassi 6.2: Sustanzi infettivi;
- Klassi 7: Materjal radjoattiv;
- Klassi 8: Sustanzi korrużivi;
- Klassi 9: Sustanzi u oġġetti perikolużi mixxellanji.
Kull entrata fil-klassijiet differenti ġiet mogħtija Numru tal-NU b’erba’ ċifri. Normalment ma jkunx possibbli li wieħed jifhem il-klassi(jiet) ta’ periklu ta’ sustanza min-numru tal-NU tagħha: ikollok tfittixhom f’tabella. L-eċċezzjonijiet għal dan huma s-sustanzi fil-Klassi 1, li n-numru tal-NU tagħhom dejjem jibda b’0.
Nota: minbarra l-ADR, hemm ftehimiet simili dwar it-trasport ta’ oġġetti bil-ferrovija u l-kanali interni:
- l-RID (ir-Regolamenti li jirrigwardaw it-Trasport Internazzjonali ta’ Merkanzija Perikoluża bil-Ferrovija) ippubblikati bħala Appendiċi Ċ għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) konkluża f’Vilnius fit-3 ta’ Ġunju 1999, kif emendata l-aħħar and last amended in 2019;
- l-ADN (il-Ftehim Ewropew rigward it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq l-Ilmijiet Interni) konkluż f’Ġinevra fis-26 ta’ Mejju 2000, kif emendat l-aħħar, and last amended in 2013.
Id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 2008/68 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi applikat ir-regoli tal-ADR, l-RID u l-ADN għall-movimenti interni kif ukoll għat-trasport internazzjonali.
TWISSIJA: Dawn il-klassijiet ta’ periklu taħt l-ADR ma jaqblux direttament mal-kategoriji ta’ periklu taħt il-GHS. Bħala regola, il-klassi jew kategorija tagħti biss indikazzjoni tat-tip ta’ periklu. Inti għandek tiċċekkja l-frażijiet H u P għal aktar informazzjoni ddettaljata dwar in-natura eżatta tal-periklu u dwar il-prekawzjonijiet li jkollok tieħu.
3.7 Skeda tad-data dwar is-Sikurezza (SDS)
Kwalunkwe oġġett tikkettat bħal li jinsab f’waħda mill-klassijiet deskritti hawn fuq għandu jkun akkumpanjat minn skeda tad-data dwar is-sikurezza (SDS). L-SDS tipprovdi informazzjoni ddettaljata dwar is-sikurezza tal-prodott inklużi:
- l-identifikazzjoni tas-sustanza;
- il-kompożizzjoni/id-dejta dwar il-komposti;
- l-identifikazzjoni tal-perikli;
- miżuri tal-ewwel għajnuna;
- miżuri ta’ tifi tan-nar;
- miżuri f’każ ta’ ħruġ aċċidentali;
- l-immaniġġjar u l-ħażna;
- il-prekawzjonijiet kontra l-espożizzjoni u l-protezzjoni personali;
- il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi;
- l-istabilità u r-reattività;
- informazzjoni tossikoloġika;
- informazzjoni ekoloġika;
- kunsiderazzjonijiet ta’ rimi;
- informazzjoni dwar it-trasport;
- ir-regolamenti;
- informazzjoni oħra.
Ikklikkja
hawnhekk sabiex tara eżempju ta’ skeda tad-dejta dwar is-sigurtà.
Kull skeda tad-Dejta dwar is-Sigurtà tal-Materjal jirreferi għall-frazijiet standard ta’ twissija. Dawn huma sett ta’ frażijiet għall-ħarsien u prevenzjoni mill-periklu (H u P) li ġew tradotti għall-lingwi kollha. Dan ifisser li jekk dan il kodiċi għall din il-frazi tkun murija, tkun tista tiġi miftiehma globalment. Lista kompluta tal-frażijiet
H u P tista tinstab hawnhekk.
Il-frażijiet H u P qegħdin jiġu introdotti taħt is-Sistema Armonizzata Globalment (GHS) promossa mill-UNECE u taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
It-twissijiet, ir-restrizzjonijiet u l-miżuri ta’ prevenzjoni indikati fuq l-SDS għandhom ikunu segwiti f’kull ħin.
Jekk ma tkunx tista’ tistabbilixxi b’ċertezza assoluta li l-oġġetti mhumiex perikolużi u ma jkollokx SDS jew informazzjoni komparabbli jew jekk ikun hemm dubji dwar in-natura kimika tal-oġġetti, trid titlob opinjoni esperta.
Ara l-Kapitolu It-teħid ta’ kampjuni minn oġġetti perikolużi.
Tista’ tingħata wkoll kard internazzjonali dwar is-sigurtà kimika (ICSC). Din fiha informazzjoni simili għal dik tal-SDS. Jekk ma jkunx hemm SDS disponibbli, l-ICSC tista’ tkun alternattiva ta’ sigurtà aċċettabbli. Madankollu, inti għandek dejjem titlob l-SDS. Ikklikkja
hawnhekk sabiex tara eżempju ta’ ICSC.