1. Għal xiex jintuża?
Jeħtieġ li tipproteġi lil għajnejk minn firxa wiesgħa ta’ perikli, inklużi daqqiet minn:
- frak li jtir b’veloċità qawwija; u
- metall maħlul jew solidi jaħarqu,
u dħul fl-għajnejn ta’:
Kwalunkwe wieħed minn dawn jista’ joħloq ħsara serja, normalment irreversibbli, fil-vista tiegħek. Għaldaqstant l-amministrazzjoni tiegħek hija meħtieġa li tipprovdilek protezzjoni għal għajnejk jekk ikun hemm xi riskju li jista’ jseħħ xi wieħed minn dawn waqt li tkun qed tagħmel xogħlok.
2. X’tipi huma disponibbli?
It-tagħmir ta’ protezzjoni tal-għajnejn jiġi fi tliet tipi bażiċi:
- nuċċalijiet tas-sigurtà bi ħġieġ oħxon jew lentijiet tal-aċetat;
- gogils b’lentijiet tal-aċetat jew tal-polikarbonat; u
- viżieri li jikklippjaw ma’ elmu standard tas-sigurtà.
Il-protezzjoni tal-għajnejn tista’ wkoll tiġi inkorporata fil-
protezzjoni tan-nifs.
Il-forom kollha ta’ tagħmir ta’ protezzjoni tal-għajnejn għandhom jissodisfaw l-istandards nazzjonali jew in-normi Ewropej. Il-lentijiet jiġu fi gradi differenti, skont il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ:
- kontra kimiċi, trab jew gass;
- kontra daqqiet minn frak itir;
- protezzjoni kkombinata.
It-tagħmir ta’ protezzjoni tal-għajnejn jgħaddi minn testijiet rigorużi sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tan-norma Ewropea EN166.
3. X’inhuma l-limitazzjonijiet tiegħu?
- In-nuċċalijiet jistgħu jipprovdu protezzjoni kontra frak li jtir, iżda mhux neċessarjament jipprovdu l-protezzjoni meħtieġa kontra l-kimiċi, it-trab jew il-gass.
- Il-gogils għandhom ikunu mmarkati bil-grad xieraq skont l-EN166 jekk sejrin jipprovdu protezzjoni adegwata.
4. Fejn għandu jintlibes it-tagħmir ta’ protezzjoni tal-għajnejn?
Jekk ikun hemm il-possibbiltà li tkun espost għal xi wieħed mill-perikli msemmija hawn fuq, inti għandek tilbes it-tagħmir xieraq ta’ protezzjoni għal għajnejk. Xi eżempji huma:
- meta tittestja l-fjuwil, fejn ikollok tilbes gogils tas-sigurtà jekk ikollok timmaniġġja kimiċi potenzjalment perikolużi;
- meta tuża sett ta’ ttestjar tad-drogi; u
- meta teżamina kimiċi jew oġġetti miksija bit-trab fit-taqsima tal-importazzjoni/esportazzjoni.
Is-sinjal
hawnhekk jitqiegħed f’postijiet fejn inti tkun meħtieġ tilbes tagħmir ta’ protezzjoni tal-għajnejn.
5. Kif nieħu ħsiebu?
L-aħjar huwa li kull tagħmir ta’ protezzjoni tal-għajnejn jitqiegħed fil-kaxxa oriġinali tiegħu meta ma jkunx qed jintuża, sabiex il-lentijiet ma jingirfux. Għall-istess raġuni tqegħidx tagħmir ta’ protezzjoni tal-għajnejn fuq uċuħ ħorox jew jaħarqu.
Żomm it-tagħmir ta’ protezzjoni tal-għajnejn nadif, iżda tużax deterġenti qawwija jew biċċiet li jigirfu, eċċ. biex tnaddfu. L-aħjar huwa li tnaddaf il-lentijiet b’karta assorbenti ratba u xi kultant tnaddafhom bi fluwidu ta’ kontra l-ittappnar.