1. X’inhuma?

Id-dħaħen joħorġu minn sustanzi meta jkunu qegħdin isiru proċessi fuqhom (eż. meta jkunu qegħdin jissaħħnu). Ċerti dħaħen huma biss irritanti, filwaqt li oħrajn jistgħu jkunu tossiċi.

Ir-raxx huwa partiċelli ta’ sustanzi li jinġarru fl-arja f’taqtir żgħir (normalment ta’ ilma). Jistgħu jinżlu fl-art, u jagħmluha tiżloq, u jnaqqsu l-viżibbiltà billi jaqgħu fuq twieqi u fuq id-dwal.



2. Fejn nista’ niltaqa’ magħhom?

Tista’ tiltaqa’ ma’ dħaħen u raxx f’diversi żoni, bl-aktar komuni jkunu:
Ftakar: id-dħaħen jistgħu jibqgħu fil-btieti, fit-tankijiet, fil-krietel, eċċ għal ħafna żmien wara li jkun tneħħa l-kontenut tagħhom u trid toqgħod aktar attent meta tidħol fi spazji magħluqa jew vventilati ħażin.

Għall-immaniġġjar tal-kontenituri ffumigati ara:



3. Xi ħsara jistgħu jikkawżaw?

Id-dħaħen u r-raxx ġeneralment jikkawżaw ħsara wara li jkunu ġew inalati fis-sistema respiratorja, billi jattakkaw lill-pulmun, lill-moħħ, lis-sistema nervuża u organi oħrajn. Madankollu, jistgħu joħolqu perikli oħrajn billi:


4. X’jista’ jsir biex jintnaqqsu r-riskji?

Peress li bosta dħaħen, u ċertu raxx, mhumiex viżibbli, l-aktar ħaġa importanti hija li tkun taf meta u fejn aktarx li jinħolqu.

Spiss, jitpoġġew avviżi f’żoni ta’ periklu fis-sit ta’ negozjant. Jekk ma jkunx hemm ventilazzjoni xierqa iżda jkollok taħdem f’dawn iż-żoni meta aktarx li jkunu ġġenerati raxx jew dħaħen, għandek tilbes protezzjoni għan-nifs.

Twissijiet:
Jekk taħdem fi spazji magħluqa, bħal fuq xi bastiment, jista’ jkun hemm dħaħen jew gassijiet perikolużi. Għandek tuża tagħmir ta’ monitoraġġ tal-gass sabiex tiċċekkja kemm il-livell ta’ ossiġnu fl-atmosfera kif ukoll jekk hemmx xi dħaħen perikolużi preżenti.



5. L-atmosferi li jaqbdu

Il-gassijiet, il-fwar u r-raxx li jaqbdu jiġu prodotti jew użati f’bosta proċessi industrijali. Jekk ma jkunux ikkontrollati kif xieraq, dawn jistgħu jikkawżaw splużjonijiet jew nirien serji. Iż-żoni fejn atmosferi bħal dawn ikunu preżenti huma magħrufa bħala żoni perikolużi u huma kklassifikati bħala:
Ir-rekwiżit ewlieni f’dawn iż-żoni huwa li jkun evitat kwalunkwe ċans li titqabbad l-atmosfera, billi wieħed jeskludi kull sors ta’ tqabbid potenzjali.

Xi wħud minn dawn huma ovvji, bħal sulfarini, lajters u sigaretti mqabbda, iżda oħrajn huma inqas ovvji. L-atmosferi li jaqbdu jistgħu jitqabbdu wkoll minn:
Kull meta kwalunkwe tip ta’ tagħmir elettriku jew għodda tal-idejn tkun teħtieġ li tintuża f’żona perikoluża, ikunu jinħtieġu prekawzjonijiet speċjali. Għandek tistaqsi dwar ir-regoli tas-sigurtà tan-negozjant u ssegwihom.

Għandek tuża tagħmir li jkun ‘intrinsikament sigur’ kull meta jkun hemm riskju ta’ atmosfera li taqbad.



6. Xi tfisser “intrinsikament sigur”?

Tagħmir li jkun intrinsikament sigur huwa ‘tagħmir u wajers li ma jkunux kapaċi jarmu biżżejjed enerġija elettrika jew termali taħt kundizzjonijiet normali jew mhux normali sabiex iqabbdu taħlita speċifika atmosferika perikoluża fil-konċentrazzjoni tagħha li l-aktar taqbad faċilment.’



Il-gwida li tinsab f’din it-taqsima hija maħsuba sabiex infakkru b’mod ġenerali r-riskji li xi drabi wieħed jiltaqa’ magħhom waqt il-proċedura ta’ eżaminazzjoni u teħid ta’ kampjuni u t-tagħmir ta’ sigurtà li għandek tuża u l-prekawzjonijiet li għandek tieħu.
Għal aktar tagħrif għandek tirreferi għal-leġiżlazzjoni u l-gwida tal-amministrazzjoni nazzjonali tiegħek.


Ir-Reviżjonijiet
Il-Verżjoni Id-Data Il-Bidliet
1.0 12.10.2012 L-ewwel verżjoni
1.1 15.07.2020 Update - small text modification