1. Għal xiex jintuża?

Ħoss jista’ jkun irritanti. Jekk ikun kbir jew idum sejjer għal ħin twil jista’ wkoll jikkawża danni temporanji jew permanenti fis-smigħ. L-aħjar mod kif tnaqqas ir-riskju ta’ ħsara fis-smigħ tiegħek huwa billi telimina jew tnaqqas il-livell tal-istorbju mis-sors tiegħu.

Peress li dan mhux dejjem ikun possibbli, jeżistu diversi tipi ta’ tagħmir ta’ protezzjoni tas-smigħ. Dawn huma mfassla sabiex inaqqsu l-ammont ta’ ħoss għal livell li ma jagħmilx ħsara lis-smigħ.



2. X’tipi hemm disponibbli?



3. X’inhuma l-limitazzjonijiet tiegħu?



4. Fejn għandu jintlibes it-tagħmir ta’ protezzjoni tas-smigħ?

It-tagħmir ta’ protezzjoni tas-smigħ għandu jintlibes kull fejn aktarx li tiltaqa’ ma’ ħsejjes qawwija waqt li tkun qed taħdem. L-aktar żona ovvja hija fuq it-tarmak tal-ajruport, fejn anki espożizzjoni qasira għall-ħoss ta’ magna ta’ ajruplan tista’ twassal għal ħsara fit-tul jew irreversibbli fis-smigħ. Esponiment għal tul ta’ żmien twil għal livelli moderati ta’ storbju jista’ wkoll jikkawża ħsara permanenti.

Skont il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà, ċerti żoni jkunu kklassifikati bħala ‘żoni li jeħtieġu tagħmir ta’ protezzjoni tal-widnejn’. Is-sinjal muri hawnhekk jitqiegħed kull fejn il-protezzjoni tas-smigħ hija obbligatorja.



5. Kif nieħu ħsiebu?



Il-gwida li tinsab f’din it-taqsima hija maħsuba sabiex infakkru b’mod ġenerali r-riskji li xi drabi wieħed jiltaqa’ magħhom waqt il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u teħid ta’ kampjuni u t-tagħmir ta’ sigurtà li għandek tuża u l-prekawzjonijiet li għandek tieħu.
Għal aktar tagħrif għandek tirreferi għal-leġiżlazzjoni u l-gwida tal-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 15.07.2020 Update - modifications in text