1. Għal xiex jintuża?
It-tagħmir ta’ protezzjoni tar-ras huwa maħsub sabiex jipproteġik jekk ikun hemm riskju li tista’ tintlaqat minn oġġetti mill-għoli u/jew li taħbat rasek ma’ xi oġġett fiss (eż. fejn ma jkunx hemm biżżejjed spazju).
2. X’tipi hemm disponibbli?
Ġeneralment hemm żewġ tipi ta’ tagħmir ta’ protezzjoni tar-ras disponibbli:
- L-elmi tas-sigurtà — li għandhom ikunu konformi mal-istandards nazzjonali jew normi Ewropej ekwivalenti u għandhom ikunu mmarkati bħala tali fuq in-naħa ta’ ġewwa. Dawn jassorbu d-daqqa billi tinkiser, jew issir ħsara, f’parti mill-qafas u x-xedd jew l-ikkuttunar protettiv ta’ ġewwa. Jekk ikun meħtieġ, dawn jistgħu jkunu mgħammra wkoll bi protezzjoni għall-widnejn u/jew nuċċalijiet; u
- Brieret iebsin (bump caps) — forma ta’ beritta tal-plastik imfassla sabiex tidħol ġo beritta uniformi jew beritta ikkuttunata. These are more comfortable to wear than safety helmets but are designed only for low-impact hits. They do not provide the same level of protection as safety helmets and must not be worn instead of safety helmets in hard hat zones.
F’din it-taqsima, kull referenza għal tagħmir ta’ protezzjoni tar-ras tapplika kemm għall-elmi tas-sigurtà kif ukoll għall-brieret iebsin. Kif ser tara, hemm ċerti regoli li japplikaw speċifikament għall-elmi tas-sigurtà biss. Dettalji sħaħ huma mogħtija hawn taħt.
3. X’inhuma l-limitazzjonijiet tiegħu?
L-elmi tas-sigurtà huma maħsuba biss għall-protezzjoni kontra daqqiet u oġġetti li jaqgħu mill-għoli. Għandek iżżomm f’moħħok li jekk l-oġġetti jkunu partikolarment tqal, jew jaqgħu minn għoli konsiderevoli, xorta waħda tista’ ssir ħsara lil għonqok jew lis-sinsla ta’ dahrek.
Kwalunkwe elmu li jieħu daqqa kbira għandu jiġi sostitwit, anki jekk ma jkun jidher l-ebda sinjal ta’ ħsara.
Ftakar: it-tagħmir ta’ protezzjoni għar-ras tal-plastik għandu tul ta’ żmien speċifiku ta’ użu. Id-data ta’ manifattura tkun immarkata fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-elmu. Il-ħajja operattiva ta’ elmu tista’ tvarja iżda tista’ tkun sa 5 snin - skont il-materjal u t-tip u għandek tivverifika d-dati ta’ skadenza tal-elmu b’mod regolari anki jekk tkun qed tieħu ħsieb sew.
4. Fejn għandu jintlibes it-tagħmir ta’ protezzjoni tar-ras?
Skont il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà, ċerti żoni huma kklassifikati bħala ‘żoni tal-brieret iebsin’. Sinjali simili għal dawk murija
hawnhekk jindikaw li għandu jintlibes tagħmir ta’ protezzjoni tar-ras.
L-aktar żona komuni fejn l-uffiċjali jkollhom jilbsu tagħmir ta’ protezzjoni tar-ras hija mal-mollijiet, iżda dan jista’ jkun meħtieġ ukoll f’ċerti żoni ta’ ħażna jew fejn ikun hemm makkinarju jew persuni li qed jaħdmu fl-għoli.
Jekk tkun qed iżżur il-bini ta’ xi kummerċjant, għandek tkun partikolarment konxju minn żoni bħal dawn. Il-fabbriki, is-siti ta’ kostruzzjoni u oqsma industrijali ġenerali jistgħu jkollhom żoni fejn jintlibsu l-brieret iebsin.
Il-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà ma titlobx direttament brieret iebsin f’ċerti żoni bħalma teżiġi l-elmi tas-sigurtà. Madankollu, jekk il-maniġer tiegħek jordnalek li tilbes beritta tal-plastik bħala miżura ta’ prevenzjoni sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ korrimenti waqt ix-xogħol tiegħek, inti għandek tilbes waħda.
Tinsiex: aqfel iċ-ċinga ta’ taħt il-geddum. Jekk ma tagħmilx hekk, l-elmu jista’ jaqagħlek f’mument ħażin. Għandek tara wkoll li l-qafas intern ikun aġġustat b’mod li joqgħod tajjeb fuq rasek. Jekk il-qafas ikun kbir jew żgħir iżżejjed, ikkuntattja lill-fornitur tiegħek sabiex tikseb ieħor.
5. Kif nieħu ħsiebu?
Għandek iżżomm it-tagħmir ta’ protezzjoni tar-ras nadif, iżda taħslux b’deterġent qawwi. Jekk l-elmu jintuża minn aktar minn persuna waħda, huwa rrakkomandat li ġewwa jintmesaħ b’diżinfettant ħafif wara kull użu.
Qatt m’għandek tiżbogħ, twaħħal adeżivi, timmarka bil-pinna jew tnaqqax l-elmi tas-sigurtà, għax dan jagħmlilhom il-ħsara.
Inti għandek tispezzjona l-elmi tas-sigurtà minn żmien għal żmien sabiex tara jekk fihomx sinjali ta’ tkagħbir minħabba l-użu. Għandek iżżomm rekord ta’ dawn l-ispezzjonijiet.
Meta ma tkunx qed tużahom, erfa’ l-oġġetti kollha ta’ protezzjoni tar-ras f’post frisk u għad-dlam. M’għandekx tħallihom f’dawl tax-xemx qawwi jew fi sħana jew kesħa kbira.
6. Xi ngħidu dwar l-elmijiet protettivi tal-muturi?
Normalment elmu protettiv huwa obbligatorju meta tkun qed issuq xi mutur jew inkella elmu tar-roti meta tkun qed issuq rota. Madankollu, dawn mhumiex alternattiva aċċettabbli fiż-żoni li jeħtieġu brieret iebsin.